Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13323 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali — Għanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-għanijiet li twaqqfet għalihom il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali u x'pubblikazzjoni ħarġet u x'attivitajiet organizzat l-istess fondazzjoni minn mindu twaqqfet sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-fondi pubbliċi li tingħata l-fondazzjoni għax-xogħol li tiżvolġi u tagħmel? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-att tat-twaqqif ta' l-istess fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #13324 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kienx hawn xi karozzi li ġew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li ġew mogħtija b'donazzjoni lil individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid: (a) lil min ingħataw; (b) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (ċ) kemm swew fi flus Maltin; u (d) xi kriterji ntużaw biex dawn l-individwi ngħataw din il-karozza?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

M'hiex il-prassi ta' dan il-Gvern li jagħti karozzi bħala donazzjonjiet, la lill-uffiċjali tiegħu u lanqas lil dawk li m'humiex.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12320, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn d-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Billi l-Onor. Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni m'għandiex xi nżid mat-Tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Numru 12320 Seduta 224.
Leg 9 PQ #13063 Sitting 265 2000-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12318, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Billi l-Onor. Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni m`għandiex xi nżid mat-tweġiba li tajtu fis-Seduta 224.
Leg 9 PQ #13064 Sitting 265 2000-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12319, jista' l-Ministru jagħti d-dettalj mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tgħajt f`mistoqsija parlamentari numru 12319.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12321, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (BORG, JOE)

Billi l-Onorevoli Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni soddisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni m'għandiex xi nżid mat-tweġiba li tajtu fis-seduta 224.
Leg 9 PQ #13066 Sitting 265 2000-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12322, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Billi l-Onorevoli Nterpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni m'għandix xi nżid mar-risposta li tajtu fis-seduta numru 224.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'xogħol ta' asfaltar ta' toroq mill-ġdid wara li kienu fi stat ħażin, f'Malta u f'Għawdex sena b'sena u f'ammont totali mill-1987 sal-1996? Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn it-toroq u kull waħda kemm intnefqu fondi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma teżistix statistika bid-dettal mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12313, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf l-istess Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Billi l-Onor. Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni, m`għandix x`inżid mat-tweġiba li tajt f`seduta 223.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12314, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nerġa nirreferi l-Onor. Membru ghat-tweġiba li tajt ghall-mistoqsija Nru. 12314.
Leg 9 PQ #13048 Sitting 264 2000-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12315, jista'l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Billi l-Onorevoli Interpellant ma taghnix spjegazzjoni sodisfacenti ghaliex qed jitlob l-informazzjoni, m`ghandix xi nzid mat-twegiba li tajtu fis-Seduta 223.
Leg 9 PQ #13049 Sitting 264 2000-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12316, jista'l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

Billi l-Onor. Membru ma tagħnix spjegazzjoni soddisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni m'għandix xi nżid mat-tweġiba li tajtu fis-seduta 223.
Leg 9 PQ #13050 Sitting 264 2000-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12317, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (ZAMMIT, NINU)

Billi l-Onor. Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni, ma għandix xi nżid mat-tweġiba li tajtu fis-seduta numru 223.
Leg 9 PQ #13051 Sitting 264 2000-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilha ma tirċievi r-refund tal-VAT minn Lulju ta' l-1999?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li taħt l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud, l-ammont ta` kreditu eċċessiv ta` persuna għal żmien ta` taxxa għandu jitħallas lura lil dik il-persuna sa mhux iktar tard minn ħames xhur mit-tmiem taż-żmien li fih għandha tinbagħat id-denunzja ta` dak iż-żmien ta` taxxa. Fil-każ tal-persuna kkonċernata, kellu jitħallas lura fil-15 ta` Jannar 2000 kif fil-fatt sar skond il-liġi.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12301, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (BORG, JOE)

Nerġa nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-twegiba li tajt fis-Seduta Numru 221 għall-mistoqsija numru 12301.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12300, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nerġa' nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt fis Seduta Numru 221 għall-Mistoqsija Numru 12300.
Leg 9 PQ #13042 Sitting 263 2000-03-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12306, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt fis-Seduta Numru 222 għall-mistoqsija numru 12306.
Leg 9 PQ #13043 Sitting 263 2000-03-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12310, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi l-Onorevoli Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni m'għandiex xi nżid mat-tweġiba li tajtu fis-seduta 222.
Leg 9 PQ #13044 Sitting 263 2000-03-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12311, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (REFALO, MICHAEL)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija ta' l-istess Onor. Membru Numru 12311.
Leg 9 PQ #13045 Sitting 263 2000-03-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12312, tista' l-Ministru tagħti d-dettalji mitluba peress li kif taf hi stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-onor interpellant ma tanix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni, m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12312.