Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13761 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt f`Mistoqsija Parlamentari Nru. 13064.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartiment,korporazzjonijet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (BORG, JOE)

Diġa kelli l-okkażżjoni nirrispondi li f'dan it-tip ta' mistoqsijiet, sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni li f'dan il-każ tkopri disa' snin.
Leg 9 PQ #13763 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Riċevimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartmenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u 1996 sena b'sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Diġa kelli l-okkażjoni nirrispondi li f'dan it-tip ta' mistoqsijiet, sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni li f'dan il-każ tkopri disa snin.
Leg 9 PQ #13764 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u 1996 sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Diġa kelli l-okkażjoni nirrispondi li f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni li f`dan il-każ tkopri disa` snin.
Leg 9 PQ #13765 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Riċevimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartiment, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, bejn l-1987 u 1996 sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni li f'dan il-każ tkopri disa' snin.
Leg 9 PQ #13899 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ġbir ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi ċ-ċifra għas-sena 1999 dwar; (1) ġbir ta' provisional capital gains tax; (2) ġbir ta' taxxa dwar dokumenti u trasferimenti skond l-Att XVII ta' l-1993?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċifra għas-sena 1999 ta`ġbir ta` Capital Gains Tax hi ta` Lm6,334,973 u dik ta` Taxxa dwar Dokumenti u Trasferimenti skond l-Att XVII tal-1993 hi ta` Lm15,851,054.
Leg 9 PQ #13755 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Diġa' kelli l-okkażjoni nirrispondi li f'dan it-tip ta' mistoqsijiet, sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni li f'dan il-każ tkopri disa' snin.
Leg 9 PQ #13756 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (REFALO, MICHAEL)

Diġa' kelli okkażjoni nwieġeb mistoqsijiet bħal din. Nerġa' nirrepeti li sakemm ma tingħatax raġuni serja għaliex qed tintalab din l-informazzjoni ma narax skop għax għandi naħli l-ħin tal-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku fi ġbir ta' tagħrif li jinvolvi tfittxija fuq raġġ ta' disa' snin. Infurmat li r-rapporti ta' l-Awditur għall-istess snin ma jqajjmux mistoqsijiet u l-anqas jikkummentaw dwar dan l-aspett tan-nefqa tal-Gvern.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma kelli okkażjoni nirrispondi f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma tingħatax raġuni valida l-għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #13758 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru għall-Intern — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Diġa` kelli l-okkażżjoni nirrispondi li f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni li f`dan il-każ tkopri disa` snin.
Leg 9 PQ #13759 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu fluq f'riċevimenti mill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13763.
Leg 9 PQ #13760 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Diġa' kelli l-okkażjoni nirrispondi li f'dan it-tip ta' mistoqsijiet, sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni li f'dan il-każ tkopri disa' snin.
Leg 9 PQ #13749 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħsejjes min mutur

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex mutur li jinsab f'kantina biswit il-fond numru 64 Triq Mrabat, Sliema u li bil-vibration tiegħu qiegħed joħloq inkonvenjent kontinwu u jiddisturba lill-ġirien tal-madwar jitwaqqaf milli jkompli jagħmel dawn il-ħsejjes u dan skond ir-regolamenti u proċeduri kif provdut fil-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-passat il-Pulizija kellha rapporti dwar l-ilment li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant u kienu ttieħdu proċeduri quddiem il-Qorti kontra l-persuna li tuża l-kantina msemmija. Infurmat ukoll li l-Qorti kienet ordnat li l-muturi kellhom jitneħħew minn fejn kienu għal post ieħor fejn ma jkunux ta` inkonvenjent għall-ġirien li kienu qed jilmentaw. Dan il-fatt sar taħt is-sorveljanza ta` espert tekniku nnominat mill-Qorti. Minn dak iż-żmien l` hawn, il-Pulizija ma kelliex aktar ilmenti dwar dan il-każ. Pero` jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi nformazzjoni għall-kuntrarju, nitolbu jgħaddili d-dettalji ta` min qed isofri xi disturb minn dawn il-muturi sabiex il-Pulizija tkun tista` taġixxi skond il-liġi.
Leg 9 PQ #13750 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Bandiera

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-Maltacom ingħatat direttiva biex il-bandiera Maltija ma tkomplix tiġi mtella' ma' l-arbli tal-premises tal-kumpannija? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni u minn min?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-decizjoni li ghaliha qed issir riferenza giet revokata.

Ta' Ġiorni — Qasam residenzjali - proġett

Question

Peress li l-kunsill lokali ta' San Ġiljan, ċirka l-1995 ċeda bi ftehim mad-Dipartiment tal-Bini u Kostruzzjoni fi ħdan id-Dipartiment tad-Djar art fil-qasam residenzjali ta' Ta' Giorni biex minflok il-kunsill lokali jagħmel il-proġett li diġa' kellu proġettat li jagħmel, isir bini ta' appartamenti mid-dipartiment imsemmi, u peress li bi skambju ta' dan il-ġest id-dipartiment imsemmi hawn fuq intrabat u ftiehem bil-miktub li l-proġett li kellu l-kunsill għall-playing field li tinsab ftit metri bogħod minn fejn il-kunsill ċeda l-art kien se jagħmlu hu (jiġifieri d-dipartiment tal-bini u kostruzzjoni fi ħdan id-dipartiment tad-djar) bi spejjeż għalih, u peress li llum il-kunsill ta' San Ġiljan għandu l-permessi kollha meħtieġa biex dan il-proġett ikun jista' jinbeda, jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex dan il-ftehim jiġi onorat u x-xogħol fuq l-imsemmija playing field jibda mill-aktar fis possibbli u dan primarjament għall-ġid tar-residenti tal-qasam tad-djar imsemmi hawn fuq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar qatt ma ġie nfurmat li l-permess kien ħiereġ. Anzi sal-ġimgħa l-oħra stess, il-perit konsulent tal-Kunsill informa lid-Dipartiment li kien għad kellu xi problemi ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex joħroġ il-permess. Jien infurmat li d-Dipartiment se jsegwi l-każ għal aktar żviluppi.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Riċecimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Diġa' kelli l-okkażjoni nirrispondi li f'dan it-tip ta' mistoqsijiet, sakemm ma ningħatax raġuni 'l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni li f'dan il-każ tkopri disa' snin.

Ministeru tat-Trasport u kommunikazzjoni — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-Ministeru, dipartiment, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Diġa` kelli l-okkazjoni nirrispondi li f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni li f`dan il-każ tkopri disa` snin.
Leg 9 PQ #13754 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Diga` kelli l-okkazjoni nirrispondi li f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar l-informazzjoni li f`dan il-kaz tkopri disa` snin.
Leg 9 PQ #13607 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema ta' l-Enemalta li huma mislufin ma' xi ministeru, dipartiment governattiv jew entita' oħra fejn il-gvern għandu xi tip ta' kontroll? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema, kemm ilhom li ġew trasferiti b'dan il-mod u x'inhi r-raġuni tat-trasferiment tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li b`kollox hemm sittax-il impjegat tal-Korporazzjoni Enemalta li huma mislufin ma` xi Ministeru, dipartiment governattiv jew entita` ohra fejn il-Gvern ghandu xi tip ta` kontroll. Dawn l-impjegati, li ma narax il-htiega li ghandi noqghod insemmihom b`isimhom u li l-grad taghhom ivarja minn wiehed industrijali ghal wiehed klerikali, ilhom mislufa kif ser jinghad 1 mill-1982, 3 mill-1987, 2 mill-1989, 1 mill-1991, 1 mill-1995, 1 mill-1996, 1 mill-1997, 4 mill-1998, 1 mill-1999 u 1 minn din is-sena.
Leg 9 PQ #13608 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema tat-Tarzna li huma mislufin ma' xi ministeru, dipartiment governattiv jew entita' oħra fejn il-gvern għandu xi tip ta' kontroll? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema, kemm ilhom li ġew trasferiti b'dan il-mod u x'inhi r-raġuni tat-trasferiment tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm 32 haddiem tat-Tarzna ta` Malta li bhalissa huma mislufin ma` xi Ministeru, dipartiment governattiv jew entita` ohra fejn il-Gvern ghandu xi tip ta` kontroll. Dawn l-impjegati, li ma narax il-htiega li ghandi noqghod insemmihom b`isimhom u li l-gradi taghhom ivarjaw, ilhom mislufa kif ser jinghad. 1 mill-1976, 1 mill-1983, 1 mill-1984, 1 mill-1986, 7 mill-1987, 2 mill-1988, 10 mill-1989, 2 mill-1997, 3 mill-1998 u 4 mill-1999.