Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13511 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Lockerbie — Investigaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew f'Malta investigaturi mit-team tal-prosekuzzjoni tal-ġuri dwar il-każ ta' Lockerbie?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-investigaturi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew Malta diversi drabi.
Leg 9 PQ #13512 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Sewqan — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1987 sa l-1996 kemm inġabru flus mill-liċenzji tas-sewqan, sena b'sena"

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lil-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #13513 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Karozzi — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1987 sa l-1996 kemm inġabru flus mill-liċenzji tal-karozzi (tal-Windscreen) u inġenji oħra li jinsaqu fit-triq li titħallas kull sena mis-sidien tal-vetturi, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lil-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #13514 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Ilbies protettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' lbies protettiv suppost jużaw il-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ? Jista' jgħid jekk huwiex assigurat li l-ilbies protettiv li jużaw dawn il-ħaddiema huwa ta' protezzjoni assoluta li jassigura li huwa biżżejjed biex il-ħaddiem ta' dan id-dipartiment fl-ebda ħin u fl-ebda ċirkostanza ma jkunu qed jipperikolaw ħajjithom permezz tad-diversi gassijiet tossiċi li jistgħu jiltaqgħu magħhom fuq il-post tax-xogħol fejn ikunu qed jaħdmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li qegħdin isiru l-konsultazzjonijiet neċessarji mad-Dipartiment tal-'Health & Safety' biex jiġi assigurat li l-'protective clothing' li jużaw il-ħaddiema tad-Drenaġġ huwa sodisfaċenti għat-tip ta' xogħol li jkunu qed jagħmlu. Madankollu, nixtieq ngħid li d-Dipartiment kellu lbies protettiv għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema. Dan ma jfissirx li għandna niefqu hemm u ma nfitxux jekk jeżistix ilbies ieħor li jkun aħjar u li jagħti aktar assigurazzjoni lill-ħaddiema.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Karozza uffiċjali mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5477.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Minstru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-tweġiba li ta l-Prim Ministru ghall-mistoqsija 5477.
Leg 9 PQ #13393 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija numru 5477.
Leg 9 PQ #13502 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12436?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont minfuq mill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi biex jittiehdu l-prekawzjonijiet kollha kontra l-problema tal-Y2K (Millenium Bug) kien ta` Lm1,453,788. Tajjeb jinghad li din ic-cifra, Lm1,329,782 intefqu mill-MIA, l-Air Malta u l-Maltacom fejn ittiehdet l-opportunita` biex ukoll isir upgrading ta` sistemi u apparat fil-process ta` modernizzar ta` dawn l-entitajiet. Fil-kaz tal-Ministeru, id-dipartimenti kollha u uhud mill-korporazzjonijiet u entitajiet, ix-xoghol sar mill-MITTS filwaqt li x-xoghol f`numru ta` korporazzjonijiet u entitajiet ohra sar minn diversi ditti kompetenti f`din il-materja li gew maghzula wara li saret talba ghal kwotazzjonijiet.
Leg 9 PQ #13507 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Extra duty

Question

JIsta'l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pulizija tas-sitt distrett ilhom majitħallsu ta'l-extra duty għal dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul is-sitt xhur li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant il-membri tal-Korp tħallsu total ta` Lm56,133 talli ħadmu extra duty iġġenerata fis-Sitt Distrett. Dan l-ammont tħallas kif jidher hawn taħt : Lm -- Awissu 21,563 Settembru 7,693 Ottubru 3,333 Novembru 9,063 Diċembru 14,481 Jannar -
Leg 9 PQ #13508 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta'qtil

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-murders li saru mill-1994 'il hawn? Jista' jgħid meta saru dawn il-murders? Fejn saru? Min kien il-vittma? Kemm-il każ kien solvut? Kemm-il każ ma kienx solvut? X'eżitu kien hemm fuq kull każ fil-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #13385 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-persuni li għandhom aċċess għall-karozza uffiċjali tal-Ministru huma ż-żewġ drivers/security u wkoll kwalunkwe persuna oħra li fiċ-ċirkustanzi jkun jista' jidhirli meħtieġ.
Leg 9 PQ #13386 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tewġiba li ta' l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 5477.
Leg 9 PQ #13387 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5477.
Leg 9 PQ #13388 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nitlob l-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija 5477.
Leg 9 PQ #13389 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għad-dokument `Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 124 fis-16 ta' Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #13390 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li ta l-Prim Ministru ghall-mistoqsija numru 5477.
Leg 9 PQ #13379 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi mikrija

Question

Tista' l-Ministru tgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi mikrija mill-ministeru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija numru 5477 u għal dik li jiena tajt għall-Mistoqsija numru 13365.
Leg 9 PQ #13380 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Karozzi uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 5477.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (BORG, JOE)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ta' l-Prim Ministru għall-mistoqsija 5477.
Leg 9 PQ #13382 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-onorevoli membru għad-dokument `Engagement of Staff for Private Secretariats` li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f`seduta 124 fis-16 ta` Ġunju 1999.