Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan ma' l-Enemalta Corporation ?
Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa hemm tlitt ħaddiema minn azjendi oħra mislufa lill-Korporazzjoni Enemalta. Dawn qed jagħmlu xoghol ta' handyman, labourer u Technical Instructor rispettivament
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan mal-Water Services Corporation?
Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha jaħdmu magħha żewġ ħaddiema mislufa minn azjendi oħra. Wieħed huwa mpjegat bħala "welder burner" u l-ieħor bħala xufier ta' trakk.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Konsulenti lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kondizzjonijiet għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata aktar tard f'xi Seduta oħra.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Konsulenti lokali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Mejju 2000?
Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata aktar tard f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?
Response (DALLI, JOHN)
It-taghrif mitlub qieghed jitpogga fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan ma' l-MDC?
Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-preżent hemm ħaddiem wieħed misluf lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta. Dan qed jagħmel xogħol ta' natura teknika mat-taqsima ta' l-Estates Management.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan mal-Bank of Valletta ?
Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-bank imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa kumpanija privata ikkwotata fil-Borża ta' Malta, dan ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Ministeru għas-Servizzi Soċjali — Konsulenti lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Konsulenti lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021.
Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Konsulenti barranin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan ma' l-MIA?
Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-preżent hemm 487 ħaddiem jaħdmu mal-kumpanija Malta International Airport li għad għandhom l-opportunita' li jiddeċiedu jekk iridux jibqgħu mal-kumpanija jew imorru lura lejn il-post tax-xogħol oriġinali tagħhom u għalhekk huma meqjusa bħala mislufin lill-Kumpanija. Dawn il-ħaddiema huma mqassma kif gej:
TAQSIMA NUMRU TA' HADDIEMA
Air Traffic Control 112
Uffiċċju Meteoroloġiku 29
Tifi tan-Nar 95
Trasport 30
Inġinerija 67
Komunikazzjoni 108
Riggers 17
Dispatchers 16
Finanzi 2
Riżorsi Umani 2
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Mejju 2000? Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata, b'mod partikulari għaliex għall-perjodu bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-31 ta' Mejju 2000, ma narax il-ħtieġa għaliex għandha tinġabar tali informazzjoni li tinvolvi xejn anqas minn sebgħa u għoxrin entita' bejn dipartimenti, korporazzjonijiet u azjendi li jiffurmaw parti mid-dekasteru li għalih jiena responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Mejju 2000? Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenti lokali