Jista' l-Ministru jgħid min huma, x'kundizzjonijiet u x'salaraji għandhom il-PRO tas-segretarji parlamentari li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru tiegħu?
Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra rċevew kemm ilhom f'din il-kariga?
Response (BORG, TONIO)
Fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern id-dmirijiet marbuta ma' Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-ordinator. Ir-rimunerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru 124 tas-16 ta' Ġunju 1999.
Il-Communications Co-ordinator tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħi minn Settembru 1998 'il hawn hu is-Sur Joe Azzopardi.
Jista' l-Ministru jid min huma, x'kundizzjonijiet u x'salarji għandhom il-PRO tas-Segretarji Parlamentari li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu?
Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?
Response (GALEA, LOUIS)
Ix-xogħol ta' public relations f'kull Segretarjat isir mill-Communications Co-ordinator. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-salarji huma skond il-guidelines għall-ingaġġ ta' staff fis-Segretarjati. Peress li f'dan is-Segretarjat bħalissa dan il-post jinsab vakanti, ix-xogħol ta' public relations qiegħed isir minn membri oħra ta' l-istaff.
Jista' l-Ministru jid min huma, x'kundizzjonijiet u x'salarji għandhom il-PRO tas-Segretarji Parlamentari li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu?
Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fis-Segretarjat Privat taż-żewġ Segretarji parlamentari li jiffurmaw parti mill-Ministeru li għalih jiena responsabbli, id-dmirijiet marbuta ma' Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-ordinator. Ir-remunerazzjoni u kundizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta numru 124 tas-16 ta' Ġunju, 1999.
Fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari Dr. George Hyzler, il-Communications Co-ordinator huwa s-Sur Oliver Mallia, filwaqt li fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari s-Sur Edwin Vassallo, il-Communications Co-ordinator huwa s-Sur Iman Schembri.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom? Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirrefri l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda numru 11538.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom? Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18464.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom? Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?
Response (BORG, JOE)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi għar-risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18458.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li l-pilloli Atenolol tad-ditta Mesonex u l-pilloli Enalapril li qed jitqassmu bħalissa mill-Isptar San Luqa lill-pazjenti huma ta' kwalita' inferjuri għall-istess tip ta' pilloli li kienu jingħataw sa ftit tal-ġimgħat ilu?
Jaf jew le l-Ministru li kemm tobba kif ukoll professuri huma ta' l-opinjoni li dawn il-pilloli ma għandhomx jittieħdu mill-pazjenti minħabba l-kwalita' inferjuri tagħhom?
Jaf il-Ministru li konsegwenza ta' hekk il-pazjenti qed ikollhom jixtru pilloli ta' kwalita' aħjar, meta wara kollox dawn huma intitolati li jeħduhom b'xejn mill-isptar?
Jista' jgħid ukoll min ħa d-deċiżjoni li tinbidel il-kwalita' ta' dawn il-pilloli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-pilloli tad-ditta Mesonex u l-pilloli Enalapril li qed jitqassmu bħalissa mill-Isptar San Luqa it-tnejn jilħqu l-'istandards' tal-kwalita' kif inhuma mitluba hawn Malta.
Jikkonferma jew le l-Ministru li l-pilloli Zocor 10mg kienu out of stock mill-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa fix-xhur ta' Frar, Marzu u April tas-sena 2000?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni ta' dan in-nuqqas, min kien responsabbli minn dan in-nuqqas u x'rimedju ingħataw il-pazjenti għal dan l-inkonvenjent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-pilloli Simvastatin (Zocor) 10mg kienu nieqsa mill-Ispiżerija ta` l-Isptar San Luqa mid-19 ta` Frar sal-31 ta` Marzu, 2000 minħabba li kien hemm żieda ta` 27% fil-konsumm fiż-żmien sitt xhur.
Jista' l-Ministru jgħid min se jerfa' r-responsabbilta' tal-konklużjoni tar-rapport tal-professuri li kkummissjonat il-Go-Mobile dwar il-mobile antennas?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jintrabatx mal-konkużjoni ta' dan ir-rapprot konklusiv?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li persuna professjonali hija dejjem responsabbli għall-pariri professjonali li tagħti.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, il-Gvern jesprimi ruħu meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18075?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba hija din:
Konsulenti Barranin Qasam Tip ta' Xogħol Ħlasijiet
---------------------------------------------------------------------------------------------------------
MVA (UK) Dipartiment tal-Bini Site Surveys,'transy analysis' GBP 9,015 u
u Inġinerija u apport. Dan ix-xogħol Lm100 spejjeż
jikkomprendi jumejn ta'
'site survey' u erba' ġimgħat
għall-preparazzjoni tar-rapport
Cassar, Grech & Sezzjoni għall- Master Plan tad-Drenaġġ Lm174,000
Ebejer,KOCKS Gmbh Implimentazzjoni għat-Tramuntana ta' Malta
tal-Master Plan
tad-Drenaġġ
Cassar, Grech & Sezzjoni għall- Master Plan tad-Drenaġġ Lm280,000
Ebejer,KOCKS Gmbh Implimentazzjoni għan-Nofsinhar ta' Malta
tal-Master Plan u mistenni jkopri sas-sena 2005
tad-Drenaġġ
Dorsh Consult Sezzjoni għall- Project Management fuq Lm608,000
Implimentazzjoni il-Master Plan tad-Drenaġġ
tal-Master Plan
tad-Drenaġġ
COWI Consult Sezzjoni għall- Disinn finali ta' l-impjant Lm 35,600
Implimentazzjoni għat-tisfija tad-Drenaġġ
tal-Master Plan fit-Tramuntana u Għawdex
tad-Drenaġġ
Master Plan
tad-Drenaġġ
Theatre Projects Rehabilitation of Konsulenza għat-Teatru Ibbażat fuq spejjeż
Consultants St. James Cavalier tal-Kavallier ta' San Ġakbu u numru ta' sigħat
Frank Franjue Rehabilitation Project Konsulenza fid-dwal fuq FF 80,000
il-pavimentar ta' Triq ir-Repubblika
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13748, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex ħanut ta' l-ikel Tork li jinsab fi Triq Mrabat, kantuniera ma' Triq Rudolfu f'Tas-Sliema, issirlu spezzjoni minħabba rapporti li wassluli ta' ħażniet taċ-ċilindri tal-gass li qiegħed iżomm f'fond biswit l-istess ħanut?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fl-20 ta' Lulju, 2000 saret spezzjoni fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant. Irriżulta li s-sitt ċilindri tal-gass li kien hemm fil-post kienu kollha għall-użu u għalhekk ma kien hemm ebda ċilindri żejda.
Peress li l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 18063, kif jaf sew il-Ministru, tikkonċerna infiq pubbliku li parti sostanzjali minnu jitħallsu mit-taxxi li jħallas iċ-ċittadin, u peress li mhux magħruf min kienu, f'kull każ, dawn l-esperti, x'xogħol għamlu u xi ħlas u kundizzjonijiet irċevew jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba peress li kemm il-Kamra kif ukoll il-pubbliku għandhom dritt ikunu jafu kif u fejn qed jintefqu flushom? Jaħsibx jew le li dan huwa parti mill-proċess ta' trasparenza fl-infiq pubbliku?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsijiet numru 18447 waqt is-Seduta numru 367 ta' dalgħodu u 18448 waqt din l-istess Seduta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati/ingaġġati nies fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali mis-26 t'Ottubru 1998 sal-lum? X'inhu l-impjieg tagħhom? Full-time jew part-time? Kemm qed jitħallsu? Minn fejn huma dawn il-ħaddiema? Saru avviżi fil-ġurnali għall-ingaġġ tagħhom u kien hemm il-permess ta' l-ETC? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dati ta' l-avviżi u r-riferenza tal-permess relevanti?
Response (GALEA, LOUIS)
Għall-ewwel parti tad-domanda nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17820.
Dawn l-impjegati kollha ġew ingaġġati mill-E.T.C. Għalhekk ma kienx hemm bżonn ta' avviżi fil-ġurnali. Il-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali jitħallsu dawn il-pagi.
Deckhand - Lm 59 fil-ġimgħa
Cleaner - Lm 56 fil-ġimgħa
General Hand - Lm 64 fil-ġimgħa
Front Office Staff - Lm284 fix-xahar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Mejju 2000?
Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.