B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17146, jista' l-Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija fejn jirrigwardja l-informazzjoni dwar il-manutenzjoni u tiswijiet?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fuq il-proġett ta' Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ? Kemm se jqum eżatt dan il-kuntratt ta' xogħol? Kemm tħallas flus s'issa l-kuntrattur? Meta beda x-xogħol? Jista' jikkonferma li t-tarmac li ngħata dan l-aħħar se jerġa' jinqala' għaliex l-esperti Ġermaniżi dwar it-toroq ma approvawx ix-xogħol? Min se jħallas għax-xogħol ġdid u t-tarmac ġdid li se jingħata, il-gvern jew il-kuntratturi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar bejn il-Ministeru u l-kumpannnija li ħadet il-kuntratt tat-triq imsemmija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-valur tal-kuntratt għall-bini tat-triq u tqegħid ta` servizzi hu stmat li ser jiswa Lm631,005 inkluża l-VAT.
Il-valur tal-kuntratt għall-asfaltar tat-triq hu stmat li jiswa Lm323,056 inkluża l-VAT. Fuq l-ewwel kuntratt tħallsu Lm245,312.05, li jinkludu `retentions`.
Ix-xogħol ta` l-ewwel kuntratt inbeda fl-14 ta` Ġunju 1999. Rigward ix-xogħol ta` l-asfalt, l-ewwel parti li ngħatat ma ġietx aċċettata u l-kuntrattur ingħata `instructions` biex jaqalgħu u jerġa jagħmlu għas-spejjeż tiegħu.
Il-kopji tal-`Letter of Acceptance` tal-kuntratt qed jiġu pprovduti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax issir xi ħaġa simili għas-sidien tal-karozzini, kif sar fil-każ tat-taxis fl-ajruport u fil-port, fejn it-turist iħallas f'uffiċċju apposta qabel ma jirkeb biex żgur ma jqarrqux bih? Jaf li ċerti sidien ta' karozzini qed jagħmlu ħsara kbira lill-isenm ta' Malta bħala destinazzjoni turistika għax qed jiċċarġjaw prezzijiet esaġerati? Billi taħt l-amministrazzjoni l-oħra, l-Awtorita' għat-Trasport Pubbliku kienet diġa' ltaqgħet ma' rappreżentanti tas-sidien tal-karozzini bil-għan li jiġi ffissat prezz ġdid u li jsiru tabelli ta' prezzijiet li jkunu jidhru, fejn wasal dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma teżisti l-ebda għaqda li magħha jistgħu jibdew taħdidiet f`dan is-sens. Dawk li jinqabdu jżommu noll aktar minn dak stabbilit skond il-liġi jiġu mħarrka. Kemm il-darba jintlaħaq ftehim tkun tista` tinbeda s-sistema fejn in-nollijiet jiġu esibiti f`postijiet fejn jintużaw il-karozzini.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li r-residenti li għandhom residenza s-Salini u li jkunu jridu jmorru Tas-Sliema bit-trasport pubbliku jħallsu l-prezz normali u mhux il-prezz tas-servizz dirett peress li l-uniku mezz ta' trasport pubbliku li jeżisti bejn dawn iż-żewġ lokalitajiet huwa dak dirett ta' 645?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-prezz normali fuq ir-rotta ndikata hu dak ta` rotta diretta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar indaħlet f'deċiżjoni li kienet ittieħdet mit-Traffic Control Board rigward yellow lines quddiem Cloister Walk Appartments fi Triq il-Karmnu, San Ġiljan, b'konsegwenza li l-imsemmija yellow lines wara li kienu diġa' ġew miżbugħa kellhom jitneħħew?
Response (BORG, TONIO)
Wara talba mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f`Ottubru, 1997, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar investigat il-każ u tat parir lit-Traffic Control Board biex jirrikonsidra d-deċiżjoni tiegħu biex jitqegħdu double yellow lines fuq il-faċċata tat-triq tad-dħul tal-garaxx fil-Cloister Walk, Carmel Street, San Ġiljan.
Il-każ kien ukoll investigat mill-Ombudsman fil-każijiet numri 1912 u 2192 fl-1988.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16982 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jgħid jekk il-pensjonanti ex-ħaddiema tal-Maltacom, MIA, Air Malta u Malta Drydocks, ibbenefikawx mill-aħħar ftehim kollettiv li sar ma' dawn l-azjendi? Jekk fl-affermattiv, x'kienu l-benefiċċji li bbenefikaw minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma l-Onor. Membru illi kull pensjoni tas-Sigurta' Soċjali terġa ssir stima mill-ġdid kull sena b'seħħ mill-ewwel Sibt ta' Jannar tas-sena.
F'kaz ta' persuna li d-Dħul Pensjonabli kien stmat fuq l-aħjar tliet snin kalendarji konsekuttivi u kienet impjegata ma waħda mill-Korporazzjonijiet (jew Ażjenda) imsemmija, allura l-stima mill-ġdid tkun ibbazata fuq il-paga jew is-salarju kurrent tal-grad okkupat u skond il-provedimenti tal-Ftehim Kollettiv.
Dan ifisser illi persuna jew armla ta' dik il-persuna li kienet impjegata ma waħda minn dawk il-Korporazzjonijiet imsemmija gawdew minn żidiet kull sena fil-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali.
Skond l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment, il-pensjonijiet huma revduti fuq l-aħħar Ftehim Kollettiv f'dawn l-azjendi u għalhekk m'hemmx pendenzi f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex scammel truck bin-numru ta' reġistrazzjoni BBA 909 (KIP 16) ma jibqax jipparkja bil-lejl fi Triq il-Fuxa, San Gwann peress li: (a) qed joħloq inkonvjent lir-residenti bl-irwejjaħ; u (b) qiegħed ikun ipparkjat kontra kif permess bil-liġi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Għalkemm ir-responsabbilta' tal-Koperattiva għall-Indafa Pubblika ma taqax taħt il-Ministeru għall-Ambjent, dan il-Ministeru ħa l-passi meħtieġa biex dan l-inkovenjent jitneħħa.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex isir wiċċ ġdid fil-bankina ta' Triq Blanche Huber, Sliema li twassal sa Triq San Franġisk, Sliema peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mixtri apparat ġdid mill-ex-Telemalta illum Maltacom plc f'Malta u Għawdex bejn 1987 u 1996 u fejn ġie installat dan l-apparat? Jista' jgħid f'kull każ kemm laħqet l-ispiża u kemm minn dan l-apparat għadu jintuża llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sakemm ma ninghatax raguni valida ghaliex qed issir din it-tip ta` mistoqsija, li tkopri perjodu ta` xejn anqas minn disa` snin, ma narax il-htiega li l-Maltacom ghandha toqghod tigbor dawn id-dettalji kollha mitluba meta l-hin u r-rizorsi umani involuti jistghu jigu utilizzati ahjar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mixtri apparat ġdid mill-Enemalta f'Malta u Għawdex bejn 1987 u 1996 u fejn ġie installat dan l-apparat? Jista' jgħid f'kull każ kemm laħqet l-ispiża u kemm minn dan l-apparat għadu jintuża llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sakemm ma ninghatax raguni valida ghaliex qed issir din it-tip ta` mistoqsija, li tkopri perjodu ta` xejn anqas minn disa` snin, ma narax il-htiega li l-Enemalta ghandha toqghod tigbor dawn id-dettalji kollha mitluba meta l-hin u r-rizorsi umani involuti jistghu jigu utilizzati ahjar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mixtrija reverse osmosis plants f'Malta u Għawdex bejn 1987 u 1996 u fejn ġew installati? Jista' jgħid f'kull każ kemm laħqet l-ispiża u kemm minn dawn il-plants għadhom jiffunzjonaw illum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sakemm ma ninghatax raguni valida ghaliex qed issir din it-tip ta` mistoqsija, li tkopri perjodu ta` xejn anqas minn disa` snin, ma narax il-htiega li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ghandha toqghod tigbor dawn id-dettalji kollha mitluba meta l-hin u r-rizorsi umani involuti jistghu jigu utilizzati ahjar.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li kien sar taħt l-aħħar amministrazzjoni Laburista bejn l-Awtorita' għat-Trasport Pubbliku u l-Gozo Bus Owners Association jew l-għaqda tas-sidien tal-karozzi tal-linja f'Għawdex?
Kemm minn dan il-ftehim baqa' biex jiġi implimentat? Kemm baqa' sidien li għadhom ma xtrawx it-trakk addizzjonali kif kien stipulat fil-ftehim? Kemm hemm sidien li għadhom ma waħħlux l-air conditioner fil-karozzi addizzjonali li għalihom ingħataw il-permess skond il-ftehim?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16912, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm ittri maqbuda mhux għand Posta Ltd imma għand il-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M'hemm ebda ittri maqbuda għand il-Ministeru, dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ħlief għal 70 ittra tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali li hemm bżonn li jkunu reġistrati.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji separatament lil din il-Kamra ta' kemm intnefqu flus mill-Korp tal-Pulizija, f'man-power, telefonati, fuel ta' karozzi u f'kull riżors ieħor li ntuża biex saru t-tfittxijiet u eventwalment il-qabdiet ta' l-erba' priġunieri li ħarbu mill-ħabs ta' Kordin dan l-aħħar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mhux fiżikament possibli li jsir dan il-kwalita` ta`
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-pajjiżi li jsir servizz ta' posta lejhom bil-baħar?
Jista' l-Ministru jgħid separatament ukoll il-frekwenza u l-iskeda ta' dan is-servizz lejn kull pajjiż jew żona u l-ħlas li jsir mill-konsumatur f'dan ir-rigward?
Jista' l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar tibdil fl-iskeda, fil-frekwenza tas-servizz u fil-ħlas ta' dan ir-rigward?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu tista` tinstab fl-Avviż Legali Numru 138 ta` l-1993, kif emendat b`Avviż Legali Numru 15 ta` l-1997.
It-talba għal dan is-servizz ma tidhirx li hija kbira ħafna. Jiena nfurmat li l-Maltapost qed titlob li twaqqaf is-servizz tal-posta bil-baħar lill-pajjiżi kollha.
It-talba tal-kumpanija bbażata fuq li hija qed tifaċċja diversi diffikultajiet b-dan is-servizz, fosthom telf finanzjarju, dewmien sinifikanti u nuqqas ta` kontroll fuq il-kwalita` tas-servizz. Il-kumpanija qed issostni wkoll li s-servizz tal-posta bil-baħar qed jinqata` ukoll minn ħafna pajjiżi madwar id-dinja għall-istess raġunijiet.
Din it-talba għadha qed tiġi diskussa.
Jista' l-Ministru separatament jgħid skond iż-żoni jew pajjiżi rispettivi kemm ikopru ħin it-Telecards ta' Lm2, Lm3 u Lm5 tal-Maltacom?
Jista' l-Ministru jgħid separatament ukoll meta sar l-aħħar tibdil f'dan is-sens?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-lista tat-tariffa ta` drittijiet imħallsa għal kull minuta skond iż-żona għal telefonati ma` barra minn Malta tinsab fid-direttorju tat-telefon. Ghaldaqstant, biex ikun jaf kemm ħin tkopri Telecard, kull ma` għandu jagħmel l-Onorevoli Interpellant huwa li jiddividi l-valur tat-telecard bit-tariffa relattiva.