Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19390 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant, ġew impjegati 415-il persuna ma' l-Air Malta. Minn dawn, 397 ġew impjegati fuq bażi temporanja jew 'part-time', kif hi l-prattika kull sena minħabba n-natura staġjonali tax-xogħol tal-linja nazzjonali ta' l-ajru. Il-ħaddiema ġodda ġew impjegati b'dan il-mod. 398 permezz tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ 12 wara sejħa għall-applikazzjonijiet 5 minn agenziji tax-xogħol barranin
Leg 9 PQ #19391 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MDC mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta ma mpjegatx ħaddiema ġodda.
Leg 9 PQ #19393 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment ta' l-Industrija — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Industrija mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu indikat ma ġie mpjegat ebda ħaddiem ġdid mad-Dipartiment ta' l-Industrija.
Leg 9 PQ #19327 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bibljoteka — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Bibljoteka? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000 żewġ ħaddiema tal-Bibljoteka Nazzjonali ingħataw trasferiment għal Dipartimenti oħra. L-ewwel trasferiment ingħata fl-24 ta' Jannar 2000 lil impjegata li kienet imsejħa biex twettaq dmirijietha fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali. It-tieni trasferiment ingħata fl-4 ta' Mejju 2000 lil impjegata li kienet On Loan mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni mid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji.
Leg 9 PQ #19328 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mediterranean Conference Centre — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Mediterranean Conference Centre? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu indikat ma ingħataw ebda trasferimenti lill-ħaddiema tal-Mediterranean Conference Centre.
Leg 9 PQ #19329 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut Tekniku/Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex beħsiebu jżarma l-Istitut Tekniku u l-Junior Lyceum ta' ħdejh issa li l-Kulleġġ Vokazzjonali baqa' ma ġiex imwaqqaf kif ppjanat? Jista' jgħid x'beħsiebu jagħmel bl-iskejjel tas-snajja' ladarba l-Kulleġġ Vokazzjonali ma nfteħax?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ebda ħsieb li jiżżarma l-Junior Lyceum ta' Kordin qabel ma jinstab jew jinbena post adegwat għalih. L-Istitut Tekniku ser jiġi assorbit mill-Kulleġġ ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija hekk kif l-arranġamenti biex isir dan ikunu finalizzati. L-istudenti li qegħdin jattendu t-Trade Schools u li għandhom anqas minn 16-il sena ser jiġu assorbiti fi skejjel sekondarji u ser isegwu l-kors fit-Teknoloġija. L-ewwel fażi ta' dan il-proċess bdiet din is-sena. L-istudenti 'l fuq minn 16-il sena u li qegħdin fl-Iskema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja', eventwalment jiġu assorbiti mill-Kulleġġ.

Djar ta' l-Anzjani — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Djar ta' l-Anzjani mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li skond ir-rekords tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani, ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Djar ta' l-Anzjani fil-perijodu ndikat.

CSA — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda bħala CSAs mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 daħlu jaħdmu bħala CSAs, 43 persuna. Fl-aħħar ftit snin ma' ħarġet ebda sejħa għall-applikazzjonijiet għal CSAs. Pero' xorta waħda nies interessati li jaħdmu bħala CSAs marru fid-Dipartiment ta' l-Anzjani jew ċemplu biex jirreġistraw l-interess tagħhom li jagħmlu xogħol ma' l-anzjani. In-nies impjegati bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000, kienu ssottomettew it-talba tagħhom biex jaħdmu ma' l-anzjani bħala CSAs bejn l-1997 u l-2000.
Leg 9 PQ #19386 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Enemalta mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat, li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza, ġew impjegati erbgħin ħaddiem ġdid mal-Korporazzjoni Enemalta. Disgħa u tletin minn dawn il-ħaddiema ġew impjegati wara li nkiseb il-permess relattiv mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Minn dawn erbgħa u tletin huma ex-xufiera impressed li ġew impjegati wara deċiżjoni tal-Gvern preżenti. F'każ wieħed, dak ta' Segretarju tal-Bord tad-Diretturi fuq bażi part-time, il-ħatra saret mill-imsemmi Bord. Matul il-perjodu msemmi ġie ngaġġat ukoll apprentist taħt l-iskema ta' Apprentist Tekniku sabiex ikompli t-tieni sena tal-Kors.
Leg 9 PQ #19321 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-trasferimenti li ngħataw mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 min-naħa tas-sezzjoni tal-minor staff hi din: GRAD NUMRU General Hand 89 Casual Clerks 20 Watchman 9 Messengers 11 Senior Messengers 3 Full Time Clerks 2 Operative 2 Tradesman 6 Dawn it-trsferimenti ġew mogħtija jew fuq talba ta' l-individwu stess jew skond l-esiġenzi tas-servizz. Se jsiru aktar trasferimenti skond il-ħtieġa ta' l-individwu u dak tad-Diviżjoni.
Leg 9 PQ #19322 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju Konġunt? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta` Jannar 2000 u l-10 ta` Settembru 2000 fl-Uffiċċju Konġunt żewġ uffiċjali ġew trasferiti f`dipartimenti oħra wara l-ħatra tagħhom fi gradi għola. Bħal f`kull dipartiment ieħor, trasferimenti minn u lejn id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.

Awtorita' tad-Djar — Trsferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tad-Djar? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda trasferimenti f'dan il-perijodu fid-Dipartiment tal-Awtorita' tad-Djar.
Leg 9 PQ #19324 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kulleġġ Vokazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Kulleġġ Vokazzjonali mhux se jiftaħ kif ippjanat u dan wara l-ftehim li sar fl-addozzjoni ta' l-acquis min-naħa ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħarrafni jekk dan iffissirx li l-ftehim mal-EU sejjer lura? Jista' jiċħad jew jikkonferma li ma ġewx il-fondi meħtieġa għal dan il-għan mingħand is-sorsi tal-EU jew oltre minn hekk il-fondi ġew imma marru għal xi ħaġa oħra flok għall-kulleġġ? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi strateġija differenti minn dik pubblika u kif miftehma ma' l-UE għal proġetti ad hoc li ħabbar l-istess gvern li se joħloq biex iġib il-flus mingħand l-EU?

Response (GALEA, LOUIS)

It-twaqqif tal-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija qed isir fl-interess tal-poplu Malti. Fuq dan m'hemm ebda ftehim mal-EU kif qed jaħseb l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #19325 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment ta' l-Istatistika — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda trasferiment ta' ħaddiema mill-Uffiċju Ċentrali ta' l-Istatistika matul il-perjodu msemmi. Trasferimenti, inklużi dawk fil-futur, isiru skond l-esiġenzi ta' l-Uffiċju.
Leg 9 PQ #19326 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni Enemalta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru ta' din is-sena, kien hemm trasferiment ta' 29 ħaddiem fil-Korporazzjoni Enemalta. Dawn it-trasferimenti saru minħabba esiġenza ta' xogħol. Trasferimenti fil-futur jistgħu jsiru skond il-ħtiġijiet tal-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #19315 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-għalliema fl-iskejjel? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000 ingħataw dawn it-transfers: Skejjel Primarji, Sekondarji u tas-Snajja' Kapijiet ta' skejjel - 2 Assistenti Kapijiet ta' skejjel - 8 Għalliema - 34 (jinkludu t-trasferimenti ta' Supply Teachers) It-trasferimenti saru jew skond it-talba ta' l-individwu jew skond l-esiġenza tas-servizz. Fis-Settur Post Sekondarju ingħata transfer wieħed biex l-għalliem jgħallem il-Mużika fi skola oħra. Hi ħaġa normali li qabel tibda s-sena skolastika jingħataw transfers biex jintlew il-postijiet vojta ta' għalliema fl-iskejjel. Fejn hu possibbli, l-għalliema jintbagħtu fejn talbu huma. Fit-Taqsima ta' l-Iskejjel Speċjali ma ngħataw ebda trasferimenti. Hemm il-ħsieb li fil-futur qrib jiġu ngaġġati aktar għalliema fit-Taqsima ta' Edukazzjoni Inklussiva u Speċjali.
Leg 9 PQ #19316 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Isptar Zammit Clapp mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-Isptar Żammit Clapp mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Settembru 2000 ġew mimlija dawn il-postijiet vakanti:- Domestic waħda (1) mpjegata fl-1 ta` Frar 2000, applikazzjoni maħruġa mill-ETC f'Settembru 1999. Fiżjoterapista waħda (1) mpjegata fit-3 t'April 2000, permessi maħruġa mill-ETC f'Jannar 1999. Nursing Aides sitta (6) mpjegati fit-2 ta` Settembru 2000, permessi maħruġa mill-ETC f'Jannar 1999.
Leg 9 PQ #19317 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Universita'? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma saru ebda trasferiment fl-Universita` mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000. Hija l-prassi ġewwa l-Universita` li l-membri akkademiċi jingħataw xogħol ġewwa fakultajiet differenti kultant żmien (job rotation), u wara li jingħataw promozzjoni.
Leg 9 PQ #19318 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jingħata spazju lill-għalliema barranin biex jiġu jgħallmu f'Malta permezz tal-bord indipendenti li se jibda jagħti l-warrants lill-għalliema? Jista' jgħid jekk qabel dan il-pass huwiex jiġi assigurat li l-ewwel prijorita' tingħata lill-għalliema Maltin gradwati fil-fakulta' ta' l-edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għal-Liġi ta' l-Edukazzjoni (Att Nru XXIV ta' l-1998) Taqsima 11 (Warrants ta' l-għalliema).
Leg 9 PQ #19319 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' tat-Turiżmu — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li, bejn id-dati msemmija fil-Mistoqsija, ma saru ebda trasferimenti.