Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru 2000 kienu impjegati 18-il Casual Substitute Clerks mad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali. L-applikazzjonijiet kienu maħruġa bejn is-17 ta' Novembru u l-10 ta' Diċembru 1999 u notifikati fil-gażżetta tal-Gvern tas-17 ta' Novembru 1999.
Leg 9 PQ #19260 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-Malta Freeport? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi saru dsatax (19) il-trasferiment ta' ħaddiema fil-Port Ħieles. Dawn it-trasferimenti saru kollha skond l-esiġenzi tal-Kumpanija u skond il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv. Fil-futur jistgħu isiru trasferimenti, anturalment jekk il-ħtiġijiet tal-kumpanija ikunu jitolbu li jsir dan.
Leg 9 PQ #19249 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-NTOM? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Membru li l-N.T.O.M. spiċċat fil-31 ta’ Awissu 1999.
Leg 9 PQ #19250 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MFSC mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li in-numru ta' impjegati ġodda mal-MFSC bejn il-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 kienu sebgħa. L-applikazzjonijiet għal dawn l-impiegi saru hekk: Diċembru 1999 wieħed Lulju 1999 wieħed Novembru 1999 wieħed Frar 2000 wieħed Marżu 2000 tnejn April 2000 wieħed Ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema mingħajr ma ħargu l-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #19251 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-Bank Ċentrali? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, ingħataw ħamsa u għoxrin (25) trasferiment lill-ħaddiema tal- Bank Ċentrali ta' Malta. Dawn it-trasferimenti li saru għal raġunijiet konnessi ma esiġenzi tax-xogħol, laħqu wkoll l-iskop li l-impjegati jingħataw ċans jaħdmu xogħol differenti biex jiżviluppaw il-karriera tagħhom. Dawn it-trasferimenti minn dejjem kienu jsiru fil-Bank u jibqgħu jsiru anke fil-futur.
Leg 9 PQ #19252 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-uffiċċju tal-budget mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-twegiba moghtija ghall-Mistoqsija Nru. 19195.
Leg 9 PQ #19253 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-Budget? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi saru zewg trasferimenti mill-Ufficcju tal-Budget. Dawn saru fuq talba ta' l-impjegati kkoncernati.
Leg 9 PQ #19254 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-pulizija? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta` Jannar u l-10 ta` Settembru 2000, kien hemm 136 membru tal-Korp li tbiddlilom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, dan it-tibdil fil-Korp tal-Pulizija jsir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Leg 9 PQ #19243 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Zammit Clapp? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 fl-Isptar Zammit Clapp ma ngħataw ebda trasferimenti lill-ħaddiema. Moviment intern ġo l-Isptar Zammit Clapp hu prerogattiva tal-'management' u jsir skond l-esiġenzi tas-servizz tal-isptar .

Qrati — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Qrati? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

B'riferenza ghall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant, kien hemm hames impjegati li gew trasferiti mill-Qrati tal-Gustizzja ghal xi Dipartiment iehor mill-5 ta' Jannar sa l-10 ta' Settembru 2000. F' zewg kazijiet li jirrigwardaw Skrivan u Operative, it-trasferimenti saru wara talba ta' l-istess impjegati , fil-kaz ta' zewg impjegati ohra fil-grad ta' Ufficcjal Principal Anzjan dawn gew ittrasferiti wara li l-impjegati in kwistjoni gew mahtura bhala Assistenti Diretturi. Il-hames kaz huwa dwar General Hand li gie trasferit fuq insistenza tad-Dipartiment warali rapport ta' Bord ta' Inkjesta li twaqqaf biex jinvestiga xi irregularijiet f'sezzjoni tal-Qorti ghamel suggeriment li l-Ufficcjal in kwistjoni m'ghandux jibqa' jahdem fid-Dipartiment tal-Qrati. Trasferimenti, kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, isiru skond l-esigenzi tas-servizz.

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-kunsilli lokali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

Mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 persuna wahda giet trasferita mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. It-trasferimenti isiru skond l-esigenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #19246 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-perjodu indikat ġie trasferit ħaddiem wieħed mill-Pixxina Nazzjonali. Dan it-trasferiment sar fuq talba tiegħu stess.
Leg 9 PQ #19247 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isports — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-Isports? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-perjodu indikat ġiet trasferit Assistant Technical Officer mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għad-Diviżjoni tas-Saħħa. Dan it-transfer sar fuq talba ta' l-istess impjegat. Hemm ukoll Senior Postperson u General Hand li qed jistennew li jiġu trasferiti għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u għall-iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar rispettivament. Dawn iż-żewġ transfers ukoll ġew mitluba mill-istess individwi.
Leg 9 PQ #19248 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tal-Beach Cleaners — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-beach cleaners? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fit-taqsima tal-beach cleaners saru tliet trasferimenti, mitluba mill-individwi stess, bejn il-5 ta’ Jannar u l-10 ta’ Settembru 2000. Sal-lum m’hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti minn din it-taqsima.

Dipartiment għall-Affarijiet Barranin — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema kollha fid-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jagħti raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, JOE)

Bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru 2000, żewġ ħaddiema ġew trasferiti fuq talba tagħhom stess, waqt li ħaddiem ieħor Għawdxi ġie trasferit f'dipartiment Għawdex għax kien imissu hu, kif inhi l-prattika f'każijiet bħal dawn. Il-proċess tat-trasferimenti ta' ħaddiema fis-Servizz Pubbliku huwa proċess kontinwu u dan kemm għall-ġid tas-Servizz kif ukoll tal-ħaddiema nfushom.
Leg 9 PQ #19219 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema kollha fid-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jagħti raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn il-5 ta’ Jannar 2000 u l-10 ta’ Settembru 2000 fid-Dipartimenti u l-Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd saru dawn it-trasferimenti: 6 fuq esiġenżi tas-serviżż, 5 meta ħadu promożżjoni 2 talbu t-transfer huma stess. Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għall-Ministeru u għad-Dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Awtorita' Marittima — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' Marittima mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 ġew impjegati dawn il-ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' Marittima: Draughtsman/Site Supervisor - deher l-avviż fil-gazzetti lokali nhar l-4 ta' Settembru 1999 wara li saret talba lill-Employment & Training Corporation u ma nstab ħadd addattat għall-post; Information Systems Support Executive - deher l-avviż fil-gazzetti lokali nhar id-9 ta' Frar 2000 wara li saret talba lill-Employment & Training Corporation u ma nstab ħadd addattat għall-post; Cleaner - fit-23 ta' Mejju 2000 wara talba lill-Employment & Training Corporation; Merchant Shipping Executive - 'Detailed' mis-Servizz Pubbliku skond il-provedimenti tal-Malta Maritime Authority Act.
Leg 9 PQ #19240 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi — Trasferimenti ta' Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-manifattura u servizzi? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar 2000 u 10 ta' Settembru 2000 saru dawn it-trasferimenti lil-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi: 1 Clerk li mar l-A.C.S.U. fit-22.05.2000; 1 Assistent Technical Officer li mar id-Dipartiment tad-Dranaġġ fid-29.03.2000; 1 Senior Tradesman li mar fid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fit-22.05.2000; 1 General Hand li mar il-Health Division fil-25.02.2000. Dawn it-trasferimenti saru kollha fuq talba personali tal-ħaddiema stess.
Leg 9 PQ #19241 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000 saru dawn it-trasferimenti mid-Dipartiment tad-Dranaġġ: 1 Technincal Officer li mar id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fl-20.02.2000; 1 Watchman li mar il-Watchmen Section fl-14.01.2000; 4 General Hands li marru fid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fl-14.01.2000. Dawn it-trasferimenti saru minhabba l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #19242 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Boffa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Settembru 2000 saru 18 trasferimenti lill-ħaddiema ta` l-isptar Boffa. Minnhom 15 ntalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.