Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Ambulanzi? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Settembru 2000 ma ngħatawx trasferimenti lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta` l-Ambulanzi.
Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika — Ħaddiema Ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, ma kien hemm l-ebda impieg ta' ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kultura? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Mużewijiet? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000 ingħata trasferiment wieħed fuq talba tal-persuna trasferita nnifisha. Ma hemm l-ebda ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qrib
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-ITS mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija ma ġewx impjegati ħaddiema fl-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul il-perjodu 5 ta' Jannar, 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 ħames impjegati ġew trasferiti mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili għal Dipartimenti oħra.
Dawn kienu:
Principal li ġie trasferit għad-Dipartiment tal-Kultura b'effett mit-13 ta'
Jannar 2000,
Clerk li ġiet trasferita għad-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi fl-istess
Ministeru b'effett mill-1 ta' Frar 2000,
Postal Auxiliary li ġie trasferit għas-Segretarjat tal-Ministeru tas-Servizzi
Ekonomiċi b'effett mit-3 ta' April 2000,
General Hand li ġiet trasferita għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru b'effett mis-16
ta' Mejju 2000,
Clerk li ġiet trasferita għad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni b'effett mit-12 ta'
Lulju 2000.
Dawn it-trasferimenti kollha saru fuq talba ta' l-istess individwi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Turiżmu mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ;odda fid-Dipartiment tat-Turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-DOI? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li mill-5 ta’ Jannar sa l-10 ta’ Settembru 2000, ingħataw erba’ trasferimenti fuq talba tal-ħaddiema nvoluti u ieħor wara li nħatar fi grad għola fil-kategorija tal-Messaġġiera.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi ingħataw erbgħa u tletin (34) transfer mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika.
Dawn kienu: 2 Persuni gew trasferiti għad-Divisioni ta' l-Edukazzjoni;
2 Persuni gew trasferiti għad-Divisioni tas-Saħħa;
1 Persuna waħda giet trasferita għad-Divisjoni tax-Xogħlijiet;
Dawn it-trasferimenti saru fuq talba tal-Ħaddiema stess.
4 Persuni gew trasferiti għad-Dipartiment ta' l-Agrikultura wara li ħadu promozzjoni;
4 Persuni gew trasferiti għad-Divizjoni tas-Saħħa wara sejħa ta' Applikazzjonijiet;
21 Persuna gew trasferiti għall-Unit għal-Ambjent Nadif fl-istess Ministeru għall-Ambjent.
Dawn saru skond il-ħtieġa tad-Dipartiment.
Jekk fil-futur isiru xi trasferimenti oħra, dawn isiru skond l-esiġenzi tad-Dipartiment jew ta' l-individwi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mill-Korp tal-Pulizija bħala Uffiċjali ta` l-Immigrazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartiment tal-kultura mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu msemmi mill-Onor. Membru ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Kultura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-Gozo Channel? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza kien hemm disa' ħaddiema li ġew trasferiti minn sezzjoni għal oħra fil-kumpanija Gozo Channel. Dawn it-trasferimenti saru peress li l-persuni involuti ingħataw grad ġdid. Fil-futur jista' jsir trasferiment ta' ħaddiema jekk il-ħtiġijiet tal-Kumpanija jkunu jitolbu dan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar San Vinċenz de Paule? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-perijodu ndikat fil-Mistoqsija saru 11-il trasferiment ta' mpjegati fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Dawn saru kollha fuq talba ta' l-istess impjegati.
Trasferimenti fil-futur isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Mediterranean Conference Centre mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu indikat ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mal-Mediterranean Conference Centre.
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali/Impjiegi — Ħaddiema
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjiegi? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul il-perijodu ndikat fil-Mistoqsija sar trasferiment ta' mpjegat wieħed mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg, liema trasferiment sar fuq talba ta' l-istess impjegat.
Bħal f'kull dipartiment ieħor, trasferimenti minn u lejn dan id-Dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' Marittima? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 ma ngħataw l-ebda trasferimenti lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' Marittima.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Anzjani mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment u l-perijodu ndikat ġew impjegati żewġ casual substitute clerks wara sejħa għall-applikazzjonijiet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern fis-17 ta' Novembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita'? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, ma kienx hemm trasferimenti ta` Pulizija fl-Uffiċċju tal-Karti ta` l-Identita` fid-Depot tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta` Jannar 2000 u l-10 ta` Settembru 2000 kien hemm 3 membri tal-Korp li ġew trasferiti fit-Taqsima ta` l-Immigrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, it-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Dipartiment tar-Reġistru ta' l-Artijiet — Ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Reġistru ta' l-Artijiet? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant, fir-Reġistru ta` l-Artijiet saru żewġ trasferimenti. Bħal f`kull dipartiment ieħor, trasferimenti minn u lejn id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.