Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18067 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Naghrraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ghal-din il-mistoqsija ser tinghata f xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #18068 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Konsulenti lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18069 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

San Gwann — Triq il-Fuxa - Scammel

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17162, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa peress li l-ilment imsemmi qiegħed jerġa' jkun ta' inkonvenjent kif imsemmi fil-mistoqsija oriġinali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tajt struzzjonijiet biex jittieħdu l-passi meħtieġa biex dan l-inkonvenjent jitneħħa.

IMO — Master Degree fil-Maritime Law

Question

Peress li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jisponsorja studenti għall-kors ta' masters degree fil-Maritime Law ta' l-IMO, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu l-applikanti ta' dan il-kors din is-sena? Jista' jgħid xi kwalifiki kellhom l-applikanti, min minnhom intgħażel u x'kienu l-kriterji ta' l-għażla?

Response (BORG, JOE)

Is-Sinjuri Daniel Aquilina u Reuben Lanfranco intgħażlu biex isegwu l-kors ta' Masters fil-Maritime Law ta' l-IMO. Is-Sinjuri Joseph Mifsud u Nikolai Muscat Farrugia intgħażlu bħala first u second reserve candidates rispettivament. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Mejju 2000? Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18060 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Mejju 2000? Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?

Response (DALLI, JOHN)

Naghrraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ghal din il-mistoqsija ser tinghata f xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #18061 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Mejju 2000? Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18054 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17848, jista' l-Ministru jwieġeb it-tielet u r-raba' parti tal-mistoqsija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirriżultalix li l-management tal-Maltacom ħa xi deċiżjoni f'dan is-sens.
Leg 9 PQ #18056 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan mal-Maltacom? Jista' jgħid x'tip ta' xogol qed jagħmlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18028 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17834?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Maltacom, bi ftehim ma' rappreżentanti tal-ħaddiema, qed tagħmel eżerċizzju ta' roster ġdida li hekk kif tiġi fis-seħħ il-frank pendenti kif ukoll dak attwali li ghandhom l-uffiċjali tas-sigurta' tal-Kumpanija ikun jista' jingħata fuq bażi regolari.
Leg 9 PQ #17926 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ibħra Maltin - Klieb il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar erba' snin kemm saru u waslu rapporti lill-pulizija ta' klieb il-baħar (sharks) u ħut kbir ieħor fl-ibħra Maltin? Jista' jagħti dawn id-dettalji sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #17927 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Ibħra Maltin - Klieb il-baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm waslu u saru rapporti f'dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena, lill-Forzi Armati ta' Malta dwar klieb il-baħar (sharks) u ħut kbir ieħor fl-ibħra Maltin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-total ta' rapporti li waslu għand il-Forzi Armati dwar klieb il-baħar u ħut kbir ieħor fl-ibħra Maltin huma murija hawn taħt: 1997 - xejn 1998 - 4 1999 - 2 2000 (sal-lum)- 3

Qrati — Kawżi Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ċivili pendenti quddiem il-qorti? Jista' jgħid: (1) kemm minn dawn ilhom aktar minn erba' snin; (2) quddiem liema maġistrat qegħdin; (3) kemm minn dawn ilhom jiġu diferiti f'dawn l-aħħar sentejn sempliċement għas-sentenza; u (4) x'inhu jikkawża d-dewmien għas-sentenzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, l-informazzjoni tingħata f`xi seduta oħra.

San Ġwann — Triq il-Bataljun

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex Triq il-Bataljun, San Ġwann, tingħata t-tarmac u dan peress li sa issa qatt ma ngħatat tarmac minkejja li li r-residenti ilhom li ħallsu l-kontribuzzjoni tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Id-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #17930 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Bennejja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar ġew riveduti l-prezzijiet tal-bennejja? F'dan ir-rigward jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn il-prezzijiet? Jista' jgħid ukoll jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jirrivedi dawn il-prezzijiet? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat lil-prezzijiet tal-bini ġew iffissati bi "price control regulation" fl-1980 (Govt. Notice No. 380, 25th July 1980). Minn dak iż-żmien 'l hawn dawn il-prezzijiet qatt ma ġew riveduti. Il-prezzijiet jidhru fl-Avviż Numru 380 tal-25 ta' Lulju 1980. Hi l-"policy" tal-gvern li jħalli l-forzi tas-suq jirregolaw il-prezzijiet u għalhekk ma nħossux li għandna ninponu l-prezzijiet aħna.

Ruma — Ambaxxata Maltija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17786 peress li mir-risposta jirriżulta li issa għaddew aktar minn sena u xagħrejn minn meta l-ittra tal-14 ta' Mejju, 1999 għaddiet lill-awtoritajiet Taljani; u peress li s'issa ma ġietx mogħtija lill-Ambaxxata Maltija f'Ruma l-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid minn Mejju 1999 'il hawn x'follow up sar matul dawn l-aħħar sena u xagħrejn mill-Ambaxxata Maltija f'Ruma mal-awtoritajiet Taljani biex finalment tinkiseb ir-risposta u l-informazzjoni mitluba? Jekk ma sar l-ebda follow up, x'kienet ir-raġuni? Jista' jgħid ukoll x'azzjoni ttieħdet dwar l-ittra tat-18 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li l-individwu in kwestjoni ma ngħata l-ebda risposta jew informazzjoni dwar l-ittri li kien bagħat u saħansitra lanqas biss intbagħtlu acknowledgement? Peress li għandi l-kunsens ta' l-individwu biex nagħmel din it-talba li ġejja, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull korrispondenza li għaddiet bejn l-Ambaxxata Maltija f'Ruma u l-awtoritajiet Taljani dwar dan il-każ?

Response (BORG, JOE)

Kif ġa informajt lill-Onorevoli Interpellant, l-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma kitbet lill-awtoritajiet Taljani dwar dan il-każ fil-31 ta' Mejju 1999. Qiegħed inpoġġi kopja tal-fax li ntbagħtet dak inhar fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan il-każ flimkien ma oħrajn simili, kien segwiet b'telefonati u diskuss f'laqgħat fosthom f'laqgħa li l-Ambaxxatur Malti kellu fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Taljan f'Ottubru tas-sena l-oħra. Il-każ baqa jiġi segwit wara l-ittra tat-18 ta' Jannar 2000, u fil-fatt l-Ambaxxata għada sal-lum għaddejja b'kuntatti ma' l-Awtoritajiet Taljani biex tipprova iġġib risposta għar-rikjesta magħmula mill-individwu in kwestjoni. Minħabba s-serjeta tal-kwistjoni u l-interessi tal-persuna konċernata l-Ambaxxata qed tesiġi li meta tingħata r-risposta din għandha tkun bil-miktub. Peress li s'issa jidher li ma kienetx il-prassi li jintbghatu acknowledgments għal ittri li l-ambaxxati tagħna jirċievu, ħadt ħsieb li dan jibda jsir b'effett immedjat.
Leg 9 PQ #17848 Sitting 345 2000-07-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema on loan tal-Maltacom? Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk huwiex minnu li dawn il-ħaddiema se jintbagħtu lura lejn il-post tax-xogħol oriġinali fejn kienu jaħdmu? F'dan il-kwadru, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex se jingħataw xi tip ta' inċentiv bħala rikonoxximent tas-snin twal ta' servizz li taw lill-ex Telemalta u issa Maltacom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'tip ta' inċentiv dawn il-ħaddimea se jingħataw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li huwa l-ħsieb tal-Maltacom li timplimenta eżerċizzju li permezz tiegħu ħaddiema li huma mislufa lilha, wara d-data stabbilita mill-Kabinett, li ma għandux ikun hemm aktar 'secondments', jirritornaw fl-azjenda, korporazzjoni jew dipartiment fejn kienu qabel. Jiena nfurmat li huwa l-ħsieb tal-Maltacom li timplimenta eżerċizzju li permezz tiegħu ħaddiema li huma mislufa lilha, wara d-data stabbilita mill-Kabinett, li ma għandux ikun hemm aktar 'secondments', jirritornaw fl-azjenda, korporazzjoni jew dipartiment fejn kienu qabel.

Ta' Ġiorni — Triq Jean Houel

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi biex il-gallarija ta' Flat 9, Blk G, Triq Jean Houel, Ta' Ġiorni, issirilha l-manutenzjoni meħtieġa peress li hija ta' perikolu għan-nies u min ħin għal ieħor hemm il-biża' li partijiet minnha taqa' għal isfel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ghaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ghall-azzjoni mehtiega.