Legislature:
Category:
Reset
Active:

Affarijiet Barranin — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (BORG, JOE)

Fil-Ministeru, direttorati u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bħalissa m'hemm l-ebda ittra maqbuda b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali tal-GWU.

Membri tal-Ġudikatura — Rappreżentanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-membri tal-ġudikatura li jirrapreżentaw lil Malta f'xi kumitat jew organu ieħor tal-Kunsill ta' l-Ewropa jew tal-Ġnus Magħquda? Jista' l-Ministru jgħid ukoll liema huma l-membri tal-ġudikatura li għandhom xi kariga f'xi organu governattiv jew parastatali?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi hemm biss l-Imhallef Carmel A. Agius li jirrappreżenta l-Gvern fil-laqgħat dwar l-Qorti Kriminali Internazzjonali li jsiru taħt l-awspiċi tal-Ġnus Magħquda u li mistennija ttemm ix-xogħol tagħha din is-sena.

Gzira — Triq Luqa Briffa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond numru 118, Triq Luqa Briffa, Gzira huwiex rekwiżizzjonat? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li l-imsemmi fond li kien okkupat permezz ta' allokazzjoni mill-Housing Department minn inkwilini li issa m'għadhomx joqogħdu f'dan il-post jinsab: 1) okkupat illegalment 2) wara li tbattal mhux qed tintlaqa' t-talba tas-sidien mid-dipartiment biex il-post jiġi mgħoddi lura lilhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi waqt proċeduri ta' żgumbrament li d-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali kien qed jagħmel lill-okkupant illegali, u minkejja li l-każ kien f'idejn il-pulizija, is-sid stess daħal fi ftehim mal-persuna li kienet tokkupa l-post biex tieħu l-post b'ċens. Id-Dipartiment mexa skond il-'policy' stabbilita u ħareġ permess biex il-post jingħata b'ċens skond il-konvenju.
Leg 9 PQ #16658 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li tintemm l-ewwel fażi tal-proġett tal-promenade ta' Tas-Sliema? Jista' jgħid kemm huwa maħsub li dan il-proġett jiswa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif diġa` spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14595, ix-xogħol ta' l-ewwel fażi minn ħdejn il-Fortizza sa fejn it-Torri mistennija li tkun lesta sa l-aħħar ta' Ġunju. Ix-xogħol ta' paving bħalissa wkoll jinsab miexi b'ritmu tajjeb u mistenni li jkun avvanzat ħafna sa l-istess data. Il-proġett mistenni li jiswa madwar Lm800,000.
Leg 9 PQ #16660 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li tinbeda t-tieni fażi tal-proġett ta' Buġibba? Jista' jgħid kemm huwa maħsub li dan il-proġett jiswa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi t-tieni fażi tal-proġett ta' Buġibba nbdiet u ntemmet (1998/99). Ix-xogħol li sar f'din il-fażi kien:- (i) it-triq u faċilitajiet ħdejn il-boathouses fil-Qawra; (ii) xogħol fuq il-ħajt ħdejn il-Gillieru;"sea jet" fountain fil-bajja ta' Buġibba; (iii) xogħol ta' semi-pedestrianisation f'St. Anthony Street; (iv) bini ta' akkomodazzjoni alternattiva ħdejn il-ground tal-futbol ta' San Pawl il-Baħar; (v) tlestija tal-Bus Terminus ġdid fi Triq it-Turisti. Barra dan ix-xogħol fl-istess perjodu baqa' għaddej ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq ix-xogħol taż-żewġ fażijiet. L-informazzjoni dwar it-tieni parti tal-mistoqsija qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Maltacom — Bdil tan-numri tat-telephones

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-Maltacom se tbiddel in-numri tat-telephones fil-pajjiż is-sena d-dieħla? Jista' jgħid dan it-tibdil kemm huwa stmat li jiswa fi spejjeż lill-Maltacom kif ukoll lill-gvern Malti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li nħasset il-ħtieġa biex il-pjan preżenti tan-numri tat-telefon jiġi rivedut. Dan biex ikun jista' jilqa' għall-ħtiġijiet tal-futur immedjat meta tibda tidħol il-kompetizzjoni fil-qasam tat-Telekomunikazzjonijiet. Għal dan il-għan il-Gvern qabbad espert biex ifassal 'Numbering Plan' ġdid għal Malta li hu maħsub li jilqa' l-ħtiġijiet għal ħmistax-il sena li ġejjin.
Leg 9 PQ #16215 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

White Rocks — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk matul dawn l-aħħar ħames snin serviex bħala konsulent jew kellux xi forma ta' mpjieg ieħor ma' xi waħda mill-kumpanniji li jifformaw il-konsorzju li ngħata r-responsabbilta' ta' l-iżvilupp tal-proġett tal-White Rocks?

Response (REFALO, MICHAEL)

Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra addenda għat-tweġiba li tajt f'Seduta 297 tat-22 ta' Mejju 2000.
Leg 9 PQ #16631 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Azzjonijiet Industrijali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, bħalissa m'hemm l-ebda ittra maqbuda b'riżultat ta ' l-azzjonijiet industrijali tal-General Workers Union.

Trasport u Komunikazzjoni — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bħalissa hemm 850 ittri maqbuda b`riżultat ta` l-azzjonijiet industrijali tal-GWU. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Membru li, fost l-oħrajn, il-Gvern qiegħed jirnexxilu jassigura li l-pubbliku jintlaqat mill-inqas mill-azzjonijiet tal-Union. Ma hemmx diskussjonijiet għaddejja mal-GWU dwar l-azzjonijiet industrijali. Il-laqgħat li saru mal-GWU ġew irrapportati fil-Media.
Leg 9 PQ #16633 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (REFALO, MICHAEL)

Fl-aħħar budget il-Gvern ma ħabbarx miżuri anti-soċjali u għalhekk ma naċċettax l-asserzjoni li qed jagħmel l-Onor. Interpellant li l-azzjoni industrijali tal-'GWU' qed tittieħed għal dak il-għan. Infurmat li fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi m'hemm l-ebda ittra maqbuda b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali.
Leg 9 PQ #16634 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u jingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #16635 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma ħabbar ebda miżura anti-soċjali fil-budget.

Politika Soċjali — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu tahtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #16624 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Azzjonijiet industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-General Workers Union?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bħalissa m`hemm l-ebda ittra maqbuda b`riżultat ta` l-azzjonijiet industrijali li GWU qed tieħu kontra l-miżura tal-budget tas-sena 2000 imħabbra f`Novembru tas-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #16626 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-gvern u jekk humiex għaddejjin diskussjonijiet bejn il-partijiet biex tinstab soluzzjoni għal din il-kwestjoni? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret f'dan is-sens u meta saret l-aħħar laqgħa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi bħalissa m'hemm l-ebda ittra maqbuda b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali tal-GWU. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma l-Onorevoli Interpellant li, fost l-oħrajn, il-Gvern qiegħed jirnexxilu jassigura li l-pubbliku jintlaqat mill-inqas mill-azzjonijiet tal-Union. Ma hemmx diskussjonijiet għaddejja mal-GWU dwar l-azzjonijiet industrijali. Il-laqgħat li saru mal-GWU ġew rappurtati fil-media.
Leg 9 PQ #16627 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja u Sajd — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bħalissa m'hemm l-ebda ittra maqbuda b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali tal-GWU.
Leg 9 PQ #16628 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, bħalissa hemm 350 ittra u 124 'acknowledgement' maqbuda b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali tal-G.W.U. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma l-Onorevoli Membri li, fost l-oħrajn, il-Gvern qiegħed jirnexxilu jassigura li l-pubbliku jintlaqat mill-inqas mill-azzjonijiet ta' l-union. Ma hemmx diskussjonijiet għaddejja mal-G.W.U. dwar l-azzjonijiet industrijali. Il-laqgħat li saru mal-G.W.U. ġew rappurtati fil-media.
Leg 9 PQ #16629 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (BORG, TONIO)

Fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, bħalissa m`hemm l-ebda ittra maqbuda fil-posta b`riżultat ta` l-azzjonijiet industrijali tal-GWU.

Ġustizzja u Gvern Lokali — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni ghada qed tingabar, risposta tinghata f`seduta ohra.
Leg 9 PQ #16506 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Roadblocks

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru roadblocks mill-Forzi Armati mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet saru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi l-Forzi Armati wettqu 373 roadblocks fi 72 lokalita'. Nifhem li ma għandux jingħad liema kienu l-lokalitajiet.