Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12932 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12296, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nerġa nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt fis-Seduta Nru. 220 għall-mistoqsija numru 12296.
Leg 9 PQ #12933 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12299, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mar-risposta li diġa tajt.
Leg 9 PQ #12934 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12305, jista' l-Ministru jagħti dettalji mitlub peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

Nerġa' nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt fis-Seduta Numru 221 għall-Mistoqsija numru 12305.
Leg 9 PQ #12935 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12304, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nerga` nirreferi lill-Onorevoli Membru ghat-twegiba li tajt fis-Seduta numru 221 ghall-mistoqsija numru 12304.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12303, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant ghat-tweġiba li nghatat ghall-Mistoqsija 12303.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12302, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 12302.
Leg 9 PQ #12642 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn inqabdux ħaddiema li suppost jaħdmu day-in-day-out (tal-46 hours) jiġifieri li jaħdmu nofs ta' nhar il-Ħadd, imma fil-fatt in-nofs ta' nhar ta' Ħadd ma jidħlux? Jista' jgħid kemm saru spezzjonijiet f'dan is-sens? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'passi ttieħdu kontra ħaddiema li nqabdu jabbużaw f'dan is-sens?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Meta xi mpjegati mad-Diviżjoni tas-Saħħa nqabdu assenti minn fuq il-post tax-xogħol dejjem ittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom. Jekk l-Onor.Interpellant għandu xi każ partikolari jew xi informazzjoni konfidenzjali, huwa mitlub jgħaddihuli sabiex isir l-istħarriġ meħtieġ.
Leg 9 PQ #12643 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn inqabdu ħaddiema mhux fuq il-post tax-xogħol fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' jgħid kemm saru spezzjonijiet f'dan is-sens? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'passi ttieħdu kontra ħaddiema li nqabdu jabbużaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta` Settembru 1998 'l hawn saru 29 spezzjoni fuq il-post tax-xogħol fl-isptar Monte Carmeli. Minn dawn irriżulta li kien hemm 2 ħaddiema li kienu telqu nofs siegħa kmieni minn fuq il-post tax-xogħol. Dawn ġew ammoniti kif ukoll ingħataw twissija bil-miktub li tpoġġiet fil-'file' personali tagħhom. Ħaddiem ieħor li ma nstabx fuq il-post tax-xogħol ġie mmultat ġurnata paga u tpoġġiet ukoll fil-'file' personali tiegħu.
Leg 9 PQ #12644 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Stores

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk riċentement irriżultax li mill-istores fl-Isptar Monte Carmeli naqsu madwar 125 kaxxa ta' xorb minerali? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid sarux investigazzjonijiet, u jekk saru, x'jirriżulta, u x'passi ttieħdu; u jekk ma sarux x'inhi r-raġuni? Jista' jgħid jekk b'riżultat ta' dan in-nuqqas ta' xorb minerali, finalment batewx xi pazjenti jiġifieri jekk l-istess pazjenti għamlux xi ġranet ma jingħatawx minerali u jekk fl-affermattiv, kemm jammontaw il-pazjenti u l-ġranet rispettivament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għar-risposta li tajt għad-domanda Nru. 14038.
Leg 9 PQ #12929 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12298, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Nerġa` nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt fis-Seduta Nru. 220 għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12298.
Leg 9 PQ #12930 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12297, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (ZAMMIT, NINU)

Billi l-Onor. Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni, ma għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu fis-seduta numru 220.
Leg 9 PQ #12931 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12295, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (REFALO, MICHAEL)

M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor Membru għall-Mistoqsija tiegħu numru 12295.
Leg 9 PQ #12636 Sitting 260 2000-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Water Services Corporation mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg,jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma mpjegat zewg apprentisti fil-grad ta` draughtsman taht it-Technician Apprenticeship Scheme. L-ghazla saret wara interview minn fost lista ta` studenti, li kienu qed jaghmlu dan il-kors, li kienet giet sottomessa mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig. Il-process ta` l-ghazla sar skond il-procedura stabbilita.
Leg 9 PQ #12637 Sitting 260 2000-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isports — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Isports mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg,jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn is-16 ta' Settembru 1999 sa l-4 ta' Jannar 2000 ma kien hemm ebda impieg ġdid fid-Dipartiment ta' l-Isports.

MMA — Karozzi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12164, jista' l-Ministru jwieġeb il-partijiet tal-mistoqsija jiġifieri: Kif qegħdin jintużaw u għal-liema raġuni u jista' jgħid jekk dawn il-karozzi jistgħux jiġu wżati minn persuni oħrajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari Nru. 12164, inżid ngħid li jekk ikun hemm il-ħtieġa dawn il-karozzi jistgħu jiġu wżati minn xi persuni oħra mpjegati ta` l-Awtorita` Marittima.
Leg 9 PQ #12639 Sitting 260 2000-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżulta li mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn fl-Isptar Monte Carmeli sarux xi abbużi bit-trasport ta' l-istess sptar? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu f'dan ir-rigward mill-officer in charge? Jirriżulta wkoll li fl-istess sezzjoni hemm uffiċjali li qed jaħdmu day-in-day-out mingħajr permess ta' min huwa konċernat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn ma jirriżultax li fl-Isptar Monte Carmeli saru xi abbużi bit-trasport ta' l-istess sptar. L-impjegati li jaħdmu f'din is-sezzjoni kollha għandhom il-permess meħtieġ biex jaħdmu fuq roster AOAO minbarra: a) xufier li ġie trasferit f'dan l-isptar propju ġimgħa ilu, u dan applika għall-approvazzjoni. b) żewġ xufiera li għamlu t-talba meħtieġa u qegħdin jistennew l-approvazzjoni mid-Direttur kkonċernat.
Leg 9 PQ #12640 Sitting 260 2000-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn fl-Isptar Monte Carmeli sarx overtime fuq xogħol ta' tindif u grasscutting u xogħol ieħor dopjament minn impjegati li xogħolhom huwa in charge mit-trasport? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk jirriżultax li mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kienx hemmx ħaddiema (Hospital Auxiliary) li fl-off-day tagħhom għamlu xogħol ta' overtime fil-kċina meta xogħolhom kien fis-swali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuna li hi `in charge' mit-trasport qatt ma għamlet xogħol ta' overtime fuq xogħol ta' tindif u grasscutting. F'din is-sezzjoni hemm ukoll żewġ supervisors li kemm il-darba għamlu tindif u xogħol ieħor fuq bażi ta' overtime. F'dawn l-aħħar xhur kien hemm xi Hospital Auxiliaries li x-xogħol normali tagħhom huwa fil-Wards u li tqabbdu jagħmlu xogħol ta' tindif fil-kċina. Dan ix-xogħol sar fl-off-day tagħhom fuq bażi ta' overtime.
Leg 9 PQ #12641 Sitting 260 2000-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Tractor

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tractor li nxtara għall-Isptar Monte Carmeli m'għandux number plates? Jista' jgħid jekk dan it-tractor għandux insurance? Jista' jgħid minn fejn inxtara dan it-tractor? Jista' jgħid f'dan is-sens intalbux quotations jew ħarġux offerti? Jista' jgħid kemm sewa fi spejjeż dan it-tractor?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tow tractor li nxtara riċenti għall-Isptar Monte Carmeli nxtara mingħand `Ventur Garage' bill-prezz ta' Lm805. Intalbu quotations mingħand żewġ aġenti oħra minbarra `Ventur Garage'. Il-Quotations miġbura huma kif ġej:- a) Bonnici Bros. Lm2300 b) Il-Palma Lm875.00c Dan it-tractor twaħħlitlu tinda tal-ħadid u perspex li swiet Lm30 oħra. Għalkemm ilna xi żmien li għamilna kuntatt mad-dipartiment tal-liċenzji dwar in-number plates, sa issa dawn il-plates għad ma waslux għandna. Bħall-vettturi l-oħra tal-Gvern, dan it-tractor mhux kopert b'insurance.
Leg 9 PQ #12630 Sitting 259 2000-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Statali — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda nkluż għalliema fl-iskejjel kollha Statali mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet,jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg,jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba mogħtija għall-istess Mistoqsija Parlamentari Numru 12484 ta' l-istess Onor. Membru magħmula l-jum ta' qabel.
Leg 9 PQ #12631 Sitting 259 2000-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment ta' l-Industrija — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Industrija mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mad-Dipartiment ta` l-Industrija ma gewx impjegati haddiema godda matul il-perjodu msemmi.