Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru 2000, ħaddiem wieħed biss ġie trasferit. Dan il-ħaddiem kien għażel li jibqa mal-Gvern wara l-1 ta' Mejju 1998, iżda kien baqa' jagħmel xogħol tal-MIA plc sa Marzu 2000. F'dan l-istess perjodu l-MIA plc iddikjarat li ma kellhiex aktar bżonn tas-servizzi tiegħu, u peress li ma kienx hemm xogħol għalih fid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili, dan ġie trasferit f'Dipartiment ieħor tal-Gvern.
Leg 9 PQ #19213 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Garaxxijiet tal-Gvern — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-garaxxijiet tal-gvern mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma' ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Garaxxijiet tal-Gvern bejn il-5 ta' Jannar 2000 u 10 ta' Settembru 2000.

PTA — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-PTA? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma ngħataw l-ebda trasferimenti mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Settembru 2000 lill-ħaddiema ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku.
Leg 9 PQ #19215 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema taċ-Ċivil? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li “transfers” fis-Servizz Pubbliku approvati mill-“Management and Personnel Office” bejn il-5 ta’ Jannar 2000 u l-10 ta’ Settembru 2000 u li jikkonċernaw ċaqliq ta’ nies minn Ministeru għall-ieħor jammontaw għal 122. Ir-raġunijiet għal dawn it-“transfers” kienu hekk: 94 fuq talba ta’ impjegati stess 21 minħabba esiġenzi tas-Servizz 7 biex l-impjegati jaħdmu fis-Segretarjati Privati ta’ Ministri jew Segretarji Parlamentari Ingħataw tliet “transfers” minn dipartiment għall-ieħor fl-Uffiċċju tiegħi tul l-istess perjodu. Wieħed kien għas-Segretarjat Privat, wieħed fuq esiġenzi tas-Servizz u l-ieħor fuq għażla ta’ l-impjegat. Tagħrif dwar “transfers” li ngħataw minn dipartiment għal ieħor f’Ministeri oħra bl-approvazzjoni tas-Segretarji Permanenti rispettivi għandu jintalab mill-Ministri kkonċernati. It-trasferimenti ta’ ħaddiema fis-Servizz Pubbliku huwa proċess kontinwu u dan kemm għall-ġid tas-Servizz kif ukoll tal-ħaddiema nfushom.
Leg 9 PQ #19216 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-AFM? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn il-5 ta’ Jannar 2000 u l-10 ta’ Settembru 2000 kien hemm 83 “postings” bejn Reġiment u ieħor u 58 “posting” bejn Kumpaniji fl-istess Reġiment. Kien hemm ukoll trasferiment ta’ għaxar ħaddiema pajżana, mill-Forzi Armati għal ma’ Dipartimenti tal-Gvern u tlieta minn Dipartimenti tal-Gvern għal mal-Forzi Armati. Rigward il-mistoqsijiet l-oħra nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12487 f’seduta numru 239.

Awtorita' tat-Trasport Pubbliku — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li żewġ ħaddiema mas-Servizz Pubbliku ġew trasferiti ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku bħala Transport Assistants b'effett mill-1 t'Awissu 2000. Dan sar wara sejħa għall-applikazzjonijiet permezz ta' Ċirkolari Nru. 1/2000 maħruġa mill-Management Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim ministru.

Dipartiment ta' l-Anzjani — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Anzjani? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-perijodu ndikat fil-Mistoqsija saru 20 trasferiment fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani, inkluż ir-Residenza San Vinċenz de Paule. Dawn saru għal dawn ir-raġunijiet: 6 għax ħadu promozzjoni f'Dipartiment ieħor; 12 fuq talba tagħhom stess; 2 kienu fuq watchman duties mad-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla u ma' kienx hemm bżonn is-servizzi tagħhom wara li din infetħet. Trasferimenti fil-futur isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.

Djar ta' l-Anzjani — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Djar ta' l-Anzjani? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul il-perijodu indikat fil-Mistoqsija saru żewġ trasferimenti mid-Djar ta' l-Anzjani. Casual Cleaner marret mid-Dar tal-Gżira għad-Dar ta' l-Imsida fuq talba tagħha stess u driver mid-Dar tal-Mosta għal SVPR għax ma kienx hemm bżonnu f'dik id-Dar. Trasferimenti minn u lejn id-Djar ta' l-Anzjani jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz prevalenti.
Leg 9 PQ #19208 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dwana mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dwana bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19209 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-IPSE? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000, ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fl-I.P.S.E.
Leg 9 PQ #19210 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tad-Drenaġġ mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma' ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tad-Dranaġġ bejn il-5 ta' Jannar 2000 u 10 ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19211 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tat-Tarzna? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza, fit-tarzna kien hemm ċaqlieq ta' ħamsa u għoxrin (25) ħaddiem. Kien hemm sittax-il trasferiment riżultat tar-ristrutturar ta' l-azjenda, ħamsa minħabba regrading u erbgħa ġew sekondati biex jaħdmu f'azjendi oħra. F'azjenda bħalma hija t-Tarzna dejjem ikun hemm lok għal trasferimenti, naturalment dejjem jekk il-ħtiġijiet ta' l-azjenda ikunu jitolbu dan.
Leg 9 PQ #19200 Sitting 388 2000-10-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant, fl-Awtorita` ta` l-Ippjanar kien hemm dawn it-trasferimenti :- 7* Minħabba promozzjonijiet 5* Fuq talba ta` l-impjegat innifsu 16 Minħabba l-esiġenzi ta` l-organizzazzjoni * Dawn il-figuri jinkludu impjegat li ħa promozzjoni, iżda li talab hu stess sabiex jerġa` lura fil-pożizzjoni li kellu qabel wara tliet xhur. Bħal f`kull dipartiment ieħor, transfers isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Leg 9 PQ #19201 Sitting 388 2000-10-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċivil mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' ħaddiema ġodda maċ-Ċivil mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru 2000 huwa ta' 481. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tat-tmienja u disgħin 'Labourer', irrid ngħid li dawn ingħataw impjieg wara li saru intervisti lil numru ta' nies li lista tagħhom ingħatat lill-Uffiċċju tiegħi mill-'Employment and Training Corporation' wara t-talba li saret fl-20 ta' Jannar 2000.
Leg 9 PQ #19202 Sitting 388 2000-10-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn id-dati msemmija ġew trasferiti mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku żewġ impjegati li l-grad tagħhom hu ta’ messaġier. Dawn iż-żewġ impjegati ġew trasferiti fuq talba tagħhom stess. Ma hemm ebda ħsieb li jsiru xi trasferimenti oħra minn dan id-Dipartiment fil-futur qarib.

Qrati — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Qrati mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

B'riferenza ghall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant, kien hemm erbatax-il persuna li gew impjegati fil-Qorti bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru 2000. Minn dawn, tlettax gew impjegati bhala Deputati Registraturi fuq bazi kuntrattwali b'sehh mit-12 ta' Mejju 2000 u dan wara li harget sejha ghall-applikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Frar 2000. Giet ukoll impjegata persuna fil-grad ta' Skrivan Sostitut Kazwali fuq kuntratt definit. Din bdiet tahdem b'sehh mis-7 ta' Settembru 2000 wara li dehret quddiem Bord ta' l-Ghazla li kkonduca l-interviews. Skond cirkolari ta' l-Ufficcju tal-Prim Ministru Numru 23/99 u 40/99, l-ingagg ta' dawn l-impjegati jista jsir jew permezz ta sejha pubblika jew permezz tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig. L-ingagg mill-Qorti sar permezz tal-Korporazzjoni hawn fuq msemmija. Ma gew impjegati l-ebda haddiema godda minghajr ma kien hemm xi sejha ghall-applikazzjonijiet
Leg 9 PQ #19204 Sitting 388 2000-10-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Monte Carmeli? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mill-5 ta` Jannar 2000 sal-10 ta` Settembru 2000 ngħataw 10 il-trasferiment lill-ħaddiema ta` l-isptar Monte Carmeli. Minnhom 7 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru minħabba l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #19205 Sitting 388 2000-10-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Passaporti — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Passaporti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul il-perijodu, 5 ta` Jannar 2000 sa` l-10 ta` Settembru 2000, id-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili (u mhux id-Dipartiment tal-Passaporti) ingaġġa żewġ Casual Substitutes b`kuntratt definit. Fit-22 ta` Marzu 2000 ġiet impjegata persuna fil-grad ta` Uffiċjal Eżekuttiv u fl-24 ta` Awissu ġiet impjegata persuna fil-grad ta` Skrivan. Ma ħarġet l-ebda applikazzjoni biex jimtlew dawn iż-żewġ postijiet. Kif stipulat fiċ-Ċirkularijiet OPM 23/99 u OPM 40/99 ġiet mitluba lista ta` nies li kienu qed jirreġistraw għal xogħol. Il-Korporazzjoni għal Xogħol u Taħriġ (l-ETC) issotomettiet żewġ listi, ta` 20 persuna-il waħda li kienu qed jirreġistraw u li kienu jissodisfaw il-kwalifiki akademiċi biex jimtlew iż-żewġ postijiet fil-gradi msemmija. L-għażla aħħarija saret wara intervista, minn Bord maħtur apposta, minn fost il-persuni mibgħuta mill-ETC.

Dipartiment tad-Djar — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tad-Djar mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma mpjega ebda ħaddiem ġdid fil-perjodu indikat. F'Mejju 2000, id-Dipartiment ftiehem mas-Social Welfare Development Programme (SWDP) biex jixtri s-servizz ta' Social Worker addizzjonali. Dan sar skond talba li kienet ilha pendenti minn Ġunju 1997.
Leg 9 PQ #19195 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Finanzi — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Finanzi mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi, fid-Dipartiment tal-Finanzi gew impjegati 3 ħaddiema ġodda: 2 wara sejħa għall-applikazzjonijiet mill-MPO u 1 b'kuntratt definit permezz tal- ETC.