Legislature:
Category:
Reset
Active:

Children Allowance — Tnaqqis

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fic-children allowances mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qieghda tingabar u r-risposta tinghata f'xi Seduta ohra.

PTA — Ftehim

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17410, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-erba' punti tal-ftehim li għadhom mhumiex jiġu mplimentati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-erba punti tal-ftehim imsemmi f`Mistoqsija Parlamentari Nru 17410 huma: Punt Nru 6 Li jobbliga kull operatur membru tal-GBOA li japplika u jikkwalifika għal ħruġ ta` permess ta` operaturi mill-Awtorita` liema permess ikun addizzjonali għall-ħruġ tal-vettura. Punt Nru 8 li jobbliga lill-operaturi membri tal-GBOA li jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom bil-għan li jitfasslu regolamenti ġodda biex jitwaqqaf Tribunal li jkun kompetenti jiddeċiedi każi ta` ksur ta` regolamenti u liġijiet li jolqtu t-trasport pubbliku. Punt Nru 9 Li jirrigwarda l-liberaliżżazzjoni tat-Trasport Pubbliku bla skeda. Punt Nru 11 Li jobbliga lix-xuffiera kollha liċenzjati biex isuqu `Omnibus` biex isegwu kors li jsir mill-Awtorita` stess.

PTA — Ċirkewwa

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk madwar xahar ilu l-Awtorita' għat-Trasport Pubbliku qabditx fiċ-Ċirkewwa trakk/xarabank tat-turisti taħdem bla permess u mingħajr numri tar-reġistrazzjoni u mingħajr chassis number? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru jew le li din il-vettura f'daqqa waħda sparixxit mill-post? Jista' jgħid jekk din il-vettura hijiex l-istess waħda li tintuża għall-ġarr tal-ħaddiema tal-Freeport? Jista' jgħid x'passi ttieħdu f'dan ir-rigward?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-uffiċjali ta` l-Awtorita dwar it-Trasport Pubbliku qabdu xarabank fl-inħawi taċ-Ċirkewwa li ma kellux il-pjanċi (u allura n-numri tar-reġistrazzjoni) konformi mal-body tax-xarabank. Dan il-każ seħħ f`April li għadda u fuqu saru żewġ rapporti li tmexxew għand il-pulizija. Iż-żewġ każi bħalissa huma sub-gudice. L-Awtorita dwar it-Trasport Pubbliku rċeviet ittra anonima f`Mejju li għadda li kien hemm vettura mhux liċenzjata taħdem fl-inħawi u ġewwa l-Freeport. L-Awtorita kitbet lill-Management tal-Freeport sabiex jekk dan l-abbuz jeżisti jiġi mwaqqaf. Minn naħa tagħha l-Awtoria għamlet spot checks regolari u ma nstabx li kien hemm xi vettura taħdem illegalment fil-viċinanza tal-Freeport.
Leg 9 PQ #17612 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Vettura għal ġarr ta' l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk il-vettura li tintuża għall-ġarr fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema tal-Freeport għandhiex permess biex taħdem, għandhiex chassis number u għandhiex numri tar-reġistrazzjoni? Jista' jinvestiga jekk din il-vettura għandhiex polza ta' assikurazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #17432 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Apparat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17173, peress li l-informazzjoni mitluba tikkonċerna nfieq pubbliku u fil-kuntest tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nahseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li biex tingabar lista ta` l-apparat kollu gdid li l-Maltacom xtrat u nstallat f`Malta u f`Ghawdex matul id-disa` snin bejn l-1987 u l-1996 tinvolvi xoghol fuq skala kbira. Tajjeb jinghad ukoll li informazzjoni dwar investiment ta` natura kapitali diga` jinsab migbur fir-Rapport Annwali li l-Kumpanija tippubblika kull sena. Ghaldaqstant ma ghandi xejn xi nzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 17173.
Leg 9 PQ #17433 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Reverse Osmosis Plants

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17175, peress li l-informazzjoni mitluba tikkonċerna nfieq pubbliku u fil-kuntest tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nahseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li biex tingabar lista ta` l-impjanti kollha tar-Reverse Osmosis kollha mixtri u nstallati f`Malta u f`Ghawdex mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, inkluz l-ispiza involuta f`kull kaz, matul id-disa` snin bejn l-1987 u l-1996 tinvolvi xoghol fuq skala kbira. Tajjeb jinghad ukol li nformazzjoni dwar investiment ta` natura kapitali diga` jinsab migbur fir-Rapport Annwali li l-Korporazzjoni tippubblika kull sena. Ghaldaqstant ma ghandi xejn xi nzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 17175.

Ta' Ġiorni — Żbroff ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u urġenti sabiex żbroff ta' drenaġġ li qiegħed isir minn u li jidher ħdejn l-entratura ta' Blk E, Triq Andre' Mourious, Ta' Ġiorni, issirlu l-manutenzjoni meħtieġa peress li qed ikun ta' inkonvenjent kif ukoll ta' periklu għas-saħħa tar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ghaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ghall-azzjoni mehtiega.
Leg 9 PQ #17522 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17373?

Response (REFALO, MICHAEL)

Irrid ninforma lil-Onor. Interpellant li wara li sar aktar stħarriġ dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant jirriżulta li fl-1996 inxtara tagħmir ta' 'computers' eċċ. mingħand 'Medway Import - Export Agency' bil-valur ta' Lm6985.75. Il-kumpanija msemmija ma ġietx inkarigata teżegwixxi l-ebda xogħol ta' tiswijiet fuq dan it-tagħmir.
Leg 9 PQ #17523 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Apparat

Question

Peress li l-mistoqsija parlamentari numru 17173 tikkonċerna nfieq pubbliku u fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista'l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li din il-mistoqsija hija l-istess bhall-mistoqsija numru 17432 maghmula mill-istess Onorevoli Interpellant. Ghaldaqstant huwa ovvju li t-twegiba li tajt ghal dik il-mistoqsija tapplika ghal din ukoll.
Leg 9 PQ #17524 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Reverse Osmosis Plants

Question

Peress li l-mistoqsija parlamentari numru 17175 tikkonċerna infieq pubbliku u fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba lill-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li din il-mistoqsija hija l-istess bhall-mistoqsija numru 17433 maghmula mill-istess Onorevoli Interpellant. Ghaldaqstant huwa ovvju li t-twegiba li tajt ghall-mistoqsija tapplika ghal din ukoll.
Leg 9 PQ #17406 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħalib għat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex it-tfal li jattendu l-iskola primarja ta' San Ġiljan jibdew jingħataw il-ħalib tal-kulur bħal ma' jsir fi skejjel oħra peress li sal-lum dan m'huwiex isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-deċiżjoni li l-iskola tipprovdi ħalib abjad ittieħdet waqt laqgħa għall-ġenituri imsejjħa mill-Kunsill ta' l-Iskola f'Ġunju 1999 meta ġie diskuss il-provediment tal-ħalib.
Leg 9 PQ #17408 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Caravan sites

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir caravan sites f'pajjiżna? Jista' jgħid dawn fejn se jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #17409 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema — Xogħol fil-promenade

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex il-ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-proġett tal-promenade ta' Tas-Sliema u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jitħallsu ta' l-overtime peress li dawn ilhom ma jitħallsu tiegħu għal madwar tliet xhur?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-overtime tal-ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-proġett tal-promenade ta' tas-Sliema qiegħed fil-proċess li jitħallas matul dan ix-xahar, minbarra numru żgħir ta' ħaddiema. Dan l-overtime ta' l-aħħar hu mistenni li jitħallas matul ix-xahar id-dieħel.

PTA — Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17176?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għad baqa' erba' punti tal-ftehim li kien sar bejn l-Awtorita tat-Trasport Pubbliku u l-'Gozo Bus Owners Association' li kien sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti li għad mhux jiġu mplimentati. Jien infurmat ukoll li s-sidien kollha kienu xtraw il-vettura addizzjonali skond il-ftehim waqt li għad baqa' erba' vetturi li għad irid jiġi nstallat l-'air conditioner' fuqhom.
Leg 9 PQ #17431 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Apparat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17174, peress li l-informazzjoni mitluba tikkonċerna nfieq pubbliku u fil-kuntest tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ghandi nifhem li l-Onorevoli Interpellant japprezza li biex tingabar lista` ta` l-apparat kollu gdid li l-Korporazzjoni Enemalta strat u nstallat f`Malta u f`Ghawdex matul id-disa` snin bejn l-1987 u l-1996 tinvolvi xoghol fuq skala kbira. Tajjeb jinghad ukoll li informazzjoni dwar investiment ta` natura kapitali diga` jinsab migbur fir-Rapport Annwali li l-Korporazzjoni tippubblika kull sena. Ghaldaqstant ma ghandi xejn xi nzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 17174.
Leg 9 PQ #17239 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direttur inħatar fid-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħtu minn Settembru 1998 sal-lum? Jista' jgħid: (1) min huma dawn id-diretturi; (2) x'kundizzjonijiet igawdu; (3) kemm minnhom u min minnhom huma intitolati li jkollhom karozza; (4) kemm minnhom u min minnhom huma intitolati għal mobile phone?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 'l hawn inħatru żewġ Diretturi fil-Ministeru għall-Ambjent. 1. Dawn huma Anthony Abela A&CE u Joseph Spiteri Bailey. 2. Dawn għandhom Salary Scale 4, free telephone facilities u Annual Bonus skond il-performance tagħhom. 3. It-tnejn li huma ntitolati li jkollhom karozza. 4. Il-Mobile Phone jingħata skond l-esiġenzi tax-xogħol tagħhom.
Leg 9 PQ #17275 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar tal-Qroqq — Open day

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17033?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 17184.
Leg 9 PQ #17276 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Tal-Qroqq — Open day

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16737?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellat għall-mistoqsija parlamentari numru 17184.
Leg 9 PQ #17331 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Meter ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex meter żejjed ta' l-ilma ta' persuna - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - jitneħħa peress li, apparti li mhux qed isir użu minnu, ilha li saret applikazzjoni f'dan is-sens tliet snin ilu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma sabiex jiġi investigat u jekk ikun il-każ jittieħed l-passi meħtieġa.