Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-gwardjani tal-ħabs? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-5 ta` Jannar 2000 sal-10 ta` Settembru 2000 ma sar l-ebda transfer lil xi gwardjan tal-ħabs.
Perjodikament isir tibdil tax-xogħol tal-gwardjani u dan isir prinċipalment minħabba raġunijiet ta` sigurta` jew l-esiġenza tas-servizz
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, il-Bank Ċentrali ta' Malta ma mpjegax ħaddiema ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-White Rocks Holiday Complex mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fil-White Rocks Holiday Complex bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Beach Cleaners mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fis-sezzjoni tal-Beach Cleaning tad-Dipartiment tat-Turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?
Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Isports mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul il-perjodu indikat ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u ma ħarġu ebda applikazzjonijiet.
L-uniku ċaqliq kien ta' Clerk u Field Survey Assistant li ġew trasferiti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet rispettivament. Mad-Dipartiment ġew posted ukoll Clerk u Senior Tradesman mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u General Hand mid-Dipartiment tal-Kultura. It-transfer ta' dawn il-persuni għad irid jiġi formalizzat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Pixxina Nazzjonali mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Sa l-20 ta' Lulju, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17820.
Minn dak iż-żmien sal-Ġimgħa 22 ta' Settembru, informat li fil-Pixxina Nazzjonali ġew impjegati dawn li ġejjin:-
Edwin Buttiġieġ - Gym Instructor Full Time
Rachid Chouhal - Gym Assistant Part Time
Ivan Saliba - Casual Summer Student Worker (Reception)
Dawn kollha ġew impjegati bil-proċeduri meħtieġa mill-ETC.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mas-sezzjoni tal-manutenzjoni tad-Dipartiemnt tad-Djar mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ebda ħaddiema ġodda mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, iżda ħadu l-ħatra Technical Officer, Senior Technical Officer u Senior Architect li kienu jaħdmu ma' Dipartimenti oħra tal-Gvern wara sejħa għall-applikazzjonijiet li saret għall-impjegati tal-Gvern.
Saret ukoll sejħa għal casual junior architects minn barra d-Dipartiment fis-7 ta' Jannar 2000, u ntgħażlu ħames periti. Dawn għandhom jingħataw l-ittra formali tal-ħatra fuq bażi każwali wara Novembru li ġej hekk kif jingħataw il-warrant biex jaħdmu ta' periti.
Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Freeport mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza ġew impjegati tlieta u ħamsin (53) persuna mal-Malta Freeport.
It-talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ biex isir ingaġġ fid-diversi gradi saret f'dawn id-dati:
Equipment Operator fil-21 ta' April 1999 u fit-22 nta' Novembru 1999, Mechanic fl-20 ta' Awissu 1999 u fil-25 ta' Ottubru 1999, Desk Top Publishing fl-20 ta' Awissu 1999, Data Entry Operator fil-25 ta' Frar 2000 u Storekeeper fil-5 ta' Mejju 2000.
Is-sejħa għall-applikazzjoni dehret fil-ġurnali kif jidher hawn taħt:
Equipment Operator fit-22 ta' Novembru 1999, Mechanic fis-17 u t-18 ta' April 1999 u Desk Top Publishing fit-8 u l-10 ta' Novembru 1999.
Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-IPSE mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza ġew impjegati sitt ħaddiema ġodda ma' l-I.P.S.E.
Dawn ġew impjegati fil-gradi murija hawn taħt u s-sejħa għall-applikazzjoni ħarġet fid-data indikata
GRAD DATA TA' L-APPLIKAZZJONI
Executive Marketing 14 ta' Settembru 1999
Manager Restructuring 10 ta' Marzu 2000
Business Manager 10 ta' Marzu 2000
Executive Secretary 17 ta' Marzu 2000
Accounts Clerk 26 ta' April 2000
Accountant 29 ta' Mejju 2000
Jista' l-Prim Ministru Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif diġà kelli l-opportunità inwieġeb l-Onorevoli Interpellant f’okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant għall-allokazzjonijiet għall-“Hospitality” li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot ta’ l-Uffiċċju tiegħi u dawk tad-Dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Billi d-direttur ta' l-Edukazzjoni se jtemm il-karriera tiegħu f'Diċembru jista' l-Ministru jgħid min hemm fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li qed jieħu ħsieb it-tħejjijiet meħtieġa wara it-tluq tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Nifhem li l-Onor. Membru qed jirreferi għal wieħed mid-Diretturi li għandna fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li hi mmexxija minn Direttur Ġenerali. Il-vakanza tiegħu timtela` skond il-proċess stabbilit mill-kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikateru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Awissu 2000?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?
Response (BORG, TONIO)
Kif ġa` kelli l-opportunita` nwieġeb l-Onorevoli Interpellant f`okkażżjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta` l-Onorevoli Membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Awissu 2000?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif diġa kelli l-opportunita’ nwieġeb l-onorevoli interpellant f’okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara’ l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-onorevoli membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?
Response (BORG, JOE)
Kif ġa kelli l-opportunita nwieġeb l-Onorevoli Interpellant f'okkażżjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi.
Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?
Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fil-perjodu msemmi ġew impjeġati ħdax minn nies, sebgħa maskili u erbgħa femminili. Ħamsa minn dawn huma każwali, wieħed reinstated, tnejn b'kuntratt, wieħed professjonist u żewġ uffiċjali.
Ma saret l-ebda sejħa pubblika għal dawn l-impjieġi skond il-proċedura normali li ilha teżisti sa minn dejjem.
Dawn kienu kollha mpjeġati wara li ngħatat kunsiderazzjoni serja għall-kapaċitajiet tagħhom biex jaqdu d-dmirijiet mistennija minnhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kif ga kelli l-opportunita' inwieġeb lil-Onor. Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru għall-allokazzjoniiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mat-Tarzna mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza ġew impjegati disa' persuni fit-Tarzna ta' Malta. Tlieta ġew 'reinstated' wara li temmew b'success kors ta' riabilitazzjoni mid-droga skond il-policy tat-Tarzna, wieħed ġie appuntat fil-kariga u ħamsa huma apprentisti T.A.S. spnsorjati mit-Tarzna b'ko-operazzjoni mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Il-gradi li qed jokkupaw dawn id-disa' ħaddiema ġodda huma Chairman, External Grit Blaster, Steelworker, Stager Slinger u Apprentisti T.A.S. (ħamsa).
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kif ġa kelli l-opportunita' inwieġeb l-Onor. Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif ġa kelli l-opportunita' inwieġeb l-Onorevoli Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorveoli membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-Dipartimenti li jaqgħu taħtu.