Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16392 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Distrett Nru. 10 — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw it-talbiet għall-installar ta' bozoz ġodda fil-lokalitajiet ta' l-10 distrett elettorali u kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet? Jista' jinformani liema huma dawk it-talbiet tar-residenti jew kunsilli lokali li se jiġu milqugħa xahar b'xahar tul it-tliet xhur li ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-lokalitajiet li jiffurmaw parti mill-Ghaxar Distrett Elettorali hemm talbiet sabiex jitwahhlu 181 lampa gdida fit-toroq. It-talbiet huma mqassmin kif gej: Sliema 28 talba San Giljan 19-il talba Swieqi u Madliena 95 talba Pembroke 29 talba
Leg 9 PQ #16223 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Ħarba ta' ħabsin - Inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestietx l-inkjesta dwar il-ħarba mill-ħabs ta' erba' ħabsin li saret xi ġimgħat ilu? X'kienu l-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta? Għandu xi ħadd jieħu r-responsabbilta' ta' din il-ħarba? Jista' l-Ministru jikkonsidra li d-direttur tal-ħabs preżenti, li kemm ilu jmexxi l-ħabs hu ħarba minn Malta t-traffikant Libjan tad-drogi u dawn l-aħħar erba' ħabsin, għandu jintalab jirriżenja minn direttur?

Response (BORG, TONIO)

L-Inkjesta Maġisterjali dwar il-ħarba mill-Ħabs ta` erba` ħabsin għadha ma ġietx konkluża. Ir-rapport tad-Direttur skond kif jirrikjedi regolament 89(5) tar-Regolamenti tal-Ħabs ġie konkluż u mgħoddi lili bħala l-Ministru responsabbli u l-Avukat Ġenerali. Inħoss li wieħed m`għandux jitkellem dwar responsabbiltajiet qabel ma jikkonkludi l-Maġistrat Inkwirenti. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Nru. 15499.

Qrati — Każ ta' Wilfred Cardona

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jirriżulta li naqsu l-bullets mill-qorti li ntużaw biex joqtlu lil Wilfred Cardona? Jista' jgħid ukoll jekk ir-rapport ta' l-espert li eżamina dawn il-bullets għadux jeżisti fir-rapport tal-maġistrat? Jista' jgħid jekk itteħdux ritratti ta' dawn il-bullets u jekk dawn għadhomx jeżistu?

Response (GATT, AUSTIN)

L-inkjesta dwar il-qtil ta` Wilfred Cardona għadha mhux finaliżżata u l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata f`dan l-istadju.
Leg 9 PQ #16226 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar 20 xahar tħallsitx xi ċitazzjoni għal kontravenzjoni tat-traffiku mill-fondi pubbliċi (it-teżor jew xorta oħra) li wettaq jew wettqet impjegat/impjegata jew uffiċjal taċ-ċivil? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru: jagħti lista ta' dawn il-ħlasijiet li saru; min kienu l-impjegati jew uffiċjali li wettqu l-kontravenzjoni; meta u fejn twettqet il-kontravenzjoni; x'kienet il-kontravenzjoni li twettqet; jekk huwiex skond ir-regolamenti taċ-ċivil jew xorta oħra li kontravenzjoni mwettqa minn dawn hawn fuq imsemmija titħallas mill-fondi pubbliċi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar għoxrin xahar fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi kien hemm kontravenzjoni waħda tat-traffiku. Il-kontravenzjoni kienet ta' towing, saret il-Belt f'Diċembru 1998 u l-uffiċjal kien l-Assistent Segretarju Privat fil-Ministeru tiegħi. Mhix il-policy li multi għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku jitħallsu minn fondi pubbliċi imma kull każ jiġi trattat skond iċ-ċirkustanzi.

UE — NGOs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati s'issa fondi għal NGOs bħala parti mir-riċerka u xogħol ieħor konness mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li dawn għamlu jew qed jagħmlu? F'dan is-sens, jista' l-Ministru jgħid: (a) kif ġew allokati dawn il-fondi; (b) min kienu l-entitajiet u għaqdiet oħra li bbenefikaw minn dawn il-fondi; (ċ) meta ġew allokati dawn il-fondi; u (d) mil-liema fond dawn il-flus ittieħdu?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

UE — Proċess ta' l-iscreening

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa s'issa fi spejjeż il-proċess ta' l-iscreening ma' l-Unjoni Ewropea? F'dan is-sens, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm intbagħtu rappreżentanti Maltin barra minn Malta bħala parti minn dan il-proċess; (b) min kienu; (ċ) meta intbagħtu; (d) kemm damu barra l-pajjiż; (e) kemm swew f'kull każ l-ispejjeż tal-biljetti ta' l-ajru; (f) kemm ingħataw f'kull każ spending money; u (g) mil-liema fond ittieħdu l-flus għal dawn l-ispejjeż?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #16219 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Żurrieq — Valletta Road - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara s-sistema tad-drenaġġ f'Valletta Road, Żurrieq, tinbidel peress li kull meta tagħmel ix-xita, il-kapitelli li jgħattu d-drenaġġ jiżbroffaw u qed issir ħafna ħsara f'din it-triq li minnha jgħaddu eluf ta' karozzi kuljum? Jaf li kull xitwa d-dipartiment tat-toroq jonfoq eluf ta' liri biex isewwi l-ħsara li ssir bix-xita u kull darba, wara li terġa' tagħmel ix-xita, it-triq terġa' titla'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-Dipartiment tad-Drenaġġ ilu jaħdem biex tiġi mtejba s-sistema tad-drenaġġ ġewwa Valletta Road, Żurrieq. Fil-fatt diġa' sar main kbir minn fejn ir-roundabout taż-Żurrieq sal-post fejn bħalissa hemm dan l-inkonvenjent. Din it-tieni parti għad trid issir, u minħabba li t-triq li rridu nidħlu minnha (li tieħu għal Ħal-Kirkop) hija dejqa ħafna u mimlija servizzi oħra, ttieħdu passi biex jiġi esproprijat passaġġ minn ġo l-għelieqi ta' biswit biex jgħaddi dan il-main propost. Din l-esproprjazzjoni qiegħda fi stadju avvanzat, u hekk kif tiġi ppubblikata jinħareġ tender biex din il-biċċa li jonqos issir ukoll.
Leg 9 PQ #16220 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il safra għamel bħala Prim Ministru bejn is-sena 1997 u din is-sena, sena b'sena? Jista' jagħti dettalji tal-pajjiżi li siefer fihom kull sena matul dawn is-snin imsemmija, u kemm qamet kull safra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Nassumi li l-Onorevoli Membru irid ikun jaf kemm kelli żjarat uffiċjali barra minn Malta minn Settembru 1998 u mhux mill-1997.

Affarijiet Barranin — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il safra saret minn persuni li qed jieħdu sehem fin-negozjati għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u li huma fil-ministeru tiegħu u anke f'dipartimenti oħra? Min huma dawn il-persuni li siefru kull darba? Kemm intnefqu flus f'kull safra imsemmija?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #15833 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Proċeduri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li jintużaw mill-Forzi Armati ta' Malta rigward l-iscreening ta' ittri jew pakketti suspettużi li jkunu fil-pussess tal-Posta? Jista' jgħid jekk skond il-proċeduri jintalabx ħlas mingħand min jitlob li l-posta tiegħu tkun screened mill-Forzi Armati ta' Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Forzi Armati permezz ta' l-Explosive Ordnance Disposal Section jiċċekkjaw ċerta posta (ittri u pakketti) skond il-ħtieġa kif stabbilita mill-Maltapost plc. Dan l-iċċekkjar isir kuljum bejn it-Tnejn u s-Sibt. Ta' dan is-servizz il-Forzi Armati jitolbu ħlas, biex ikopru l-ispejjez, mingħand il-Maltapost plc.
Leg 9 PQ #15834 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Posta Ltd — Proċeduri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li jintużaw minn Posta Ltd, rigward l-iscreenng ta' ittri jew pakketti suspettużi? Jista' jgħid jekk skond il-proċeduri jintalabx ħlas mingħand min jitlob li l-posta tiegħu tkun screened?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-procedura wzata mill-Maltapost dwar `screening ` ta` ittri jew pakketti hija li dawn jigu screenjati minn membru tal-Forzi Armati ta` Malta. L`iscreening isir kuljum u kull ogett li jghaddi minn dan il-process jinghata timbru u fuqu ssir firma ta` konferma mill-membru tal-Forzi Armati li jkun ezamina tali oggett. Minhabba li l-Maltapost giet mitluba mill-Forzi Armati biex thallas ghal dan is-servizz b`effett mill-1 ta` jsir screening tal-posta indirizzata lilu gie mitlub ihallas proporzjonalment ghal dan is-servizz b`effett mill-istess data.

Wireless Telegraphy — Mobile masts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem il-wireless telegraphy għal installazzjoni ta' mobile masts? Jista' jgħid skond l-applikazzjonijiet f'liema lokalitajiet hemm il-ħsieb li dawn il-mobile masts jitwaħħlu u minn min huma sottomessi dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` applikazzjonijiet quddiem il-Wireless Telegraphy għall-istallazzjoni ta` `mobile masts` hu ta` 45. Dawn ġew kollha sottomessi mill-Mobisle Communications Limited. Skond dawn l-applikazzjonijiet il-lokalitajiet fejn ser jitwaħħlu dawn il-`mobile masts` huma: Birkirkara, Luqa, Gżira, Sliema , Swieqi, Sta. Venera, Qormi, Tarxien, G`Mangia, Kalkara, San Pawl il-Baħar, Pembroke, Paola, Mġarr (Malta), Ħamrun, Lija, Mosta, Żabbar, Msida, Fgura, Attard, Marsascala, Sliema, Senglea, Marsa, Rabat (Malta), Żejtun, Gudja, Siġġiewi, Żurrieq u Marsaxlokk.
Leg 9 PQ #16196 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Mobile masts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal installazzjoni ta' mobile masts? Jista' jgħid, skond l-applikazzjonijiet, f'liema lokalitajiet hemm il-ħsieb li dawn il-mobile masts jitwaħħlu u minn min huma sottomessi dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal antennae tat-telefonija ċellulari, minħabba li 'mobile masts' tfisser arbli li jistgħu jiċċaqalqu, ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha 44 tali applikazzjoni pendenti. Id-dettalji mitluba dwarhom hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar 20 xahar in konnessjoni mal-proċess ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea? F'dan is-sens, jista' l-Ministru jgħid: (a) kif ġew impjegati dawn il-ħaddiema; (b) min huma; (ċ) x'salarju u kondizzjonijiet dawn qed jirċievu; u (d) mil-liema fond qed jittieħdu l-flus għal dawn ir-raġunijiet?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #16215 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Interim From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

White Rocks — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk matul dawn l-aħħar ħames snin serviex bħala konsulent jew kellux xi forma ta' mpjieg ieħor ma' xi waħda mill-kumpanniji li jifformaw il-konsorzju li ngħata r-responsabbilta' ta' l-iżvilupp tal-proġett tal-White Rocks?

Response (REFALO, MICHAEL)

Kont nittama' li wara ċertu żmien fil-Parlament l-Onor. Interpellant s'issa tgħallem ir-regolamenti tal-Kamra kif ukoll il-prinċipji bażiċi ta' l-etika professjonali. Għalkemm din il-mistoqsija tmur kontra kemm ir-regolamenti tal-Kamra kif ukoll l-etika u nista' kieku rrid ma nweġibhiex, qed nagħżel li nwieġeb għaliex b'din il-mistoqsija l-Onor. Interpellant tani l-opportunita' nxejjen xnigħat foloz u qarrieqa li mid-dehra waslu wkoll għal widnejn l-Onor. Interpellant. Infurmat li l-kumpaniji li jiffurmaw il-konsorzju SIVA huma dawn:- Frosch Touristik GmbH Gasan Group of Companies Farrugia Holdings Limited Island Hotels Group Ltd. M.V. Holdings Ltd. Valletta Investment Bank GASAN GROUP OF COMPANIES Gasan Enterprises Limited International Automobile Ltd. C.B. Motors Ltd. Meruti Motors Ltd. Gasan Properties Ltd. Gasan Insurance Agency Ltd. Gasan Technical Services Ltd. Mekanika Ltd. Teamwork Ltd. Cable Network Construction Ltd. B.D.S. Ltd. Melita Cable Television Ltd. Fiż-żmien kollu li okkupajt il-kariga ta' Ministru ma eżerċitajtx il-professjoni legali. Fit-tnejn u għoxrin xahar, ċioe' mis-27 ta' Ottubru 1996 sat-8 ta' Settembru 1998 li matulhom kont Deputat ta' din il-Kamra fuq in-naħa ta' l-Oppożizzjoni la servejt ta' konsulent u lanqas kelli xi forma ta' impieg ieħor ma' xi waħda mill-kumpaniji li jiffurmaw il-konsorzju SIVA.
Leg 9 PQ #15806 Sitting 296 2000-05-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — St James Cavalier - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba sar il-gibsum mal-ħitan ta' St James Cavalier? Jista' jgħid, jekk huwa l-każ, għaliex sar aktar minn darba fl-istess post? Jista' jgħid f'kull okkażjoni kemm ġiet tlaħħaq l-ispiża u min qed jagħmel dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kisi bil-gypsum mal-ħitan ta' St. James Cavalier sar darba biss għajr għal xi postijiet żgħar fejn, minħabba l-kundizzjoni tal-ħajt, kellu jingħata iżjed minn darba. Dan ix-xogħol qed isir mill-kuntrattur li ingħata t-tender tal-'finishes' u jitħallas bir-rati li hemm fil-kuntratt.
Leg 9 PQ #15807 Sitting 296 2000-05-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Millennium Bug — Generators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kirja għall-generators li nkrew bi prekawzjoni għall-Millennium Bug? Jista' jgħid ħariġitx tender jew inġabrux quotations; min rebaħ it-tender, jew min kellu l-aħjar quotation; min rebaħ din it-tender jew quotation kellux il-generators x'jipprovdi minn qabel jew dawn inxtrawx wara li ntrebħet minnu t-tender jew quotation; kemm fil-fatt ġew użati?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #15808 Sitting 296 2000-05-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li uffiċjal - li ismu qed jintbagħat separatament - tneħħa mis-segretarjat tal-Ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Hija l-prerogattiva tal-Ministru kkonċernat biex jagħżel in-nies li jaħdmu fis-Segratarjat tal-Ministeru tiegħu.
Leg 9 PQ #15809 Sitting 296 2000-05-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — St James Cavalier - Travertin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa t-travertin li tpoġġa mal-ħitan ta' St James Cavalier? Jista' jgħid għaliex sar bi ħxuna ta' żewġ pulzieri, u jekk huwiex normali li jsir hekk? Jaf il-Ministru li din il-ħxuna ta' irħam mhux normali li titpoġġa mal-ħitan għaliex biż-żmien jekk tiżviluppa l-umdita' dan issirlu ħafna ħsara? Jista' jgħid min qed jagħmel dan ix-xogħol u min ħa dawn id-deċiżjonijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-travertine li tpoġġa mal-ħitan ta' St. James Cavalier kellu ħxuna kemm ta' 3cm kif ukoll ta' 5cm u sar hekk għal raġuni estetika. Dan tqiegħed fuq ħitan mibnija ġodda u ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha kontra l-umdita'. Ix-xogħol qed isir mill-kuntrattur li ingħata t-tender tal-'finishes'.