Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17834 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wħud mis-securities tal-Maltacom mhux qed jingħataw il-vacation leave annwali ntitolat lilhom? Jaf il-Ministru li minn fost il-ħaddiema hemm min għandu vacation leave annwali akkumulat ta' tliet snin? Jista' jikkonsidra li tingħata għażla lill-ħaddiema jekk jitħallsux jew inkella jingħatawx bħala leave il-ġranet dovuti lilhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17735 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Vettura għal ġarr ta' l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17612?

Response (BONNICI, JOSEF)

Inserrah mohh l-Onorevoli Interpellant li l-vettura li tintuza ghat-trasport tal-haddiema tal-Port Hieles fuq il-lant tax-xoghol ghandha kollox in regola u skond il-ligi.
Leg 9 PQ #17736 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Servizz Sigriet — Telephone tapping

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba s-servizz sigriet ġie awtorizzat jagħmel tapping tat-telephone? Jista' jgħid ukoll x'mekkaniżmu hemm f'dan is-sens u x'passi jittieħdu biex jiġi assigurat li ħadd mill-persuni li għandhom aċċess għat-tapping ma jabbuża b'tapping mhux awtorizzat?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8273.

Kunsilli legali — Ġemellaġġi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17626, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ min kienu u min ser ikunu l-persuni u kunsilliera li siefru jew se jsiefru?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lil-Onor. Interpellant ghar-risposta li inghatat ghall-mistoqsija Nru. 17626.

Ruma — Ambaxxata Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li korrispondenza li ntbagħtet lill-Ambaxxata Maltija f'Ruma u li kopja tagħha qiegħed nibgħat separatament minn persuna, li isimha wkoll qiegħed nibgħat separatament, fl-14 ta' Mejju, 1999 u 18 ta' Jannar, 2000 għadha ma ġietx imwieġba u saħansitra lanqas intbagħtet acknowledgement?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq naċċerta lill-Onorevoli Interpellant li l-azzjoni meħtieġa dwar is-suġġett tal-korrispondenza tal-14 ta' Mejju 1999 ittieħdet b'mod immedjat. L-ittra tal-14 ta' Mejju 1999, li waslet fl-Ambaxxata fil-25 ta' Mejju 1999, kienet segwita minn azzjoni uffiċċjali ma' l-Awtoritajiet Taljani fil-31 ta' Mejju 1999. Sa issa għall-korrispondenza tal-31 ta' Mejju 1999 baqgħet ma nagħtat l-ebda risposta uffiċċjali minn naħa tal-Gvern Taljan. Għalhekk l-Ambaxxata Maltija f'Ruma għadha mhix f'pożizzjoni li tagħti tweġiba jew tipprovdi aktar informazzjoni lill-persuna konċernata.

Children Allowance — Twaqqif

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji ma baqgħux jingħataw ic-children allowances mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qieghda tingabar u r-risposta tinghata f'xi Seduta ohra.

Supplimentari tal-Pensjoni — Twaqqif

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji ma baqgħux jingħataw is-supplimentari tal-pensjoni mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qieghda tingabar u r-risposta tinghata f'xi Seduta ohra.

Benefiċċju tal-Mard — Twaqqif

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji ma baqgħux jingħataw il-benefiċċju tal-mard mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qieghda tingabar u r-risposta tinghata f'xi Seduta ohra.

Relief — Twaqqif

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji ma' baqgħux jingħataw ir-relief mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qieghda tingabar u r-risposta tinghata f'xi Seduta ohra.

Supplementari tar-Relief — Twaqqif

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kemm persuni jew familji ma' baqgħux jingħataw is-supplementari tar-relief mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qieghda tingabar u r-risposta tinghata f'xi Seduta ohra.

Servizzi Inglizi — Ex-impjegati - Pensjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jkompli r-riforma fil-pensjonijiet ta' l-ex-impjegati tas-Servizzi Ingliżi li kien beda l-gvern preċedenti Laburista?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-Twegibiet tieghi dwar dan is-suggett fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 6278 u Numru 12069.

Benefiċċji soċjali — Supplementari tar-Relief

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fis-Supplementari tar-Relief mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qieghda tingabar u r-risposta tinghata f'xi Seduta ohra.

Benefiċċji soċjali — Relief

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fir-Relief mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qieghda tingabar u r-risposta tinghata f'xi Seduta ohra.

Benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fil-benefiċċji tal-mard mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qieghda tingabar u r-risposta tinghata f'xi Seduta ohra.

Pensjonijiet — Tnaqqis

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fis-supplementari tal-pensjoni mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qieghda tingabar u r-risposta tinghata f'xi Seduta ohra.

Pensjonijiet — Tnaqqis

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fil-pensjoni mill-5 ta' Settembru sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qieghda tingabar u r-risposta tinghata f'xi Seduta ohra.