Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jifformaw il-Bord tad-Diretturi tal-Kalaxlokk?
Jista' l-Ministru jgħid x'kondizzjonijiet u salarju/rimunerazzjoni għandhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija huwa ffurmat minn dawn is-persuni:
Is-Sur Harold Walls bħala Chairman u s-Sinjuri Mario Mizzi, Saviour Ellul u Michael Gonzi bħala Diretturi.
Jiena nfurmat li ħadd minn dawn is-Sinjuri ma jirċievi xi ħlas għas-servizzi tiegħu fuq il-Bord td-Diretturi tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew: (1) investigati mill-pulizija; (2) imħarrka mill-pulizija; (3) identifikati mill-pulizija; (4) imtella' l-qorti mill-pulizija, konsegwenza ta' ħsarat li saru fuq proprjeta' u billboards, proprjeta' tal-Partit Laburista bejn is-6 u t-8 ta' Settembru, 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti tlett persuni akkużati li kkaġunaw ħsarat fuq proprjeta` tal-Partit Laburista bejn is-6 u t-8 ta` Settembru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn, sena b'sena, kemm tressqu professjonisti l-qorti b'akkużi kontrihom?
F'dan ir-rigward, jista' jgħid kemm minn dawn instabu ħatja u konsegwenza ta' hekk tneħħilhom il-warrant tal-professjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Billi persuni b`akkuzi kriminali jitressqu mill-Pulizija, u fil-Qorti ma tinzammx statistika taghhom, nissuggerixxi li d-domanda ssir lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kemm ġew preżentati kawżi ta' separazzjonijiet taż-żwieġ?
F'dan ir-rigward, jista'jgħid kemm f'dawn il-kawżi hemm involuti persuni ex-ċittadini barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul dawn l-aħħar 5 snin ġew ippreżentati kawżi ta` seperazzjonijiet kif indikat hawn taħt:
1995 75
1996 83
1997 176
1998 121
1999 229
L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tad-domanda ma tistax tingħata billi ma teżistix indikazzjoni taċ-ċittadinanza fl-istatistika tal-kawżi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-riċevimenti li saru biex jiġi inawgurat St James Cavalier fi tmiem is-sena 1999 u fil-bidu tas-sena 2000?
Jista' jgħid meta dawn saru u min ipprovda l-ikel u x-xorb?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ma organizza ebda riċeviment f'St James Cavalier fit-tmiem is-sena 1999 u fil-bidu tas-sena 2000. Mill-bqija nirreferi għat-tweġiba tal-Ministru għall-Ambjent għall-Mistoqsija Numru 13125 mogħtija fil-31 ta' Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le li l-eta' għal-liċenzja tal-kaċċa ser tinżel minn 21 sena għal 18-il sena?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea din id-deċiżjoni bir-regolamenti ta' l-istess Unjoni tistax tibqa' tiġi attwata?
Response (BORG, TONIO)
Iva, l-eta` ser tinżel għal 18-il sena, u dan mhux ta` konflitt mar-regolamenti ta` l-Unjoni
Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tat-toroq ser ibiddel il-post minn fejn jiffunzjona llum għal post ieħor f'Sa Maison?
Jista' jgħid jekk huwiex se titħallas kera għal dan il-post u jekk fl-affermattiv kemm u lil min?
Jista' jgħid kemm ser jiswa x-xogħol ta' kostruzzjonzi u manutenzjoni fuq il-bini ta' Sa Maison?
Jista' jgħid min se jagħmel dan ix-xogħol u jekk ħarġux offerti jew inġabrux kwotazzjonijiet għal dan ix-xogħol?
Jista' jgħid ukoll jekk kull kirja ta' dan il-post, kif ukoll ix-xogħol ta' kostruzzjoni u manutenzjoni ta' dan il-post għandhomx l-approvazzjoni tal-kumitat tal-kuntratti? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ilu jiffunzjona minn Sa Maison għal kważi sena u mhux ser jinbidel il-post minn fejn qed jopera.
Il-post huwa tal-Gvern u l-kera li qed titħallas tiegħu ġiet ipprovduta fl-estimi finanzjarji għas-sena 2000 u tammonta għall-Lm10,000.
L-ispiża għal dan ix-xogħol diġa ngħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 17760 li jammonta għall-Lm144,180. Ix-xogħol tal-bini li qed isir bħalissa qed isir mill-kumpanija Ballut Blocks Ltd. li kienet issottomettiet it-tenders għal xogħol f'dan il-bini fis-17 ta' Lulju 1998. Ingħata wkoll kuntratt għal proviżjoni ta' lift lid-ditta Pantalesco Ltd li jiswa Lm10,555.
Kull xogħol li qed isir fil-post huwa kopert mill-approvazzjonijiet neċessarji tad-Direttur tal-Kuntratti, fil-waqt li t-tender għall-aircondition għadha qed tiġi aġġudikata. Dan il-post mhux ser iservi biss għad-Dipartiment tat-Toroq iżda ser ikun jakkomoda entitajiet differenti ta' l-Awtorita' il-ġdida tat-Trasport, u fil-fatt il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku diġa qiegħed jopera minn dan il-post.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm ġew imċaħħda mill-pulizija permessi għal ħruq ta' nar?
Jista' jgħid f'kull każ minn min kienet it-talba u f'liema lokalitajiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm persuni tilfu ħajjithom b'inċidenti fl-ibħra Maltin?
Jista' jgħid kemm minn dawn kienu ċittadini Maltin u kemm minn dawn kienu ċittadini barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mit-tagħrif disponibbli għand il-Pulizija taħt forma kompjuterizzata, jiġifieri mill-4 ta` Lulju 1998 sas-17 ta` Lulju 2000, kien hemm 18-il persuna li tilfu ħajjithom traġikament fil-baħar. Minn dawn 10 kienu Maltin, filwaqt li 8 kienu barranin.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, sena sena, kemm mietu persusni kawża tal-meningite?
Jista' jgħid kemm minn dawn kienu tfal taħt is-16-il sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, sena sena, kemm mietu persusni kawża tal-meningite?
Jista' jgħid kemm minn dawn kienu tfal taħt is-16-il sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' mwiet kawża tal-meningite, inkluż dawk ta' 'septicaemia', f'dawn l-aħħar ħames snin huwa:
Sena
Numru ta' mwiet
Numru ta' mwiet
taħ
t is-16-il sena
1995
3
1
1996
0
0
1997
4
2
1998
4
2
1999
5
2
June 2000*
2
2
*L-istatistika ta' din is-sena għadha proviżorja.
Jista' l-Ministru jgħid, sena sena f'dawn l-aħħar ħames snin, kemm iddaħħlu fl-isptarijiet Maltin persuni jbatu minn overdose?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li l-aħħar ħames snin in-numru ta` każi ta` "overdose" li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa jidhru hawn taħt: It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
Katagorija A: Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċini jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-9 codes E850 - E858; ICD-10 codes X40 - X44).
Kategorija B: Attentat ta` suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-9code E950.0 - E950.4; ICD-10 codes X60 - X64).
Kategorija Ċ: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-9 code E980.0 - E980.5; ICD-10 codes Y10 - Y14).
SENA KATEGORIJA NUMRU
1995 A 32
B 1
C 138
___________________________________
Total 171
____________________________________
1996 A 37
B 1
C 178
____________________________________
Total 216
____________________________________
1997 A 27
B 0
C 174
_____________________________________
Total 201
_____________________________________
1998 A 26
B 0
C 195
_____________________________________
Total 221
_____________________________________
1999 A 35
B 1
C 209
______________________________________
Total 245
__________________________________
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm saru kawżi kontra l-gvern ta' Malta għad-Drittijiet Fundamentali tal-bniedem?
Jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm minn dawn il-kawżi għadhom pendenti; (2) kemm minn dawn inqatgħu u x'kienet is-sentenza finali?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li qieghed nannetti l-istatistika mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward il-kontenut ta' kull sentenza nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-volumi relattivi ta' gabra ta' sentenzi li jigu pubblikati regolarment.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin, kemm saru żwiġijiet? Tista' f'dan ir-rigward tgħid: (1) kemm minnhom huma żwiġijiet bil-Knisja Kattolika; (2) kemm minnhom huma żwiġijiet ċivili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar żwiġijiet f`dawn l-aħħar ħames snin hu kif ġej : -
MALTA GĦAWDEX
Sena Reliġjużi Ċivili Reliġjużi Ċivili TOTAL
1995 1,812 333 160 12 2,317
1996 1,828 343 158 16 2,345
1997 1,857 354 179 11 2,401
1998 1,799 390 157 14 2,360
1999 1,807 417 144 17 2,385
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie rapportat serq minn djar privati mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?
Jista' jgħid kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u l-20 ta` Lulju 2000, il-Pulizija kellha 361 rapport ta` serq minn djar. Infurmat ukoll li fl-istess perijodu ġew solvuti 28 il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie rapportat serq minn stabilimenti kummerċjali mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?
Jista' jgħid kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-18 ta` Lulju 2000, il-Pulizija kellha 856 rapport ta` serq minn stabbilimenti kummerċjali. Infurmat ukoll li fl-istess perijodu ġew solvuti 47 il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie rapportat serq minn vetturi mil-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?
Jista' jgħid kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-18 ta` Lulju 2000, il-Pulizija kellha 2,039 rapport ta` serq minn vetturi. Infurmat ukoll li fl-istess perijodu ġew solvuti 18-il każ.