Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-Child Care Centre ta' l-Air Malta għadu ma bediex jiffunzjona minkejja li dan ilu li ġie inawgurat minn Ottubru li għadda?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bħalissa qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa biex dan iċ-ċentru jkun jista' jibda jopera f'qasir żmien.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-lingwa Maltija ġiet eskluża mil-lingwi li se jiddaħħlu tal-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid min ħa din id-deċiżjoni?
Response (BORG, JOE)
L-Onorevoli Interpellant presumibilment qed jagħmel referenza għar-rapport tal-Parlament Ewropew li sar aċċenn għalih mis-Sur Frans Sammut f'laqgħa riċenti dwar l-ilsien Malti li ġiet organiżżata mill-GEM. Wieħed kien jistenna li s-Sur Frans Sammut, li jidher li hu viċin ħafna tas-CNI bil-mentalita' iżolazzjonista li għandu, messu kien infurmat aħjar.
Il-kwistjoni tal-lingwa fl-Unjoni Ewropeja fil-fatt kienet diskussa fil-Parlament Ewropew wara li ġie ppubblikat rapport ippreparat min Task Force ta' l-istess istituzzjoni dwar The Institutional Aspects of Enlargement of the European Union. Dan ir-rapport ġie ppubblikat fil-21 ta' Ġunju 1999. Ir-rapport ma għamilx referenza għal Malta peress li Malta ma kienetx għada ġiet inserita bħala kandidat membru għalkemm il-Gvern preżenti kien talab sabiex l-applikazzjoni ta' Malta tiġi ri-attivata wara li din kienet ġiet iffriżata mill-Gvern Laburista preċedenti. Fil-fatt it-talba ta' Malta ġiet formalment milqugħa f'Diċembru 1999. Għaldaqstant Malta (flimkien mat-Turkija), ma kienetx meqjusa bħala kandidat għal sħubija waqt id-diskussjonijiet fuq dan ir-rapport.
Il-Gvern ma ħa l-ebda deċiżjoni fis-sens li qed jallega l-Onorevoli Interpellant fil-kuntest tal-lingwa Maltija, ġaladarba l-istatus u l-użu tal-lingwa ta' kull pajjiż applikant jiġu trattati waqt l-aħħar fażi tan-negozjati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk waqt ix-xogħol tal-proġetti u anke wara ta' Manoel Island u Tigne', il-postijiet imsemmija humiex se jingħalqu għal aċċess għal pubbliku?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-klawsola numru 15.1 tal-kuntratt kif ġie approvat minn dan il-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet u x'inhu s-salarju li ġie mpjegat bihom mal-MIC is-Sur Carmel Attard?
Response (BORG, JOE)
Dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg tas-Sur Carmel Attard, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għas-sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta' Frar 2000.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pensjonanti ex-ħaddiema tal-Maltacom, MIA, Air Malta u Malta Drydocks, u li ħarġu bil-pensjoni qabel ġie ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv ta' l-azjenda fejn kienu jaħdmu ibbenefikawx mill-aħħar ftehim kollettiv li sar ma' dawn l-azjendi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17182 dwar dan is-suġġett. Kif indikajt f'dik it-Tweġiba ma jidhirx mill-informazzjoni li għandu d-dipartiment li hemm xi pendenzi fir-rigward ta' reviżjonijiet skond l-aħħar Fethim Kollettiv fl-ażjendi ndikati.
Iżda, jekk l-Onor. Interpellant jaf b'xi każ partikolari li għadu ma kellux il-pensjoni riveduta, nitolbu jgħaddili din l-informazzjoni biex inkun nista' ninvestiga.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Forzi Armati ta' Malta għandha out of stock diversi qisien ta' ħwejjeġ, żraben u affarijiet oħra li jifformaw il-Kit tas-Suldati u dan b'detriment għas-suldati infushom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li bħalissa l-Armata qegħda tbiddel il-qlieżet tat-tip denim ma oħrajn tat-tip Battle Dress Uniform. Għalhekk, sakemm tasal il-konsenja l-ġdida ta' qlieżet tat-tip Battle Dress Uniform, li mistennija tasal fi ftit ġimgħat oħra, jista jinħass xi nuqqas fl-istokk ta' qlieżet denim, speċjalment f'ċertu qisien (kbar ħafna u żgħar ħafna).
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Forzi Armati ta' Malta għandha out of stock żraben li jifformaw il-Kit tas-Suldati u dan b'detriment għas-suldati nfushom?
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ħarġet l-offerta għal forniment ta' dawn iż-żraben?
Jista' jgħid: (a) min rebaħ din l-offerta jew mingħand min ġew ordnati dawn iż-żraben; (b) x'ditta huma; (ċ) kemm huwa l-ammont ta' żraben li ġew ordnati u kull par kemm se jiswa; (d) meta ġew ordnati; u (e) meta huwa maħsub li dawn jaslu għand il-Forzi Armati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mill-informazzjoni li għandi ma jirriżultax li fl-Armata bħalissa hemm nuqqas ta' Army Boots.
Jien infurmat li l-aħħar seħja għall-offerti biex tinxtara konsenja ta' Army Boots High-Leg kienet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern no 16906 tat-8 ta' Frar 2000. L-offerta ntrebħet minn MERC Trading u d-ditta taż-żraben hi Go Faster-UK.
L-ordni għal 1,000 par Army Boots High-Leg, li jiswew Lm28.57c il-par, inħarġet fit-23 ta' Ġunju 2000. Il-konsenja kollha waslet għand il-Forzi Armati fid-19 ta' Lulju 2000. Iż-żraben jibdew jitqassmu skond il-bżonn wara li jiżu ċertifikati mill-Malta National Laboratories Ltd li huma ta' kwalita' tajba bħall-kampjun.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li suldati tal-Forzi Armati ta' Malta qed jiġu ordnati li jilbu l-patese meta l-indikazzjonijiet huma li dawn jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem?
Jaf jew le l-Prim Ministru li dan it-tip ta' ilbies ilu li ġie deċiż li ma jintlibisx minn suldati ta' armati barranin minħabba r-raġuni miġjuba aktar 'il fuq?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li l-Forzi Armati qatt ma kellhom u lanqas għandhom xi informazzjoni dokumentata jew verbali li l-puttees huma ta' dannu għas-saħħa tas-suldat. Fil-fatt kemm fl-Armata tar-Renju Unit kif ukoll fil-Forzi Armati ta' Malta hemm individwi li jippreferu jilbsu l-ankle boots bil-puttees, milli boots oħra aktar moderni mingħajr puttees.
Jien infurmat ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin il-boots li magħhom jintlibsu l-puttees ser jinbidlu ma oħrajn aktar moderni (high-leg) li magħhom ma jintlibsux puttees.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema li kienu joperaw bil-karozza impressed ġew impjegati mal-gvern?
Jista' jgħid kemm minn dawn irrifjutaw l-impjieg u kemm minnhom ma' ġewx offruti l-impjieg?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18511.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista'jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba tingħata f`xi seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kondizzjonijiet għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartmenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kondizzjonijiet għandhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta (data) l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, irtira mis-Servizz Pubbliku u x'kienet ir-raġuni għal dan l-irtirar qabel dan reġa' ġie ngaġġat fid-29 ta' Awissu, 1996?
Jista' jgħid xi grad u xi skala ta' salarju kellu u x'somma ingħatat tas-servizz din il-persuna u meta rtirat f'liema dipartment jew ministeru kienet taħdem?
Konsegwentement, jista' jgħid meta (data) din il-persuna talbet jew intalab li terġa' tiġi reinstated fis-Servizz Pubbliku, meta fil-fatt reġa' daħal lura għax-xogħol u fil-fatt fejn qiegħed jaħdem?
Jista' jgħid ukoll jekk mid-data li reġa' ġie reinstated ħax xi promozzjoni jew tpoġġietx fi skala ta' salarju aktar minn dik li kellu meta oriġinarjament kienet itirat u kif din irriflettiet fis-salarju annwali tagħha?
Jista' jgħid ukoll jekk l-imsemmi persuna għadhiex taħdem fis-Servizz Pubbliku u jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta din il-persuna irtirat mill-ġdid u x'somma ħa tas-servizz wara t-tmien ta' l-impjieg tiegħu?
Jista' jgħid ukoll jekk l-aħħar skala li ngħatat din il-persuna wara li reġgħet ġiet reinstated irrifletitx fil-pensjoni li hu kien qiegħed jieħu meta irtira l-ewwel darba u jekk fl-affermattiv kemm kienet din id-differenza fuq bażi annwali?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant irtirat mis-Servizz Pubbliku b'seħħ mis-7 ta' Frar 1997 fl-eta' ta' sittin sena u disa' xhur, kif għandhom dritt jagħmlu Uffiċjali Pubbliċi wara li jagħlqu s-sittin sena.
Fid-data ta' l-irtirar, din il-persuna kienet fil-grad ta' Uffiċjal Prinċipali Anzjan fi Skala ta' Salarju 7 u kienet taqdi dmirijiet fl-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Din il-persuna ġiet mpjegata mill-ġdid fis-Servizz Pubbliku fil-grad li kellha qabel b'seħħ mis-7 ta' Settembru 1998 u bdiet taqdi dmirijiet fis-Segretarjat Privat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Din il-persuna ġiet maħtura Uffiċjal fi Grad 4 b'seħħ mit-12 ta' Marzu 1999 u bdiet tirċievi salarju fuq Skala 4.
L-imsemmija persuna rtirat mis-Servizz Pubbliku b'seħħ mill-1 ta' Awissu 1999 u bdiet tirċievi l-pensjoni maħduma fuq is-salarju l-ġdid u ngħatat id-differenza relattiva fil-gratuity.
Ma nħossx li hija etika li nagħti nformazzjoni dwar il-gratuity li rċeviet fiż-żewġ każi l-persuna msemmija.
PAGE 1
?ċ.ĠAĦĠŻĠĊĠ7 !'()*12QuPaPuDPc{| +,-./012:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!K"@"Norm alU]a"A@ġ"Default Paragraph Font @ Header9r )@ħPage Number @ Footero#22!2Q2
!"#+1:;GHOP[\dekrtvzħċŻĊ &(*23=>DEGHMNPRYdejktxżċŻ
'/45:;DETU[_ghkqyġħċ !'/139AFGORZ[bcfjqtx{3OPM Secretariat;\\OASECRETARIAT\PROJECTS\DATA\PQ'S\Yea r 2000 PQ's\18182.docOPMSEC;\\OASECRETARIAT\PROJECTS\DATA \PQ'S\Year 2000 PQ's\18182.docOPM Secretariat?\\OASECRETARIAT\PROJECTS\DATA\PQ'S\Yea r 2000 PQ's\18182mail.doc@Laser1\\OASECRETARIAT\Laser1HPP CL5MSLaser1Laser1@gXX@MSUDHP LaserJet 4<dLaser1@gXX@MSUDHP LaserJet 4<d?Times New RomanSymbol&Arial
Tornado"CVhG&G&G&a$V,\\OASECRET ARIAT\PROJECTS\TEMPLATE\Old\PQ.DOTParliamentary QuestionsTemplate for OPM SecretariatOPM SecretariatOPM SecretariatRoot EntryFf &XWordDocumentCompObjjSummaryInformation(
FMicros oft Word DocumentMSWordDocWord.Document.69qOh+'0(@Lt
ċParl iamentary QuestionsTemplate for OPM SecretariatOPM SecretariatPq.dotROPM Secretariat2DocumentSummaryInformation8.+,0HP\dlt| OPMDParliamentary QuestionsMicrosoft Word for Windows 95G@@*9X@*9X@*9Xa.+,0HP\dlt|OPMDParliamentary Questions
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew id-dwal li saru fuq barra biex jiġi inawgurat St. James Cavalier fi tmiem is-sena 1999 u fil-bidu tas-sena 2000?
Jista' jgħid min ipprovda dawn id-dwal?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista'jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar , l-informazzjoni tingħata f'seduta ohra.