Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk parti sostanzjali mis-sisteam CCTV tas-sigurta' tal-ħabs ta' Kordin li swiet 'il fuq minn Lm100,000 u li taqa' taħt ir-responsabbilta' diretta taċ-Chief Security Officer tal-ħabs is-surġent Bernard Zahra, kenitx tiffunzjona jew le, meta saret l-aħħar ħarba ta' erba' priġunieri mill-ħabs ta' Kordin f'Marzu li għadda?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li eżatt wara l-ħarba inġiebu it-technicians biex jirranġaw is-sistema CCTV?
Jista' jgħid kemm fil-fatt kienet ilha bil-ħsara din is-sistema qabel ma' itteħdet azzjoni biex tiġi rranġata?
F'dan il-kuntest, jista' jgħid x'passi se jittieħdu kontra min hu responsabbli għal dan in-nuqqas?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li dakinhar tal-ħarba ta` l-erba` priġunieri mill-ħabs ta` Kordin f`Marzu li għadda, is-sistema tas-C.C.T.V. kienet qed tiffunzjona kollha kemm hi.
Ninsab infurmat ukoll li fit-3 ta` April 2000, technicians tal-kumpanija li stallat is-sistema għamlu xogħol fil-Ħabs fuq zoom lens ta` camera minnhom peress li din il-lenti kienet iġġamjat wara d-data tal-ħarba. Ninsab infurmat li kull meta tinqala` xi problema fis-sistema tas-CCTV jittieħdu l-passi neċessarji biex din tissolva immedjatament, tant li t-technicians tal-kumpanija għamlu x-xogħlijiet fuq is-sistema f`10 okkażżjonijiet minn Jannar sat-3 ta` Mejju ta` din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li jintużaw mill-pulizija rigward l-iscreening ta' ittri jew pakketti suspettużi li jkunu fil-pussess tal-Posta?
Jista' jgħid jekk skond il-proċeduri jintalabx ħlas mingħand min jitlob li l-posta tiegħu tkun investigata mill-pulizija jew screened bl-intervent tal-Pulizija?
Jista' jgħid ukoll jekk jirriżultax li jkun hemm suspett qawwi li seta' kien hemm ittri perikolużi jew suspettużi fil-konfront ta' xi individwi xi tkun il-proċedura li timxi biha l-pulizija u jekk għal prekawzjoni jew investigazzjonijiet li jittieħdu u jsiru, jintalabx ħlas?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-screening ta` ittri u pakketti li jkunu fil-pussess tal-Posta ma jsirx mill-Pulizija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13537, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u cioe' meta saru dawn l-istudji u riċerki?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li r-riċerka msemmija f'Mistoqsija Parlamentari numru 13537, bdiet issir immedjatament wara l-inċident taċ-Ċirkewwa, u kienet tinkludi wkoll żjara fil-Ġermanja. Saret ukoll xi riċerka dwar x'tip ta' gassijiet jiġu ċċekjati f'pajjiżi oħra, bħal l-Ingilterra.
Dan l-istħarriġ wassal ukoll biex ikun identifikat x'tip ta' apparat hemm bżonn biex ix-xogħol isir b'anqas periklu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew l-attivitajiet u l-organizzazzjonijiet li saru fl-okkażjoni taż-żjara tal-Eċċ. Tiegħu l-President tar-Repubblika fil-Water Services Corporation?
Jista' l-Minsitru jgħid x'kienu l-attivitajiet u kull waħda kemm ġiet tiswa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fl-okkazjoni taż-żjara li l-President tar-Repubblika għamel lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma intefqet is-somma ta` Lm607.
Jista' l-Ministru jgħid jekk rampa li tagħti għall-baħar u li saret fil-bajja ta' San Ġiljan ħdejn il-pont magħruf bħala "Tal-Banis" u li saret bl-aktar mod traskurat, saritx mill-ħaddiema ta' xi dipartiment li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: min ordna li din ir-rampa ssir; kemm ġiet tiswa fi spejjeż; jekk hemmx permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar; jekk kollox sar bla permess x'passi se jittieħdu; u jekk ix-xogħol sar mill-ħaddiema ta' xi dipartiment li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħu mingħajr il-proċedura u l-approvazzjonijiet meħtieġa, x'passi se jittieħdu kontra min kien responsabbli li ordna dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol oriġinali ta' dan l-iskall sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Sezzjoni tal-Marine fis-snin 1984/1985 jiġifieri ferm qabel ma ġiet stabbilita l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Minn dak iż-żmien 'l hawn saret ħafna ħsara kawża tal-maltemp u ġiet innotata li saru xi modifiki minn terzi persuni mhux magħrufa.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li tingħata site lill-All Wheel Drive Club, biex ikollhom fejn jipprattikaw l-isport tagħhom peress li sal-lum dawn m'għandhomx post fejn jipprattikaw l-isport favorit tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li diġa' hemm diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet konċernati rigward sit għal All Wheel Drive Club.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-pulziija li kienu duty mal-fergħa ta' l-HSBC ta' High Street, Sliema (Plaza complex) u Volksbank (Lombard) ta' 63 Triq Dingli, Sliema, bejn 1 ta' Diċembru, 1999 u l-15 ta' April, 2000?
Response (BORG, TONIO)
Ma nħossx li dettalji personali dwar is-servizz imsemmi fil-Mistoqsija għandhom jiġu ppublikati.
Jista' l-Ministru jgħid f'din l-aħħar sena fis-segretarjat permanenti għall-ministeru ta' l-Ambjent, kemm siefru uffiċjali? Jista' jgħid min kienu? Fejn marru? X'kienet l-okkażjoni ta' kull żjara? Kemm laħqet l-ispiża f'kull okkażjoni ta' kull individwu nvolut?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1987 sa l-1996 kemm inġabru flus mil-liċenzji tal-karozzi (tal-windscreen) u inġenji oħra li jinsaqu fit-triq li titħallas kull sena mis-sidien tal-vetturi, sena sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-flus li nġabru mill-ħlas tal-liċenzji tal-karozzi (windscreen) huma kif ġej:
1995 - Lm4,878,928
1996 - Lm5,418,031
Jien infurmat ukoll li dwar is-snin ta` qabel, dawn il-liċenzji kienu jitħallsu għand il-pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1987 sa l-1996 kemm inġabru flus mil-liċenzji tas-sewqan, sena sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-flus li nġabru mill-ħlas tal-liċenzji tas-sewqan huma kif ġej:
1995 - Lm280,735
1996 - Lm127,748
Dwar is-snin ta` qabel, dawn il-liċenzji kienu jitħallsu għand il-pulizija.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 13534 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilek u cioe': jikkonferma jew le l-Ministru li fil-każ tal-mewt ta' Therese Agius it-testijiet għat-tossikoloġija kellhom isiru barra minn Malta minħabba li l-apparat ta' l-Isptar San Luqa kien jinsab bil-ħsara? F'dan il-kuntest jista' jgħid: (a) kemm kien ilu u jekk għadux bil-ħsara dan l-apparat; (b) jekk għadu bil-ħsara meta se jiġi rranġat; (c) kemm kien hemm każi li minħabba li dan l-apparat kien bil-ħsara it-testijiet imsemmija saru barra minn Malta; u (d) jista' jgħid f'kull każ kemm kienet tlaħħaq l-ispiża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa mhux id-Dipartiment responsabli sabiex jipprovdi servizz ta` Tossikoloġija Forensika lil-Qorti. Izda Dr. Michael Sammut Ph.D., Tossikologu fid-dipartiment, ilu minn 1985 jiġi nominat mill-maġistrati fuq bażi personali sabiex jagħmel dan ix-xogħol u għal dan il-għan peress li hemm bżonn laboratorju speċialiżżat jintuża dak li hemm fl-Isptar San Luqa u li huwa risponsabli minnu Dr. Sammut.
F`Jannar 1999, apparat (Gas Chromatograph-mass Spectrometer) li huwa importanti ħafna fix-xogħol Forensiku ġratlu ħsara. Dan l-apparat li ilu jintuża madwar disa` snin instab li issa huwa meqjus bħala `obsolete` mid-ditta li kienet tgħamlu (Perkin Elmer) u għal daqstant kien diffiċli li jinstabu l-`spareparts` neċessarji. Għalhekk, Dr. Sammut ma` kienx f`pożizzjoni li jofri is-servizzi tiegħu għal-każ imsemmi.
Dan l-apparat ġie msewwi fl-ewwel ġimgħa ta` April 2000, u bħal issa qiegħed fil-fażi li jiġi ttestjat u kalibrat.
Il-partijiet (c) u (d) ta` din il-mistoqsija għandhom jiġu referuti lil Ministru tal-Ġustizzja.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13515, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li ġiet riferuta lilek u cioe': Jista' jgħid jekk ġiex preżentat, u jekk ġie preżentat meta, fil-qorti l-każ dwar container li minflok ilma kien fih whisky ta' persuna li ismu qiegħed jintbagħat separatament? Jista' jgħid f'liema stadju wasal dan il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proċeduri kriminali fil-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Jista' l-Ministru jikkunsidra bis-serjeta' li ssir zebra crossing fi Triq Imrabat, Sliema, bejn wieħed u ieħor quddiem il-klabb tal-ħamiem, peress li n-nuqqas ta' zebra crossing f'din it-triq qed iwassal għall-perikolu kontinwu għar-residenti li joqogħdu fl-akwati?
Jaf jew le l-Ministru li meta dawn ir-residenti, fosthom anzjani u studenti, ikunu jridu jaqsmu min-naħa għall-oħra taż-żewġ areas dawn qed ikunu disposti għall-perikolu kontinwu tat-traffiku minħabba l-volum kbir ta' traffiku li jgħaddi minn din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lill-Kunsill Lokali ta` tas-Sliema biex jissottometti pjanta li tinkorpora `pedestrian crossing` fil-post indikat mill-Onor. Interpellant għall- konsiderazzjoni tal-bord.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13565, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni, it-tielet u r-raba' parti tal-mistoqsija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-provvista ta' lbies protettiv, fuq bażi ta' sena b'sena jew xahar b'xahar, tista' tingħata biss mill-"store officer" tad-Dipartiment. Ir-responsabbilta' li jinxtara u jitqassam dan il-materjal hija wkoll tal-"store officer".
Mill-esperjenza ta' din l-aħħar sena jista' jingħad li mhix l-ewwel darba li kien hemm nuqqas ta' xi tip jew ieħor minn dan l-ilbies protettiv. Ħafna drabi dan in-nuqqas ikun wieħed temporanju kkaġunat min-nuqqas ta' ħażna adekwata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-proġett ta' embellishment tal-proġett tal-promenade ta' Tas-Sliema se jieħu perijodu ta' sena u nofs biex jitlesta, meta oriġinarjament dan kien ippjanat li jitlesta f'iqsar żmien?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-pjan oriġinali ta' upgrading tal-promenade f'Tas-Sliema kien:
L-ewwel fażi, minn ħdejn il-Fortizza sa fejn it-Torri, Novembru 1999 - Ġunju 2000. Il-parti l-kbira tax-xogħol ta' l-ewwel fażi mistenni jitlesta sa l-aħħar ta' Ġunju barra x-xogħol ta' paving li ser jittardja minħabba dewmien fl-għoti tal-kuntratt.
It-tieni fażi, minn ħdejn it-Torri sa fejn il-pjazza ħdejn it-Taormina Kiosk, minn Novembru 2000 sa Ġunju 2001.
Peress li quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġiet sottomessa applikazzjoni bin-numru 06092/99 bl-iskop li art proprjeta' tal-gvern biswit il-Westin Dragonara Hotel f'San Ġiljan tiġi żviluppata u nikkwota l-applikazzjoni: "to sanction external parking area", jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jagħti l-indikata art għall-iżvilupp mitlub? Jista' jgħid xi proċeduri qed jintużaw u se jintużaw fil-futur biex tiġi pproċessata din it-talba?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li saru diversi talbiet ghal art imsemmija mill-Onor. Interpellant, pero` ghada ma ttiehdet l-ebda decizjoni mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern favur it-trasferiment taghha lil terzi.
Il-proceduri li dejjem jintuzaw fl-ipprocessar ta` kull talba li ssir lid-Dipartiment imsemmi huma dawk elenkati fl-Att dwar it-Trasferimenti ta` Proprjeta` tal-Gvern.
Ghal dak li jirrigwardja l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ninsab infurmat li l-procedura ta` kif l-applikazzjoni msemmi ser tkun processata, hi dik li normalment tintuza biex jigu processati applikazzjonijiet ta` zvilupp.
Id-Dipartiment tal-Artijiet jikkonsidra jekk jaghtix din l-art jew le wara li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tipprocessa din it-talba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar 15-il sena seħħew attentati ta' delitti omiċidjali u anke delitti omiċidjali b'armi li huma liċenzjati to keep?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul dawn l-ahhar hmistax-il-sena kien hemm 14-il kaz ta` attentat ta` omicidju u 7 kazi ta`
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li m'humiex ambaxxaturi, konsli ta' Malta, uffiċjali tal-gvern, jew b'xi mod fl-impjieg tal-gvern u huma mill-istess Prim Ministru - skond it-termini ta' l-artikolu 3 (1) tal-Kap. 253 tal-Liġijiet ta' Malta - awtorizzati jużaw is-siġill pubbliku ta' Malta?
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni tali persuni ġew hekk awtorizzati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-uffiċjal pubbliku nnominat bħala Kustodju tas-Sigill Pubbliku huwa s-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Is-siġill pubbliku ta' Malta jista jintuża biss għal skopijiet uffiċjali minn ministeri u dipartimenti tal-Gvern, fejn ikun hemm il-ħtieġa. Fi kwalunkwe każ, is-siġill pubbliku jsir biss fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tiegħi.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex applikazzjoni għal xiri ta' post mingħand il-Joint Office li ilha li saret mis-6 ta' Jannar, 1996 ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma' din il-mistoqsija, tiġi pproċessata mill-aktar fis peress li min kif jidher din issa ilha żmien twil biex tiġi pproċessata?
Jista' jgħid jekk hemmx xi dffikultajiet li qed iżommu milli dan il-proċess issir? Jekk hemm, x'inhuma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li ghalija qed jirreferi l-Onor. Interpellant, ma gietx ipprocessata minhabba diffikultajiet li nqalghu fit-twettiq tal-ftehim iffirmat bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta` Malta.
Kif diga` thabbar ricentament, sar progress sostanzjali fuq din il-materja. Wara li jigu solvuti dawn id-diffikultajiet, l-Ufficcju Kongunt jkun jista` jirregistra l-proprjeta` u jibghat ghal applikant biex jiffirma l-kuntratt tal-fidi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li t-Tnejn 3 ta' April, 2000 għal xi l-ħabta ta' l-10.45 p.m. priġunier ħarab lill-pulizija meta kien qiegħed għal kura fl-Isptar San Luqa? Jista' jgħid min kien dan il-priġunier u eventwalment inqabadx?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fid-data li rrefera ghaliha l-Onor. Interpellant, l-ebda ufficjal li kien skorta ma` xi prigunier dakinhar, ma rrapporta xi incident.