Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17457 u jgħid jekk is-section tat-tindif ta' l-ajruplani fil-kumpannija Air Malta hux se tispiċċa? Jekk fl-affermattiv, min se jkun qiegħed jagħmel dan ix-xogħol? X'inhu l-futur tal-ħaddiema li jaħdmu f'din is-section?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li parti sostanzjali mix-xogħol tas-sezzjoni tad-tindif se jiġi outsourced lill-kumpanija esterna. L-impjegati kollha ta' din is-sezzjoni se jiġu integrati f'sezzjonijiet oħra fil-kumpanija. Id-deċiżjoni lil min se jingħata dan il-kuntratt għadha ma tteħditx.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw impjiegi ġodda f'din l-aħħar sena ma' l-MTA? Jista' jgħid x'tip ta' impjiegi huma?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' impjiegi ġodda li ngħataw fl-Awtorita' tat-Turiżmu f'din l-aħħar sena kienu 5. L-impjiegi kienu kif ġej:
Executive Chairman
Personal Assistant to the Executive Chairman
Procurement Manager
Research Analyst
Tourism Zone Officer
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema hija l-kumpannija li bniet in-new camps (barracks) u l-fence ġodda għall-akkomodazzjoni ta' l-immigranti illegali f'Ħal Far? Jista' jgħid kemm swiet l-ispiża biex sar dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'kuntratt wara sejħa għall-offerti jew permezz ta' direct order? Jista' jgħid ukoll jekk suldati ħadmux fuq dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Nru. 16471, 16470, 16663, 15987 u 15990.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li s-suldati assenjati bħala drivers waqt iċ-CHOGEM u suldati għassa ma' l-immigranti illegali ngħataw Lm30 u Lm45 bonus rispettivament, is-suldati l-oħra ma ngħatawx dan il-bonus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Nru. 16774 u 16552.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 17224 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lill-Prim Ministru, jista' jekk jogħġbu jgħid jekk membri fil-bord ta' l-interviews għal senior pharmacy technicianfil-health division fil-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita li saru fit-30/31 ta' Diċembru u fl-1 ta' Frar, 2006 iddikjarawx li għandhom konflitt ta' parentela minn fost l-applikanti? Jekk fl-affermattiv, min kienu l-membri li ddikjaraw dan l-interess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li l-ebda membru mill-bord ta’ l-interviews għal senior pharmacy technician fid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita ma ddikjara li għandu/għandha konflitt ta’ parentela minn fost l-applikanti.
Jista' il-Ministru jgħid jekk is-section tat-tindif ta' l-ajruplani fil-kumpannija Air Malta hux se tispiċċa? Jekk fl-affermattiv, min se jkun qiegħed jagħmel dan ix-xogħol? X'inhu l-futur tal-ħaddiema li jaħdmu f'din is-section?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min se jkun qed iħallas il-pagi tal-ħaddiema ta' l-MTA li ġew deployed f'post ieħor?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-pagi ta' din is-sena tat-tlett ħaddiema ta' l-MTA li ġew deployed f'post ieħor hija inkluża f'allokazzjoni li rċeviet l-MTA mill-Gvern Ċentrali u għalhekk jkunu mħallsa mill-MTA stess.
Jista' il-Ministru jgħid jekk membri fil-bord ta' l-interviews għal senior pharmacy technicianfil-health division fil-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita li saru fit-30/31 ta' Diċembru u fl-1 ta' Frar, 2006 iddikjarawx li għandhom konflitt ta' parentela minn fost l-applikanti? Jekk fl-affermattiv, min kienu l-membri li ddikjaraw dan l-interess?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-proċeduri għall-milli ta' postijiet ta' Senior Pharmacy Technician fil-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' taqa' taħt il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku m'iniex f'qagħda li nagħti tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' il-Ministru jgħid meta se joħorġu r-riżultati u ċ-ċertifikati tal-korsijiet ta' l-evening classes għas-City and Guilds ACAD 4351 3D li saru f'Mejju u Ġunju 2005 fil-Higher Sec. Giovanni Curmi, in-Naxxar? Jista' jgħid x'qed jirriżulta għal dan id-dewmien?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ċ-ċertifikati ġew rilaxxati f'dawn il-ġranet. Informat ukoll li dan ġara billi l-Quality Assurance Unit tas-City and Guilds iddeċidiet li tagħmel eserċizzju ta' verifika ta' rutina.
Jikkonferma l-Ministru li l-Air Malta offices ta' Stockholm fi Sweden u Oslo f'Norway ser jingħalqu? Jikkonferma li minflok dawn l-uffiċini l-Air Malta se tibda tagħmel użu mill-GSAs (General sales offices)? Jekk fl-affermattiv, ma' min sar dan it-tip ta' arranġament? Jista' jgħid ukoll x'wassal li tittieħed id-deċiżjoni li dawn iż-żewġ uffiċini jingħalqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li l-Air Malta se tagħlaq l-uffiċini ta' Stockholm fi Sweden u Oslo u minnflok se tkun rappreżentata minn kumpanija ta' General Sales Agents internazzjonali li jisimha Avia Reps. Din hi l-istess kumpanija li tirrareżenta lill-Air Malta f'Moscow u St. Petersburg. L-Air Malta qegħda tirrazzjonaliżża r-rapreżentanza tagħha barra, minn,Malta bl-ghan li tnaqqas l-ispejjeż u tibqa' effettiva. Din id-deċiżjoni fuq Scandinavia hija waħda mill-ħafna passi li ġa ttieħdu biex jintlaħaq dan il-għan.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15953 u jikkonferma li l-kumpannija nazzjonali Air Malta kienet se tkun il-main official sponsor taċ-CHOGM? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: 1) x'inhi r-raġuni li din il-kumpannija ma baqgħetx ikkonsidrata bħala main official sponsor? 2) Xi spejjeż laħqet għamlet il-kumpannija f'dan ir-rigward?
Jista' jgħid ukoll jekk il-kumpannija ġiet aċċettata bħala official sponsor biss, x'kienu l-ispejjeż involuti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Air Malta qatt ma kienet ser tkun il-main official sponsor taċ-CHOGM u b'hekk qatt ma għamlet spejjeż f'dan ir-rigward. L-Air Malta, bħal numru ta' organiżżazzjonijiet oħra, laħqet ftehim maċ-CHOGM biex tkun appuntata bħala sponsor ta' dan l-avveniment. Il-ftehim bħal kull ftehim ta' dan it-tip, kien jinkludi numru ta' benefiċċji lill-Air Malta u liċ-CHOGM fosthom:-
L-Air Malta tiġi nominata bħala l-linja ta' l-ajru uffiċċjali taċ-CHOGM u li tuża dan it-titlu għal-finijiet promozzjonali u pubbliċitarji fuq ir-rotot u l-pajjiżi kollha li topera minnhom.
L-Air Malta jkollha possibilita' li tippromovi s-servizzi tagħha fost id-delegati taċ-CHOGM billi tibgħatilhom tagħrif ta' natura kummerċjali u istituzzjonali.
L-Air Malta jkollha l-possibilita li tippromovi l-isem tagħha fil-postijiet fejn isiru l-laqgħat taċ-CHOGM.
L-Air Malta tidher fuq il-pubblikazzjonijiet u websites taċ-CHOGM bħala l-linja ta' l-ajru uffiċċjali.
Id-dettalji tal-ftehim huma ta' natura kummerċjali u b'hekk ma nqisx li dan il-ftehim għandu jiġi żvelat lill-pubbliku.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li waħda mill-ambulanzi l-ġodda ġiet assenjata lil ħaddiem bi grad ta' MTD u mhux lil wieħed mid-diversi ħaddiema li għandhom il-grad ta' ambulance driver?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija prerogattiva tal-management li jqasssam ix-xogħol fil-garage ta' l-ambulanzi.
Il-persuna riferuta bħala MTD ilha taħdem bħala acting ambulance driver għal dawn l-aħħar sentejn.
Tista' il-Ministru tgħid jekk huwiex il-ħsieb tad-dipartiment tad-djar li joħroġ għall-bejgħ lill-inkwilini d-djar ta' St Andrews housing estate? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Inkwilini fi blokkijiet tal-Gvern jistgħu japplikaw biex jixtru l-proprjeta' mikrija lilhom fil-każijiet meta l-art tkun proprjeta' tal-Gvern jew f'kors ta' akkwist. L-inkwilini mitluba japplikaw taħt l-iskema 'Sir Sid Darek'.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-kumpannija nazzjonali Air Malta kienet se tkun il-main official sponsor taċ-CHOGM? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: 1) x'inhi r-raġuni li din il-kumpannija ma baqgħetx ikkonsidrata bħala main official sponsor? 2) Xi spejjeż laħqet għamlet il-kumpannija f'dan ir-rigward?
Jista' jgħid ukoll jekk il-kumpannija ġiet aċċettata bħala official sponsor biss, x'kienu l-ispejjeż involuti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kif huwa mistenni li jolqot il-gradi u l-impjieg tal-ħaddiema r-ristrutturar li qiegħed isir bħalissa fil-kumpannija nazzjonali Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Patt Ażjendali iffirmat aktar minn sena ilu qiegħed jgħin biex l-impjegati kollha tal-Air Malta (inklużi l-mijiet li daħħal il-Gvern Laburista lejliet l-elezjoni tal-1987) jibqħu fl-impjieg tagħhom minkejj l-kompetizzjoni ħarxa li teżisti f'dan il-qasam.
Jikkonferma l-Ministru li n-numru ta' ħaddiema tar-rampa fil-kumpannija nazzjonali Air Malta se jonqsu b'riżultat tar-ristrutturar? Jekk fl-affermattiv, b'kemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għad-domanda numru 15954.