Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13609 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding li huma mislufin ma' xi ministeru, dipartiment governattiv jew entita' oħra fejn il-gvern għandu xi tip ta' kontroll? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema, kemm ilhom li ġew trasferiti b'dan il-mod u x'inhi r-raġuni tat-trasferiment tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm 9 haddiema tal-Malta Shipbuilding li bhalissa huma mislufin ma` xi Ministeru, dipartiment governattiv jew entita` ohra fejn il-Gvern ghandi xi tip ta` kontroll. Dawn l-impjegati, li ma narax il-htiega li ghandi noqghod insemmihom b`isimhom u li l-gradi taghhom ivarjaw, ilhom mislufa kif ser jinghad. 3 mill-1987, 2 mill-1988, 1 mill-1996, 2 mill-1997 u 1 mill-1988.
Leg 9 PQ #13610 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema tal-Water Services Corporation li huma mislufin ma' xi ministeru, dipartiment governattiv jew entita' oħra fejn il-gvern għandu xi tip ta' kontroll? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema, kemm ilhom li ġew trasferiti b'dan il-mod u x'inhi r-raġuni tat-trasferiment tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-prezent hemm zewg impjegati tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma li huma mislufin ma` Ministeru. Dawn l-impjegati, li ma narax il-htiega li ghandi noqghod insemmihom b`isimhom u li ghandhom grad differenti, ilhom mislufa mill-1998. Barra minn hekk, hemm ukoll 35 haddiema ohra tal-Korporazzjoni li huma sekondati mal-Malta Desalination Services Limited, liema Kumpanija hija sussidjarja ta` l-istess Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #13747 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Balluta — Aċċess għal taraġ

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex aċċess għal taraġ li jagħti għall-biswit il-bajja tal-Balluta (Faċċata tal-Miramare Hotel u biswit in-Neptunes Pitch) u li l-aċċess għalih jinsab magħluq bir-railings, jinfetah mill-ġdid peress li dan huwa taraġ li jagħti għal fuq biċċa art li hija pubblika u li bħalissa minħabba dan l-għeluq mhuwiex possibbli li l-pubbliku jinżel f'din il-parti tal-bajja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li peress li t-taraġ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jagħti minn art pubblika għal dik il-parti tal-bankina li ngħatat lil Neptunes Waterpolo and Swimming Club b`ċens temporanju ta` 49 sena minn Diċembru 1997 wara reżoluzzjoni Parlamentari li għaddiet fil-31 t`Ottubru 1997, qiegħda tiġi studjata mill-aspett legali l-possibilita` li dan it-taraġ jerġa` jinfetaħ u jsir aċċessibli għall-pubbliku.
Leg 9 PQ #13748 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ċilindri tal-gass — Regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma ir-regolamenti u l-proċeduri li jirregolaw iż-żamma taċ-ċilindri tal-gass fi djar privati u fi stabbilimenti kummerċjali? Jista' jgħid meta dawn ir-regolamenti jew proċeduri ġew stabbiliti u emendati jekk huwa l-każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta timxi fuq regolamenti internazzjonali, b`mod partikolari l-Kodici ta` Prattika ta` l-Ingilterra u specifikament Artiklu numru 7 - `Storage of full and empty LPG cylinders and cartridges`. Isiru spezzjonijiet fuq bazi regolari fi stabbilimenti kummercjali u industrijali. Madanakollu fejn jidhlu residenzi privati huwa difficli li jsir kontroll dwar hazna ta` cilindri tal-gass. Dan ghaliex huwa facli li tali cilindri jigu trasferiti minn dar ghal ohra mir-residenti nfushom u ghaldaqstant il-Korporazzjoni, f`dawn il-kazi, tiddependi minn rapporti li jaslulha. Tajjeb jinghad li l-Enemalta fformulat sett ta` regolamenti dwar cilindri tal-gass. Dawn ir-regolamenti huma bbazati fuq regolamenti internazzjonali, b`mod partikulari dawk Inglizi (Code of Practices). Barra minn hekk il-Korporazzjoni ghadha kemm nidiet kampanja dwar sigurta` fl-uzu u iz-zamma tac-cilindri tal-gass u ghal dan il-ghan tqassam fuljett fid-djar.
Leg 9 PQ #13537 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Studji/Riċerki

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar studju jew riċerka mid-dipartiment tad-drenaġġ jew xi entita' oħra li taħtha taqa' r-responsabbilta' tad-dipartiment tad-drenaġġ biex jistabbilixxi liema huma dawk il-gassijiet tossiċi li jkunu fis-sistemi tad-drenaġġ? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv jista' jgħid meta sar jew saru dawn l-istudji jew riċerki? Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta minn dawn l-istudji jew riċerki?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi minn riċerka li saret mid-Dipartiment ġie stabbilit illi dawn il-gassijiet tossiċi jeħtiġilhom attenzjoni speċjali u ċioe': hydrogen sulphide oxygen deficiency carbon monoxide carbon dioxide explosive gas, detection usually based on methane CH4.
Leg 9 PQ #13538 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Każ ta' health assistant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet investigata mill-Ministeru jew mid-dipartiment tas-saħħa dwar l-allegat każ ta' health assistant li ffroda flus? Jista' jgħid kemm fuq dan il-każ ġew investigati mill-pulizija ħaddiema mid-dipartiment tas-saħħa? Jista' jgħid kemm minnhom ittieħditilhom stqarrija mill-pulizija ta' kontra l-frodi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

F'kull każ ta' suspett ta' frodi il-każ jiġi mgħoddi lill-pulizija għall-investigazzjoni.
Leg 9 PQ #13565 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Ilbiex protettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' lbies protettiv jużaw il-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ? Jista' jgħid jekk l-ilbies protettiv li jużaw dawn il-ħaddiema kienx matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u xahar b'xahar, provdut u huwiex provdut b'mod regolari preżentament? Jista' jgħid ta' min hi r-responsabbilta' li jixtri u jissuplixxi lill-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ b'dan l-ilbies? Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabbilta' li kien hemm nuqqas jew ma nxtarax ilbies protettiv, jekk jirriżulta hekk?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Hawn taħt qed nagħti lista ta' lbies protettiv u apparat ieħor relatat li qiegħed għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ. Ninsab infurmat li l-boiler suits u s-safety shoes jinbidlu fuq bażi annwali sakemm ma jkunx hemm il-ħtieġa li dawn jinbidlu qabel u l-apparat u lbies ieħor jinbidel skond il-ħtieġa. Huwa normali li wieħed iżomm "minimum stock level" ta' dawn l-affarijiet sabiex l-apparat u l-ilbies li jkun qiegħed jintuża jkun jista' jinbidel skond il-ħtieġa. SAFETY EQUIPMENT AT DRAINAGE SECTION ------------------------------------ Rub ber Boots Safety Shoes Safety Helmets Thigh Boots Waders Rubber Gloves Industrial Leather Gloves (for Electricians) Leather Gloves (for Welders) Yellow Fluorescent Bibs Yellow Rain Coats Headphones for Sound Proofing Full Face Mask Rescue Harness Carabineer Fire man Carabineer Diaphragm Compressor Pressure Reducing Valve Emergency Air Supply Communication Set Triplex Face Mask Metal Detector Portable Ventilators Gas Monitors Generators Navigational Marker Buoys Eye Goggles Half Mask complete with Filter Safety Helmets (with Bracket for Lamps) Boiler Suit Hand Torches Caps complete with Cable and Rechargeable Batteries Industrial Waist Belt Sit Harness Body Harness Rescue Harness Hauser laid rope Pipe detector apparatus Hand Portable Transceivers Road Cones Road Flashers.

Djar — Ta' Ġiorni - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u mmedjati biex permezz tad-dipartiment tat-tiswija u manutenzjoni tad-dipartiment tad-djar, il-bitħa li tifforma ix-shaft, kif ukoll l-istess shaft ta' Block 1, Triq William Hardman u Triq Francesco Balbi, f'Ta' Ġiorni jiġu mkaħħla mill-ġdid peress li jinsabu fi stat ferm ħażin u konsegwenza ta' hekk qed issir ħafna ħsara fl-istrutturi tal-bini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #13605 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema tal-Freeport Corporation li huma mislufin ma' xi ministeru, dipartiment governattiv jew entita' oħra fejn il-gvern għandu xi tip ta' kontroll? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema, kemm ilhom li ġew trasferiti b'dan il-mod u x'inhi r-raġuni tat-trasferiment tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm zewg impjegati tal-Malta Freeport Corporation Limited li huma mislufin ma` xi Ministeru, dipartiment governattiv jew entita` ohra fejn il-Gvern ghandi tip ta` kontroll. Dawn iz-zewg impjegati, li ma narax il-htiega li ghandi noqghod insemmihom b`isimhom, ilhom mislufa wiehed mis-26 ta` Jannar 1999 u l-iehor mill-1 ta` Marzu 1999.
Leg 9 PQ #13606 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema tal-Maltacom li huma mislufin ma' xi ministeru, dipartiment governattiv jew entita' oħra fejn il-gvern għandu xi tip ta' kontroll? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema, kemm ilhom li ġew trasferiti b'dan il-mod u x'inhi r-raġuni tat-trasferiment tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li b`kollox hemm disgha impjegati tal-Maltacom li huma mislufin ma` xi Ministeru, dipartiment governattiv jew entita` ohra fejn il-Gvern ghandu xi tip ta` kontroll. Dawn l-impjegati, li ma narax il-htiega li ghandi noqghod insemmihom b`isimhom u li l-grad taghhom ivarja minn wiehed industrijali ghal wiehed klerikali, ilhom mislufa kif ser jinghad 1 mill-1980, 1 mill-1988, 2 mill-1998 u 5 mill-1999.

Qorti — Container bil-whisky

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex preżentat u jekk ġie preżentat meta, fil-qorti, l-każ dwar container li minflok ilma kien fih Whisky ta' persuna li ismu qiegħed jintbagħat separatament? Jista' jgħid f'liema stadju wasal dan il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-kwistjoni ma taqax taħt id-dekasteru tieghi. Ghalhekk nitolbu jaghmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.
Leg 9 PQ #13532 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Każijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm impjegati taċ-ċivil, membri ta' l-armata u pulizija kellhom każ il-qorti mill-1992 'l hawn? Jista' jgħid xi grad kellhom dawn l-impjegati jew membri ta' l-armata u pulizija? Jista' jgħid kemm minn dawn instabu ħatja u kemm minnhom ġew liberati? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu mid-dipartiment konċernat kontra l-ħaddiema li nstabu ħatja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' uffiċjali pubbliċi, membri tal-Forzi Armati u membri tal-Korp tal-Pulizija li tressqu l-Qorti akkużati b'reati kriminali mill-1992 sal-31 ta' Jannar 2000, huwa ta' 589, li huma maqsuma hekk: Uffiċjali pubbliċi 392 Membri tal-Forzi Armati 83 Membri tal-Korp tal-Pulizija 98 Total 573 It-tagħrif mitlub dwar xi grad kellhom il-persuni li tressqu l-Qorti, jekk instabux ħatja jew le u x'penali ngħataw, jinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Qrati — Każ ta' Lockerbie

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern Malti qed isegwi l-iżviluppi tal-ġuri dwar il-każ ta' Lockerbie fil-kuntest ta' riperkussjonijiet u effetti li jista' iħalli fuq pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-awtoritajiet Maltin qed isegwu l-izviluppi tal-każ ta` Lockerbie mill-qrib u qed jaghtu l-ko-operazzjoni Gudizzjarja meħtieġa, kif jixraq lill-partijiet kollha fil-proċess.
Leg 9 PQ #13534 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ ta' Therese Agius

Question

Jikkonferma jew le l-Ministru li fil-każ tal-mewt ta' Therese Agius it-testijiet għat-Tosikoloġija kellhom isiru barra minn Malta minħabba li l-apparat ta' l-isptar San Luqa kien jinsab bil-ħsara? F'dan il-kuntest jista' jgħid: (a) Kemm kien ilu u jekk għadux bil-ħsara dan l-apparat; (b)jekk għadu bil-ħsara meta se jiġi rranġat; (c) kemm kien hemm każijiet li minħabba li dan l-apparat kien bil-ħsara it-testijiet imsemmija saru barra min Malta; (d) jista' l-Ministru jgħid f'kull każ kemm kienet tlaħħaq l-ispiża?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lil-Ministri konċernati peress li t-testijiet indikati ġew ordnati mill-Maġistrat Inkwirenti li ħatret espert mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #13535 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pulizija tas-sitt (6) distrett ilhom ma' jitħallsu ta' l-overtime għall dawn l-aħħar erba' xhur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ħlas ta` overtime maħdum mill-membri tal-Korp isir b`xahrejn lura minħabba il-proċess involut sakemm jinħadmu r-returns u jiġu nklużi fis-salarji ta` l-uffiċjali konċernati. Ninsab infurmat ukoll li kien hemm perijodu meta, minħabba dewmien fis-sottomissjoni tar-returns, il-ħlasijiet dovuti għall-overtime lill-membri tal-Korp stazzjonati fis-Sitt Distrett waqgħu xi ftit lura. Madankollu, sa l-aħħar ta` Marzu il-pożizzjoni ta` dan id-Distrett, kif ukoll ta` kull Distrett ieħor f`dan ir-rigward, ġiet għan-normal.
Leg 9 PQ #13536 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet min uffiċjali responsabbli fid-dipartiment tad-drenaġġ lill-azjendi u djar privati matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, biex jiġi nvestigat jew stabbilit jekk fis-sistemi tad-drenaġġ tagħhom kienux qed jintefgħu likwidi jew materjal ieħor kontra l-liġi? Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet u x'passi ttieħdu jekk jirriżulta li kien hemm abbuż? Jekk matul dawn is-snin ma' sarux spezzjonijiet u ma' ttieħdu l-ebda passi, x'inhi r-raġuni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fil-perjodu msemmi saru spezzjonijiet fuq siti u fondi ndustrijali li jarmu fis-sistema tad-drenaġġ pubbliku kif titlob il-liġi. Dawn l-ispezzjonijiet f'Malta u Għawdex, saru minn wieħed jew żewġ persuni kif jidher hawn taħt. SENA PERSUNI SPEZZJONIJIET ------------------------------------------- 1995 1 553 1996 2 736 1997 2 1004 1998 2 992 1999 2 946 Kull meta ġew identifikati xi abbużi, s-sid jew l-operatur ġie mġiegħel jirranġa n-nuqqas li kellu.
Leg 9 PQ #13326 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kienx hemm xi karozzi li ġew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li ġew mogħtija b'donazzjoni lill-individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: (a) lil minn ingħataw; (b) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (ċ) kemm swew fi flus Maltin; u (d) xi kriterji ntużaw biex dawn l-individwi ngħataw din il-karozza?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġibija hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #13340 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi karozzi mikrija lill-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew proprjeta' tal-ministeru jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: (1) minn min qed jintużaw; (2) minn meta bdew jintużaw; (3) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (4) kemm swew fi flus Maltin; (5) xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #13509 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Sezzjoni tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li circa l-1988 id-dipartiment tad-drenaġġ ġie maqsum f'żewġ sezzjonijiet b'sezzjoni minnhom tiġi stazzjonata l-Marsa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-awtoritajiet ta' dak iż-żmien ħassew li skond l-esiġenzi tas-servizz kien aħjar dakinhar, li d-Dipartiment jinqasam b'dak il-mod, għal aktar effiċenza.
Leg 9 PQ #13510 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta'l-Ambjent — Sezzjoni tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tad-drenaġġ tal-Marsa jinsab fi stat degradanti? Jista'l-Ministru jgħid jekk qattx irċieva rapporti dwar dan? Jista' jgħid meta rċieva dwan ir-rapporti u x'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-Taqsima tax-Xogħlijiet diġa' ħadet il-passi neċessarji biex jinbena post ġdid minflok il-Workshops li hemm il-Marsa u għal dan il-għan diġa' kienet ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fit-22 ta' Novembru 1999 biex dan ikun jista' jsir.