Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16738 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Tal-Qroqq — Open Day

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'reklamar għall-okkażjoni ta' l-open day fl-isptar il-ġdid Tal-Qroqq, li saret bejn it-3 u l-4 ta' Ġunju, 2000? Jista' jgħid separatament kemm kienu jammontaw ir-reklami li ngħataw il-mezzi tal-media u f'kull każ kemm laħqet l-ispiża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li t-total ta` Lm1,754,65 intefqu f`reklamar għall-Open Weekend fl-Isptar il-Ġdid f`Tal-Qroqq. Huma kienu mqassma kif ġej: Medium Amount-Advert Cost -------------------------------------------- - 1 Radio 101 84 spots 345.00 2 Super 1 66 spots 300.00 3 RTK 65 spots 296.00 4 Times 2 (15x3) 200.68 2 (10x2) 5 In-Nazzjon 2 (15x3) 200.68 2 (10x2) 6 Independent 2 (15x3) 174.81 2 (10x2) 7 L-Orizzont 2 (15x3) 200.68 2 (10x2) 8 Kullħadd 1 (10x2) 36.80 ----------------------------------------- ----- Total 1754.65
Leg 9 PQ #16739 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Bical — Debituri

Question

Peress li fid-diskors tal-budget ġie mħabbar li matul din is-sena se jingħata persentaġġ ieħor lid-debituri tal-Bical, jista' l-Ministru jgħid meta dan il-persentaġġ fil-fatt se jingħata?

Response (DALLI, JOHN)

Bhalma habbart fid-diskors ta l-ahhar budget, aktar tard din is-sena behsiebna naghmlu distribuzzjoni ohra lil dawk id-depozitanti u kredituri tal-Bank, li jikkwalifikaw ghal-pagament.
Leg 9 PQ #16728 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Valletta - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment ta' l-edukazzjoni wara rapporti ta' ammont ta' ġrieden fl-iskola primarja tal-Belt, Valletta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ġew impjegati żewġ kumpaniji, waħda biex tagħmel tindif estensiv tal-klassijiet kollha u l-oħra biex tikkontrolla l-ġrieden. Qed tiġi proċessata tender biex tirrestawra wieħed mill-ħitan tas-swali ta' l-eżamijiet ta' Sant'Iermu u li jagħti għal din l-iskola.
Leg 9 PQ #16729 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mobile Masts Antennas

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studji u riċerki għamel id-dipartiment tas-saħħa dwar l-effett fuq saħħet il-bniedem b'riżultat ta' installazzjoni tal-mobile masts antennas f'pajjiżna? Jista' jgħid x'inhi l-opinjoni u l-pożizzjoni tad-dipartiment tas-saħħa f'dan ir-rigward?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bl-inizjattiva tad-Dipartiment tas-Saħħa twaqqaf Bord li ltaqa' l-ewwel darba fit-3 ta' Mejju 2000 biex jifformula kodiċi ta' prattika bbażat fuq studji xjentifiċi u rakkomandazzjonijiet minn istituzzjonijiet internazzjonali. Għalhekk għadu prematur biex id-Dipartiment tas-Saħħa jieħu xi pożizzjoni.
Leg 9 PQ #16730 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-aħħar żewġ gwardjani tal-ħabs li jaħdmu fid-diviżjoni fejn hemm Dr Lawrence Pullicino ġew sospiżi mid-dmirijiet tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti r-raġunijiet li wasslu għal dawn is-sospensjonijiet u min ħa din id-deċiżjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda gwardjani li kienu jaħdmu fid-diviżjoni li fiha tinżamm il-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li ġew sospiżi mix-xogħol tagħhom.
Leg 9 PQ #16731 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Mobile antennas - Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studji u riċerki għamlet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l-effett fuq saħħet il-bniedem mill-mobile antennas qabel din ħarġet is-seba' permessi li diġa' ħarġet?

Response (BORG, TONIO)

L-Awtorita` ta` l-Ippjanar mhix l-Awtorita` kompetenti li tagħmel studji jew riċerka dwar l-effett fuq saħħet il-bniedem minn l-apparat li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. L-Awtorita` qiegħda tipproċessa kull applikazzjoni li tirċievi għal dan l-apparat b`mod normali u fejn l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta` l-ippjanar il-permess jinħareġ. Dan qed ikun soġġett, pero`, għal kundizzjoni li l-applikant ikollu l-awtorizazzjoni relevanti minn naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa u jottempra ruħu ma` xi kundizzjonijiet li d-Dipartiment jista` jimponi.
Leg 9 PQ #16732 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Sliema - HSBC

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15804, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-maġġoranza l-kbira u ġeneralment l-extra duties mal-banek imsemmija jsiru mill-istess membru tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ħinijiet li tkun meħtieġa l-extra duty ma` dawn iż-żewġ banek partikolari imsemmija mill-Onor. Interpellant, huma inqas minn dawk ta` banek oħra. Għaldaqstant, ikun hemm membri tal-Korp li minħabba x-xift li jaħdmu ma jkollhomx il-ħin li jagħmlu extra duty f`postijiet oħra, u għalhekk ikunu dettaljati aktar drabi f`dawn iż-żewġ banek.

Yachts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' yachts barranin li daħlu f'pajjiżna mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? Jista' jgħid ukoll fl-istess perijodu kemm ammontaw in-numru ta' yacths Maltin li ħarġu barra l-pajjiż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li billi kull 'yacht' x'ħin jidħol jew qabel ma joħroġ minn Malta huwa obbligat li jirraporta d-Dwana, nirrakkomanda lill-Onor. Membru li jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat. L-Awtorita' Marittima tista' tagħti biss in-numru ta' `yachts` barranin li jitolbu rmiġġ ġewwa wieħed mill-'Yachting Centres' amministrati mid-Direttorat tal-'Yachting'. Mill-ewwel ta' Jannar 2000 sa llum, in-numru ta' jottijiet li daħlu ġewwa il-'Yachting Centres' ta' l-Awtorita' Marittima kien ta' 211.

Ta' Ġiorni — Triq Bertha K.IIg

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni biex id-dipartiment tal-manutenzjoni tad-djar jagħmel xogħol ta' manutenzjoni u tibjid fi blokk A, Triq Bertha K.IIg, Ta' Ġiorni, peress li l-istat tal-blokk imsemmi xejn ma hu feliċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li m'hemm ebda talba pendenti dwar dan il-blokk quddiem id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar. Madankollu ser isir spezzjoni fil-ġranet li ġejjin biex jiġi stabbilit x'xogħol hemm bżonn isir.
Leg 9 PQ #16723 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Telefonati anonimi

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-pulizija kemm irċeviet rapporti, u eventwalment investigatx każi dwar rapporti ta' telefonati anonimi, mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Jista' jgħid, b'riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet, il-pulizija kemm tellgħet nies il-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u l-31 ta` Mejju 2000, il-Pulizija kellha 2,050 rapport ta` telefonati anonimi u ġew imressqa quddiem il-Qorti 42 persuna.

ETC — Barranin - Xogħol bla permess

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' persuni barranin li nqabdu jaħdmu bla permess f'pajjiżna mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid: (1) minn liema pajjiż kienu ġejjin dawn il-ħaddiema; (2) liema tip ta' xogħol inqabdu jagħmlu; (3) ma' min inqabdu jaħdmu illegalment; (4) x'passi ttieħdu fil-konfront ta' dawn il-persuni u min kien qed iħaddimhom illegalment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

ETC — Registrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol minn Settembru, 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li dawn il-persuni nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #16726 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — PSC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' ħaddiema taċ-Ċivil li ttellgħu quddiem il-PSC mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? Jista' jgħid: (1) x'kienu l-każi li għalihom ittellgħu l-ħaddiema quddiem il-PSC; (2) kemm minn dawn il-każi għadhom pendenti; (3) kemm minn dawn il-każi ttieħdet deċiżjoni dwarhom u x'kienet din id-deċiżjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fl-1 ta' Frar 2000 daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti ta' l-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina) li permezz tagħhom il-każijet ta' dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti. It-tagħrif li se nagħti fl-Iskeda numru 1 li ser npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra għaldaqstant huwa dwar każijiet ta' dixxiplina li nbdew mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Jannar 2000. Għar-rigward każijiet ta' dixxiplina li nbdew mill-1 ta' Frar 'l hawn, ninsab infurmat illi fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi kien hemm tlett każijiet ta' dixxiplina. It-tagħrif dwarhom jinsab fl-Iskeda numru 2 li wkoll qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Għar-rigward it-tagħrif dwar każijiet ta' dixxiplina li nbdew mill-1 ta' Frar 'l hawn fil-Ministeri l-oħra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi.

Kunsilli lokali — Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-introduzzjoni tal-gwardjani lokali sal-lum, kemm ingħataw ċitazzjonijiet? Jista' jgħid: (1) x'kienu l-kontravenzjonijiet li għalihom ingħataw iċ-ċitazzjonijiet; (2) iċ-ċitazzjonijiet li ngħataw kemm huwa stmat li jammontaw fi flus; (3) f'liema lokalitajiet ngħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-informazzjoni trid tinġabar, nagħti tweġiba f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16714 Sitting 312 2000-06-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding — Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti ta' xogħol ġdid għal Malta Shipbuilding?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-management tal-Malta Shipbuilding qed jintensifika l-isforzi tieghu biex ihajjar xoghol gdid lejn it-Tarzna tal-Marsa. Il-Kumpanija qed tircievi talbiet biex tikkwota ghal xoghol differenti. Uhud minn dawn it-talbiet jinsabu fi stat fejn it-tarzna giet `shortlisted` ghal certu xoghol, pero` ir-rizultat ta` dan l-interess ghad irid jigi definit.

Hamrun — Pjazza Vittmi tas-Sette Giugno

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li Pjazza l-Vittmi tas-Sette Giugno, Ħamrun, tingħata t-tarmac peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għadu dif ingħata kuntratt biex jiġu asfaltati t-toroq tar-Rabbat li jinkludi wkoll ix-xogħol f`din il-pjazza. Ix-xogħol mistenni li jibda malli d-dokumenti tal-kuntratt jitlestew.

Ħamrun — Triq Guże' Bajada

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li Triq Guże' Bajada, Ħamrun, tingaħta t-tarmac peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari Nru. 16715 li tkopri wkoll ix-xogħol f`din it-triq.

Ħamrun — Triq Frans Camilleri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li Triq Dun Frans Camilleri, Ħamrun, tingħata t-tarmac peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpelant għall-mistoqsija parlamentari Nru. 16715 li tkopri wkoll ix-xogħol f`din it-triq.

Ħamrun — Triq Willie Attard

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li Triq Willie Attard, Ħamrun, tingħata t-tarmac peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari Nru. 16715 li tkopri wkoll ix-xogħol f`din it-triq.
Leg 9 PQ #16721 Sitting 312 2000-06-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Ġiorni H/E — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex id-dipartiment tas-sanita' jieħu l-passi kollha meħtieġa għal problema ta' ġrieden li qed ikun hemm fil-viċinanzi ta' block A, qasam tad-djar, Ta' Ġiorni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sanita` ma kien rċieva l-ebda ilment dwar problema ta` ġrieden fil-viċinanzi ta` 'Block A' qasam tad-djar, Ta` Ġiorni matul din is-sena. Għaldaqstant trattament kontra il-ġrieden sar il-lum disgħa ta` Ġunju mill-ħaddiema tar-'Rodent Control' ta` l-istess dipartiment. Spezzjonijiet fil-viċinanzi indikati sa jbqgħu jsiru regolarment.