Legislature:
Category:
Reset
Active:

MIC — Fuljett dwar l-"Unjoni Ewropea"

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew fi spejjeż il-fuljetti li ntbagħtu lill-familji Maltin mill-MIC bl-isem "L-Unjoni Ewropea" x'tfisser għalih"?

Response (BORG, JOE)

Il-fuljetti li ntbagħtu lill-familji Maltin miċ-Ċentru ta' Informazzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropeja bl-isem ta' "L-Unjoni Ewropeja: Xi Tfisser Għalija?" swew b'kollox Lm9,380. B'kollox qed jintbagħtu 150,000 kopja ta' dan il-fuljett, jiġifieri f'kull dar f'Malta u Għawdex.
Leg 9 PQ #19146 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Kors ta' Electronic Service Radio & TV

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li m'hemmx għalliema għall-korsijiet ta' filgħaxija għall-Kors ta' Electronic Service Radio & TV kif jidher fil-pubblikazzjoni tad-diviżjoni ta' l-eżamijiet fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni numru 087? Jaf jew le l-Ministru li dan il-kors jikkonsisti f'erba' snin u hemm min għadu wasal biex jibda it-tielet sena? Jista' jgħid x'se jsir biex dan il-kors ikun jista' jitkompla mill-istudenti li bdewh mingħajr il-biża' li jkunu tilfu sentejn studju għal xejn? Jista' jgħid x'soluzzjonijiet se joffri lil dawn l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti f'April ta' kull sena joħroġ applikazzjonijiet għall-għalliema biex jgħallmu fil-korsijiet ta' filgħaxija. Din is-sena ma applika ħadd għall-kors ta' Electronic Servicing Radio and TV City and Guilds 2240 Part II Year II u Part III. Hu fatt magħruf li f'ċerti suġġetti hemm diffikolta biex jinstabu għalliema li jagħtu s-servizz tagħhom mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Minħabba li kien hemm diġa numru ta' studenti li bdew il-kors, id-Dipartiment ser ikompli bl-isforzi tiegħu sabiex jinstab għalliem.
Leg 9 PQ #19147 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-sena skolastika 1999/2000 ammontaw in-numru ta' studenti fl-iskejjel primarji li weħlu mill-eżamijiet u konsegwenza t'hekk se jkollhom jirripetu is-sena skolastika preċedenti? Jista' jgħid mil-liema suġġetti m'għaddewx?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19149 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel primarji — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-sena skolastika 1999/2000 ammontaw in-numru ta' studenti fl-iskejjel primarji li weħlu mill-eżamijiet u mil-liema suġġett m'għaddewx?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19150 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 18058 u 18383?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fis-seduta Numru 367 fit-22 ta’ Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19151 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Sekondarji — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-sena skolastika 1999/2000 ammontaw in-numru ta' studenti fl-iskejjel sekondarji li weħlu mill-eżamijiet u konsegwenza ta' hekk se jkollhom jirripetu is-sena skolastika preċedenti? Jista' jgħid mil-liema suġġetti m'għaddewx?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19135 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Liġi kontra d-Dagħa

Question

Peress li fil-liġi kontra d-dagħa ta' l-1949 hemm stipulat li min jinsab ħati jista' jeħel piena ta' ħabs, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien hemm persuni li nstabu ħatja li kissru din il-liġi u ntbagħtu l-ħabs b'riżultat ta' din il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19378 f`Seduta 377.
Leg 9 PQ #19136 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut Tekniku ta' Corradino

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinarji ttieħdu fil-każ ta' impjegati fl-Istitut Tekniku ta' Corradino li għamlu x-xhur ma jmorrux għax-xogħol? Jista' jgħid x'passi ittieħdu wkoll kontra min kien jiffirma minflokhom u kontra l-aġent kap tekniku li għattielhom il-każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li d-Diviżjoni ta' l-edukazzjoni ġiet assigurata mill-aġent kap ta' l-iskola li ħadd mill-impjegati ma għamel xhur ma jmurx għax-xogħol ħlief dawk b'ċertifikat mediku. Għaldaqstant ma kien hemm l-ebda okkażjoni fejn xi ħadd iffirma flok impjegati assenti.
Leg 9 PQ #19137 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Olimpjadi — Kontinġent Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa stmat li jlaħħqu l-ispejjeż tal-kontinġent Malti għall-olimpjadi f'Sydney? Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni u l-atleti li għamlu parti minn dan il-kontinġent u x'kienet il-ħtieġa u r-rwol tagħhom li jagħmlu parti mill-kontinġent? Jista' jgħid ukoll separatament fiex kienu jikkonsistu l-ispejjeż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-parteċipazzjoni ta' atleti Maltin fl-Olimpjadi hija prerogattiva tal-Kumitat Olimpiku Malti. Huwa l-istess K.O.M. li jiddeċiedi min jifforma parti mill-kontinġent Malti u dawn id-deċiżjonijiet jittieħdu fuq kriterji tekniċi stabbiliti mill-International Olympic Committee. L-ispejjeż jitħallsu kollha mill-K.O.M. jew mill-organizzaturi tal-Logħob f' Sydney. Għall-informazzjoni ta' l-Onor. Membru qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Press Conference li l-K.O.M. għamel meta tħabbar il-kontinġent Malti għall-Logħob Olimpiku ġewwa Sydney.
Leg 9 PQ #19138 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara ta' New York

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ż-żjara li għamel fl-Amerika (New York) fil-bidu ta' Settembru 2000? Jista' jgħid min kienu l-persuni li akkumpanjawh għal din iż-żjara u x'kienet il-ħtieġa u r-rwol tagħhom waqt iż-żjara? Jista' separatament jgħid fiex kienu jikkonsistu l-ispejjeż?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19139 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Vokazzjonali — Libjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'effett se jkollhom l-iżviluppi negattivi tal-Kulleġġ Vokazzjonali fuq il-ftehim li l-Ministru tal-Finanzi iffirma ma' l-awtoritajiet Libjani li permezz tiegħu studenti Libjani kellhom jiġu jitgħallmu hawn Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultali l-ebda żvilupp negattiv.
Leg 9 PQ #19140 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kontinġent Malti — Olimpjadi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li attendew għall-olimpjadi f'Sydney? Jista' jgħid min kienu dawn il-persuni u x'kien r-rwol tagħhom li jagħmlu parti mill-kontinġent? Jista' jgħid kemm huwa stmat li jiġu jiswew l-ispejjeż totali għaż-żjara ta' dan il-kontinġent fl-Awstralja? Jista' jgħid separatament fiex kienu jikkonsistu dawn l-ispejjeż?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19137
Leg 9 PQ #19112 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18315?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, il-Pulizija akkużat quddiem il-Qorti, 10 professjonisti, filwaqt li bejn l-1 ta` Jannar 2000 u d-19 ta` Settembru 2000 tressqu 19. Minn dawn kollha, 7 ma nstabux ħatja, filwaqt li l-każijiet l-oħra għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #19130 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Kordin — Faċilita' Korrettiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru u eventwalment x'passi ittieħedu dwar rapporti fil-media li sar ittapjar tat-telephone fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid min kien involut f'dan il-każ u x'inhuma l-azzjonijiet dixxiplinarji li ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ir-regolament 59 tar-Regolamenti dwar il-Ħabs (1995) jipprovdi illi kull telefon fil-ħabs għandu jkun mgħammar b`apparat li jimmonitorja u jirrekordja konversazzjonijiet. Dana sabiex it-telefons li jiġu jew jistgħu jiġu użati mill-priġunieri jkunu moniterjati kif jipprovdi l-istess regolament. Skond l-istess regolament, "id-Direttur jista` jawtorizza s-smigħ intenzjonali ta` dawk il-konversazzjonijiet biex jissalvagwardja membru tal-pubbliku, jew is-sigurta` tal-ħabs jew biex jimpedixxi l-promozzjoni ta` xi attivita` illegali.

Children's Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' ngħatax l-aħħar benefiċċju taċ-children's allowance meta din ilha li applikat minn Marzu 2000 għal dan il-benefiċċju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Children's Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex iċ-children's allowance dovuti lill-koppja li dettalji tagħhom qiegħed nibgħat separatament jingħatawlhom bla telf ta' żmien peress li l-imsemija koppja huma fil-bżonn ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #19133 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xufier ta' Supretendent

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le li fl-4 ta' Settembru 2000 xufier ta' supretendent (6PD) li dettalji tiegħu qiegħed nibgħat separatament għamel assalt sesswali waqt il-qadi ta' dmirijietu fuq segretarja ta' bank li d-dettalji tiegħu wkoll qiegħed nibgħat separatament? Jista' l-Ministru jikkonferma wkoll li uffiċjali tal-pulizija li d-dettalji tagħhom ukoll qed nibgħat separatament huma wkoll informati bil-każ? Jista' l-Ministru f'dan ir-rigward jgħid x'passi ittieħdu fuq dan il-każ u jekk saritx investigazzjoni nterna dwar l-istess każ? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu u x'irriżulta mill-investigazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-5 ta` Settembru 2000, l-Ispettur li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant kien irċieva informazzjoni mingħand persuna li riedet tibqa` anonima, li tfajla li taħdem ġewwa bank f`Tas-Sliema kienet stqarret ma` impjegat/a oħra li kienet ħassitha imbarazzata bl-atteġġjament ta` membru tal-Korp tal-Pulizija li kien detailed xogħol il-bank. Il-persuna li allegatament għamlet din l-istqarrija ġiet mitkellma mill-ispettur li rċieva l-informazzjoni, fejn stqarret li hija la qatt kienet ġiet attakata sesswalment u lanqas ma kellha xi lment x`tagħmel kontra xi membru tal-Korp tal-Pulizija. Fid-dawl ta` dan, ma jirriżultax li hemm lok għal aktar passi.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu ta' l-introduzzjoni tal-gwardjani lokali kemm ingħataw ċitazzjonijiet, kemm kien jammonta ir-revenue minn dawn iċ-ċitazzjonijiet u x'kienu r-raġunijiet ta' kontravenzjonijiet li għalihom ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u risposta tinghata f'seduta ohra.

Pensjoni supplimentari

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex il-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament ma ngħatax is-supplimentari tal-pensjoni tax-xahar ta' Ġunju 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #18888 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema — Ġnien Indipendenza - Latrina

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex il-latrini li hemm fi Ġnien Indipendenza f'Tas Sliema issirilhom il-manutenzjoni u t-tindif meħtieġ peress li xejn ma jinsabu fi stat pjaċevoli b'inkonvenjent sħiħ għall-pubbliku?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni tal-latrini li hemm fil-Gnien Indipendenza f'tas-Sliema hija responsabilita tal-operatur tal-Gabana li tinsab fl' istess Gnien. Dan huwa skond il-kuntratt li ingħata mid-Dipartiment tal-Artijiet, għaldaqstant nitlob lill Onor. Interpellant jirrefei din il-mistoqsija lill Ministru koncernat.