Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18080 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi f’Lulju 2000 kien hemm żewġ konsulenti barranin. Is-Sur Robert Silver jaħdem mal-MEU fl-oqsma kollha ta’ konsulenza maniġerjali speċjalment fi Stħarriġ u Pjanar Strateġiku u Stħarriġ ta’ l-Operat. Is-Sur Viliman Gajovich jaħdem mal-MITTS bħala “Senior IT Consultant”. Dwar kundizzjonijiet ta’ xogħol dawn huma fil-parametri imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija Numru 18058.
Leg 9 PQ #18386 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18061?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18387 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18062?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt aktar kmieni f’din is-seduta.
Leg 9 PQ #18434 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Konsulenti lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18067?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 18385.
Leg 9 PQ #18435 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Konsulenti lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18068?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18080 Sitting 367 2000-09-20 Oral · Interim From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18343 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Inġenji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw l-inġenji li nbiegħu mill-kumpannija Kalaxlokk mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' jgħid lil min inbiegħu u kull biċċa inġenji kemm inbiegħet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond il-ftehim milħuq bejn il-Kalaxlokk u l-kumpanija NOVITA' f' Novembru ta' l-1994, din ta' l-aħħar kellha l-obbligu li tixtri l-inġenji kollha, kemm ta' l-art kif ukoll tal-baħar, għas-somma ta' Lm700,000. Permezz ta' kuntratt milħuq fit-18 ta' Jannar 2000, bejn in-NOVITA', Kalaxlokk u l-Kumpanija Salv. Bezzina and Sons, in-NOVITA' qablet li l-inġenji għandhom jinbiegħu lill-kumpanija Salv. Bezzina and Sons.
Leg 9 PQ #18344 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18056?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa hemm 15-il ħaddiem mislufa lill-Maltacom. Ix-xogħol li jagħmlu huwa varju u fost l-oħrajn jinkludi xogħol ta' labourer, uffiċjal tas-sigurta', welder/burner u senior executive.
Leg 9 PQ #18365 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Impjegati

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari numru 17848 u 18054, jista' l-Ministru japprezza l-ħidma li taw dawn il-ħaddiema u eventwalment jingħataw xi tip ta' inċentiv?

Response (BONNICI, JOSEF)

F'dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet li għalihom qed issir riferenza.
Leg 9 PQ #18383 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18058?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tingħata fis-seduta li jmiss.
Leg 9 PQ #18385 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18060?

Response (DALLI, JOHN)

It-taghrif mitlub qieghed jitpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18320 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' nies li ġew rapportati nieqsa f'dawn l-aħar tliet snin, sena b'sena? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' kienu? Jista' jekk huwa possibbli jagħti lista tagħhom? Jista' jgħid kemm minn dawn fil-fatt għadhom nieqsa u jekk huwa possibbli min huma u kemm ilhom nieqsa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li persuni rrapurtati nieqsa lill-Pulizija bejn l-1 ta` Jannar 1998 u d-19 ta` Lulju 2000, kienu kif ġej : 1998 1999 2000 Numru ta` persuni rrapurtati nieqsa 157 183 111 Numru ta` persuni għadhom rrapurtati nieqsa 1 2 xejn Ma nħossx li għadhom ikunu ppublikati l-ismijiet ta` persuni li jkunu rrapurtati nieqsa u wara rintraċċati. Il-persuni li għadhom irrapurtati nieqsa huma kif ġej : - Raġel minn Sri Lanka, irrapurtat nieqes fil-11 ta` Marzu 1998. Raġel mill-Marokk li ġie rrapurtat nieqes fit-12 ta` Luljju 1999. Kien hemm ukoll il-każ ta` mara Għawdxija li kienet irrapurtata nieqsa nhar il-5 ta` Diċembru 1999, pero` dwar dan il-każ hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti.

PTA — Technical manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li reġgħet inħasset il-ħtieġa li fil-PTA terġa' toħroġ internal call for application għall-post ta' technical manager? Jista' jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet u s-salarju li qed jiġu offruti għal dan il-post?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-persuna li llum tokkupa l-post ta' Technical Manager waslet biex tirtira aktar tard din is-sena. Il-ħtieġa ta' dan il-post hija li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku tagħmel it-testijiet tagħha fuq il-vetturi li jservu għat-Trasport Pubbliku, u dawn isiru kemm permess ta' spot checks kif ukoll testijiet perjodiċi. Il-kundizzjonijiet huma dawk eżistenti għal ta' llum waqt li s-salarju għandu jkun bejn Lm6,000 u Lm7,000.

Droga — Persuni mtella' fuq traffikar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar ħames snin tressqu persuni l-qorti akkużati bi traffikar tad-droga? Jista' l-Ministru jgħid: (a) min kienu dawn il-persuni; (b x'nazzjonalita' għandhom f'kull każ; (ċ) kemm minn dawn ingħataw is-sentenza u f'kull każ x'kienet; u (d) kemm minnhom għadhom għaddejjin bil-proċeduri kriminali kontrihom u eventwalment għadhom ma ngħatawx is-sentenza?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar. Ir-risposta tinghata f`seduta ohra.

Droga — Persuni mtella' fuq traffikar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar ħames snin tressqu persuni l-qorti akkużati bi traffikar tad-droga? Jista' l-Ministru jgħid: (a) min kienu dawn il-persuni; (b x'nazzjonalita' għandhom f'kull każ; (ċ) kemm minn dawn ingħataw is-sentenza u f'kull każ x'kienet; u (d) kemm minnhom għadhom għaddejjin bil-proċeduri kriminali kontrihom u eventwalment għadhom ma ngħatawx is-sentenza?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed nannetti statistika tal-kawzi kriminali konnessi ma` droga bid-dettalji mitluba fil-mistoqsija parlamentari minbarra l-ismijiet ta` l-akkuzati kif mitluba fil-paragrafu (1). Ma nhossx li huwa prudenti li din l-informazzjoni tigi pubblikata.
Leg 9 PQ #18340 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-tentattivi ta' xogħol ġdid li saru mill-managment u l-bord tad-diretturi tal-Kalaxlokk mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Bl-istess mod, jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kienu t-tentattivi tal-gvern f'dan is-sens?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn, il-Kumpanija tefgħet mhux anqas minn erbgħin offerta biex tikseb ix-xogħol għall-ħaddiema tagħha. Minbarra dan saru tentattivi oħra biex jinġieb xogħol bi sħab ma' kuntratturi privati, fejn il-Kumpanija kellha tipprovdi l-ħaddiema.
Leg 9 PQ #18341 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Team maniġerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jifformaw it-team maniġerali tal-Kalaxlokk? Jista' l-Ministru jgħid x'kondizzjonijiet u salarju għandhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent it-team maniġerjali tal-Kumpanija huwa ffurmat minn dawn il-persuni: Is-Sur Fortunato Said (Projects Manager), is-Sur Edwin Mamo (Administration Manager), ss-Sur Alfred Zammit (Personnel Manager), u s-Sur Carmelo Borg (Works Manager) Peress li t-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, ma narax għaliex din għandha tingħata.