Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19180 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MSCL — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maż l-MSCL mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Shipbuilding.
Leg 9 PQ #19181 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (DALLI, JOHN)

Kif ġa kelli l-opportunita' inwieġeb l-onorevoli interpellant f'okkazjonijiet ohra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informażżjoni mitluba. Niġbed l-attenżjoni ta' l-onorevoli membru għall-allokażżjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tigħi u dawk tad-dipartient li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #19170 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif ġa' kelli l-opportunita' inwieġeb lill-Onorevoli Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Wireless Telegraphy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul il-perjodu 5 ta` Jannar 2000 sa 1-10 ta` Settembru 2000 ġie mpjegat ħaddiem wieħed, Group I, b'effett mill-1 ta` Ġunju 2000. Dan ġie mpjegat mill-Management and Personnel Office, għalhekk il-proċeduri kollha għall-impjieg tiegħu saru minn dan l-uffiċju.

Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Kif ġa kelli l-opportunita' inwieġeb l-Onor. Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Generali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-Dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #19173 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif ġa kelli l-opportunita` inwieġeb l-Onor. Membru f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Civili fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #19175 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif ġa kelli l-opportunita` nwieġeb l-Onorevoli Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta` l-Onorevoli membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #19164 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitat Koordinatur għall-Azzjoni taż-Żgħażagħ tal-Komunita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri magħżula għall-Kumitat Koordinatur għall-Azzjoni taż-Żgħażagħ tal-Komunita'? Jista' jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu, x'allowances se jitħallsu u meta se jibda sewwa sew jiffunzjona dan il-kumitat?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li l-Kumitat Koordinatur għall-Azzjoni taż-Żgħażagħ tal-Komunita għadu ma twaqqafx. Hu maħsub li l-kumitat jitwaqqaf sa l-aħħar tas-sena peress li Malta ser tibda tieħu sehem f'dan il-programm matul l-2001.
Leg 9 PQ #19165 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Sahha — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Saħħa mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 ġew impjegati 183 ħaddiema ġodda fid-Diviżjoni tas-Saħħa (144 fuq bażi każwali, 1 fuq bażi permanenti u 38 fuq bażi ta' kuntratt). Il-144 ħaddiema li ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet fuq bażi permanenti tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-servizz Pubbliku huma kif indikat hawn taħt. Grad Numru Data tas-Sejħ a fil-Gazzetta tal-Gvern Enrolled Nurse 45 25.07.2000 Health Inspector 6 01.09.2000 Midwife 17 ħierġa dalwaqt Pharmacist 19 29.08.2000 Pharmacy Technician 2 ħierġa dalwaqt Physiotherapist 8 29.08.2000 Radiographer 6 01.09.2000 Speech Therapist 1 01.09.2000 Staff Nurse 40 02.05.2000 144 Il-ħaddiem impjegat fuq bażi permanenti ħa l-post ta' Technician (Industrial Electronics) wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijeit fil-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta' Ġunju 1999. Is-seba u tletin (37) ħaddiema mpjegati bħala Casual Substitutes fuq bażi ta' kuntratt huma kif indikat hawn taħt: Grad Numru Data tas-sejħ a fil-Gazzetta tal-Gvern Clerk 31 20.07.1999 Executive Officer 2 19.11.1999 Principal 1 20.07.1999 Physiotherapist 1 20.07.1999 Pharmacy Technician 2 20.07.1999 37 Il-ħaddiem impjegat fuq bażi ta' kuntratt huwa Consultant Dermatologist li l-impjieg tiegħu ġie approvat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fuq rakkomandazzjoni mid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #19166 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ambulanzi — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Ambulanzi mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Ambulanzi mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19167 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni magħżula għall-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), fuq liema kriterji ntgħażlu u kemm qed jitħallsu għal dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nies magħżula bħala esperti mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u mill-Ministeru tal-Politika Soċjali huma s-sinjorina Joyce Pullicino (Director Further Studies and Adult Education) u s-sur John Camilleri, Chief Executive tal-Employment and Training Corporation. Dawn intagħżlu minħabba l-karigi li jokkupaw u ma jitħallsux ta' dan ix-xogħol.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif ga kelli l-opportunita' nwiegeb l-Onorevoli Interpellant f'okkazjonijiet ohra, sakemm ma ninghatax raguni l-ghala qed tintalab , ma nara l-ebda skop li tingabar l-informazzjoni mitluba. Nigbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli membru ghall-allokazzjonijiet ghall-Hospitality li hemm fl-Estimi Generali taht il-vot tal-Ministeru tieghi u dawk tad-dipartiment li jaqghu tahtu.
Leg 9 PQ #19169 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Riċevimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Tista' tgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Kif ġia kelli l-opportunita’ inwieġeb l-onorevoli interpellant f’okkazjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-onorevoli membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #19152 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Malta Stock Exchange

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Stock Exchange mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-5 ta' Jannar 2000 ġew impjeġati tlett (3) supervisors u tlett (3) clerks ġodda fil-Borża ta' Malta. Wieħed mis-supervisors li ġie mpjegat din is-sena irriżenja fl-aħħar ta' Awissu. L-avviz għall-impjieġ fi ġrad ta' supervisors, ħaraġ fil gażżetta lokali f'Ottubru ta' 1999, skond il-permess 186/99 maħruġ mill-ETC. Fil-Każ ta' clerks, il-Borża issotomettiet it-talba lill-ETC f'Awissu ta' 1999 u l-kandidati mibgħuta mill-ETC ġew intervistati kollha u l-għażla saret skond kif dawn ġew skond l-'order of merit'.
Leg 9 PQ #19153 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-VAT — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-uffiċċju tal-VAT mill-5 ta' Jannar, 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal imsemmi mpjieg. jista' jgħid xi kirtgerji ntużaw biex dawn ingħatawl-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-5 ta’ Jannar 2000 sa’ l-10 ta’ Settembru 2000 ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma’ l-uffiċju tal-VAT
Leg 9 PQ #19156 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Sekondarji — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-sena skolastika 1999/2000 ammontaw in-numru ta' studenti fl-iskejjel post sekondarju li weħlu mill-eżamijiet u mil-liema m'għaddewx?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19157 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Post-Sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-sena skolastika 1999/2000 ammontaw in-numru ta' studenti li weħlu mill-eżamijiet għall-post-sekondarju u kellhom jirrepetu l-eżami f'Settembru? Jista' jgħid mil-liema suġġetti m'għaddewx u kemm minnhom spezjonaw il-karta tal-eżami?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19160 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżami ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti ġew mgħarrfa li weħlu fl-Ingliż fl-eżami tal-MATSEC "O" Level u mbagħad wara ġew mgħarrfa li fil-fatt kienu għaddew? Jekk fl-affermattiv, jistax jgħid x'wassal għal dawn l-iżbalji?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-istess Mistoqsija Parlamentari numru 19371 ta' l-istess membru magħmula fl-istess data.
Leg 9 PQ #19162 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kulleġġ Vokazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li kienu biss 40 in-numru ta' applikanti biex jistudjaw fil-Kulleġġ Vokazzjonali l-ġdid fis-sena akkademika 2000/2001? Jista' jgħid min huma l-uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li qegħdin jieħdu sehem fil-programm "Leonardo"? Jista' jgħid min huma l-kapijiet ta' l-edukazzjoni vokazzjonali u ta' l-istituzzjoni tat-taħriġ li qegħdin jieħdu sehem fil-laqgħat ta' tagħrif dwar il-programm? Jista' jgħid fuq liema kriterji ngħażlu biex jieħdu sehem u minn liema fondi qed jitħallsu l-vjaġġi tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija hija fin-negattiv. Dwar il-programm Leonardo, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hi rappreżentata minn Assistent Direttur fil-Coordinating Committee tal-EUPU. Dwar l-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija informat li l-istituzzjonijiet kollha ta' edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ ħadu sehem fil-laqgħat ta' tagħrif dwar dan il-programm. La attenda kulħadd ma kien hemm ebda kriterju speċifiku u l-laqgħat saru kollha Malta u allura, ma kien hemm ebda spejjeż ta vjaġġi.