Jista' l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar xogħol ta' tarmac fi Triq San Pawl li minn quddiem l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar tagħti għal quddiem Palazzo Pescatore?
Jista' jgħid ukoll x'ikkaġuna l-ħsara li fiha din il-parti tat-triq?
Jista' jgħid min se jagħmel it-tiswijiet li hemm bżonn li jsiru u min se jħallas l-ispejjeż għal dan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li m`hemmx `records` għand id-Dipartiment dwar meta kien sar l-asfalt fit-triq Parades, San Pawl il-Baħar.
Is-sena l-oħra l-Kunsill ta` San Pawl il-Baħar, nieda proġett ta` tiġdid tas-servizzi fil-qalba tar-raħal u bħala parti mix-xogħol saru ħafna trinek li kixfu d-difetti strutturali kbar li kien hemm fil-pedamenti tagħha.
Peress li s-sena l-oħra kien hemm ħafna toroq magħluqa f`San Pawl il-Baħar, ma setax isir xogħol għal bini mill-ġdid ta` din it-triq, u għalhekk ingħatat kisja ħafifa bl-asfalt biex it-triq tkun tista` tintuża.
Il-pedamenti tat-triq tant huma mibnija ħażin li anke matul din is-sena partijiet minn dan l-asfalt temporanju kellhom jissewew diversi drabi. Issa li tlesta x-xogħol f`Mosta Road, id-Dipartiment tat-Toroq ħareġ sejħa għall-offerti għal biex il-pedamenti ta` din it-triq jerġgħu jinbnew mill-ġdid, u meta x-xogħol jitlesta` it-triq tkun tista` tingħata l-asfalt finali.
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji lil din il-Kamra separatament ta' kemm intnefqu flus mill-Forzi Armati, f'manpower, telefonati, fuel ta' karozzi u f'kull riżors ieħor li ntuża biex saru t-tfittxijiet u eventwalment il-qabdiet ta' l-aħħar żewġt ħarbiet ta' erba' u tliet priġunieri li ħarbu mill-ħabs ta' Kordin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Le. Kemm għaliex huwa diffiċli għal raġunijiet ovvji li tiġi kwontifikata l-informazzjoni mitluba, kif ukoll għaliex mhux prudenti li tingħata nformazzjoni ta' kif aġixxew il-forzi tas-sigurta.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex veru li l-ħaddiema on-loan mal-Maltacom ser jintbagħtu lura fil-post oriġinali tax-xogħol tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' flimkien mal-Maltacom jikkonsidraw in-numru ta' snin ta' servizz tal-ħaddiema nvoluti, biex wara li dawn taw servizz ta' snin twal lill-Maltacom jew isiru tal-post jew jingħataw is-somma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pensjonanti ex-ħaddiema tal-Maltacom, MIA, Air Malta u Malta Drydocks, ibbenefikawx mill-aħħar ftehim kollettiv li sar ma' dawn l-azjendi? Jekk fl-affermattiv,x'kienu l-benefiċċji li bbenefikaw minnhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi li l-mistoqsija parlamentari ssir lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16634?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ttieħdu u qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex il-komunikazzjonijiet li jintbagħtu mill-Ministeru u d-Dipartimenti kollha fi ħdanu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom fl-iqsar żmien possibbli biex jibqa' jingħata l-aħjar servizz, anke b'mezzi ta' komunikazzjoni alternattivi. Informat li s-servizz miexi b'mod regolari.
Peress li madwar xahrejn ilu ħarġu applikazzjonijiet għall-ġurnalisti mal-P.B.S., jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm applikaw għal dawn il-postijiet tax-xogħol vakanti; 2) meta saru l-intervisti; 3) meta ser joħorġu r-riżultat; u 4) kemm ħaddiema bħala ġurnalisti ser jiġu ngaġġati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni għal ġurnalisti mal-PBS Ltd ġibdet 36 applikazzjoni. Sadanitant beda proċess ta' konsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-PBS kif imfisser fir-rapport u wieħed irid jara x'ser jiġi propost finalment qabel jiġi deċiż x'vakanzi irid jimla'. Għaldaqstant il-proċess ta' l-applikazzjonijiet imsemmija ma jistax ikompli.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16636?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Membru japprezza li t-tqassim ta' ittri impustati huwa xogħol il-Posta Ltd. Sa fejn hu infurmat il-Ministeru, m'hemmx posta li tinsab maqbuda għand il-Posta Ltd. b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali li l-G.W.U. qed tieħu kontra l-miżuri tal-budget tas-sena 2000 imħabbra f'Novembru tas-sena l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'xiri ta' computers u tiswijiet fuq computers fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tat-Turiżmu bejn l-1992 u 1996 mingħand il-Medway Import/export agency?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonsidra bl-akbar serjeta' li jsir street lighting fi Triq l-Imħallef William Harding, Pembroke quddiem Plot 199 sa Plot 204 u minn quddiem Plot 208 sa Plot 211?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba sabiex Triq l-Imhallef William Harding f`Pembroke tigi mdawwla giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tigi kkunsidrata. Inserrah mohh l-Onorevoli Interpellant li talbiet ta` dan it-tip dejjem jigu kkunsidrati bl-akbar serjeta`.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16555?
Response (BORG, JOE)
L-ispiża ta' kull safra kienet kif ser jingħad:
Data tas-Safra Pajjiż Spiża ta' kull Safra
25-28 Jannar Renju Unit Lm 255.69
04-05 Frar Spanja NIL
14-17 Frar Belġju Lm2,365.40
16-17 Marzu Franza Lm 548.62
27-29 Marzu Belġju Lm1,231.63
12-14 April Repubblika Ċeka Lm 635.79
25-28 April Svezja/Portugal Lm3,346.88
17-19 April Franza Lm 587.26
03-05 Mejju Italja Lm 422.77
10-12 Mejju Ġermanja Lm 421.98
24-27 Mejju Belġju/Olanda/Lussemburgu Lm1,017.50
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar kemm saru testijiet dwar l-użu ta' fuel mill-karozzi tal-linja f'dawn l-aħħar tlett snin? Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn it-testijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nagħmel riferenza għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12407 datata 11 ta' Jannar, 2000.
Ġustizzja u Gvern Lokali — Azzjonijiet industrijali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16630?
Response (GATT, AUSTIN)
`Fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bħalissa m`hemm l-ebda ittra maqbuda b`riżultat ta` l-azzjonijiet industrijali tal-GWU.`
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex isir tindif fis-centre strip (flower bath) li hemm bejn Triq Mikiel Decelis u l-Main Road il-ġdida f'Pembroke?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' persuni b'diżabilita' li jaħdmu mal-Forzi Armati?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni ġew ingaġġati meta kienu diġa' jbatu b'diżabilita', u kemm minnhom żviluppatilhom id-diżabilita' meta kienu diġa' ngaġġati ma' l-Armata?
Jista' jgħid ukoll x'drittijiet, vantaġġi u x'jgħidu r-regolamenti tal-Forzi Armati fir-rigward ta' persuni b'diżabilita'?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mhux ċar x'irid ifisser l-Onorevoli Interpellant bil-frazi persuni b'diżabilita u ċioe għal liema kategorija partikolari qed jirreferi.
Ma jiġux ingaġġati fl-Armata persuni li diġa jbatu b'diżabilita. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Membri ta' l-Armata huma eliġibli għall-benefiċċji kollha skond kif applikabbli taħt l-Att dwar is-Sigurta Soċjali, kif ukoll taħt il-Pensions Ordinance (Cap 93) u l-Artikli tal-Pensjoni applikabbli għall-membri ta' l-Armata, skond il-kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forzi Armati ta' Malta kif regolati mill-Avviz Legali Nru 91 ta' l-1970.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara u x'inhu r-rwol ta' kull membru fuq din il-kummissjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-membri tal-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara huma:
Ms Simone Vella - Chairperson
Ms Angela Callus - Viċi-Chairperson
Ms Josephine Attard Sultana - Membru
Ms Jacqueline Azzopardi - Membru
Dr Miriam Camilleri - Membru
Dr Mario Felice - Membru
Ms Renee Laiviera - Membru (ex officio)
Ms Mary Anne Lauri - Membru
Ms Margaret Mercieca - Membru
Dr Joe R Micallef - Membru
Dr Tania Sciberras Camilleri - Membru
Rev Dr Charles Tabone - Membru
Ms Christine Theuma - Membru
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jintemm il-proġett ta' l-istreet lighting tal-coast road fis-Salini? Jista' jgħid kemm huwa maħsub li jiswa dan il-proġett?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-progett sabiex tiddawwal it-triq matul il-kosta ta` Bahar ic-Caghaq huwa mqassam f`hames fazijiet. L-ewwel fazi tlestiet, it-tieni wahda tinsab fi stadju avvanzat, filwaqt li t-tielet fazi ghandha tibda fil-futur mhux il-boghod.
Ghaldaqstant huwa mahsub li filwaqt li l-ewwel tlitt fazijiet ta` dan il-progett jitlestew matul din is-sena, iz-zewg fazijiet l-ohra jibdew matul is-sena ta` wara.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-ħaddiema li ġew impjegati ma' l-EU Information Centre u minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-ħaddiema?
Response (BORG, JOE)
Il-ħaddiema li ġew impjegati mal-Malta-EU Information Centre huma dawn:
- Abela Celine
- Cordina Elaine
- Demicoli Edward
- Fiorini Karen
- Grech Robert
- Mallia Faye
- Pace Brian
- Pirotta Fabio
- Sciberras Anne Marie
- Zahra Romina
Il-Lokalitajiet li ġejjin minnhom dawn l-impjegati huma kif ġej:
- Mosta
- Haż Żebbuġ
- San Ġiljan (2)
- Hal Balzan (2)
- Sliema
- Msida
- Hal Qormi
- Kalkara
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jammonta l-infiq f'xiri ta' armamenti mill-Gvern Malti f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid minn liema pajjiżi nxtraw dawn l-armamenti? Jekk huwa dejjem possibbli u jekk dejjem l-informazzjoni mitluba bl-ebda mod ma xxekkel is-sigurta' tal-pajjiż, jista' l-Prim mInistru jgħid x'tip ta' armi jew armamenti nxtraw?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
F'dawn l-aħħar sentejn, il-Forzi Armati ta' Malta xtraw sebgħa u tletin (37) pistola tat-tip Beretta 9mm FS 92 mill-Italja, li swew Lm4,866.