Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19720 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Palazz — Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa sa issa l-ispiża ta' l-istallazzjoni tal-lift fil-Palazz? Jista' jgħid meta huwa maħsub li dan jibda jiffunzjona? Jista' jgħid min għamel ix-xogħol u kemm-il darba sar tibdil fix-xogħol u x'kienet ir-raġuni għal dan it-tibdil?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal-mistoqsijiet parlamentari numru 15205 seduta 271, numru 20099 seduta 399 u numru 20018 seduta 400.
Leg 9 PQ #19721 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sliema — Triq San Publiju - Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kwalita' ta' ilma li qed jirċievu r-residenti fl-inħawi tax-Xatt ta' Tas-Sliema, partikolarment Triq San Publiju, qed tkun ħażina ħafna u ta' kulur kannella? Peress li dan qed joħloq inkonvenjent lir-residenti u dawn qed ikunu kostretti li jaħlu ħafna ilmijiet żejda peress li ma jistax isir użu minnu għal tisjir u ħasil, jista' l-Ministru jgħid x'rimedju ser jingħata lir-residenti f'dawn l-inħawi imsemmija aktar 'il fuq u jekk huwiex ser isir tnaqqis fil-kont għal ħela bla bżonn ta' ilmijiet li qed ikunu kostretti li jagħmlu sakemm l-ilma jiċċara u jsir tajjeb għal użu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-problema tal-kwalita' ta' l-ilma bis-sadid f'dawn l-inħawi jidher li ġejja minn xi tibdil li sar fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma ta' dan il-lokal. Dan it-tibdil sar biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tkun tista' tagħmel l-istudji tagħha dwar il-leakage control. Minħabba li qed tiġri din il-problema ta' l-ilma bis-sadid, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ser tara x'jista' jsir biex tissolva din il-problema. Immedjatament, ser isiru wash outs, u wara jsir ukoll bdil fil-pajpijiet u aċċessorji oħra.

Djar — Pembroke - Kuntratti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għad ta' residenti minn Juno Flats Pembroke għadhom ma sarilhomx il-kuntratt tax-xiri tal-post tagħhom meta dawn ilhom li għamlu l-konvenju għal żmien twil? Jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal għal dan id-dewmien żejjed? Jaf jew le l-Ministru li minkejja li dawn għamlu l-konvenju b'intenzjoni li jixtru l-proprjeta' ta' fejn jgħixu, xorta irċevew avviż ta' żieda fil-kera? Jista' jgħid jekk jaħsibx li dan huwa ġust? Jista' jikkonsidra li din iż-żieda fil-kera tiġi annullata u dan peress li dawn ser jixtru l-proprjeta' tagħhom u żgur it-tort ta' dewmin biex isir il-kuntratt ma huwiex ħtija tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna nformazzjoni mid-Dipartiment konċernat dwar il-provenjenza ta' l-art li fuqha hemm mibnija l-proprjeta' ndikata biex tkun tista' tikkonkludi l-kuntratti. Barra dan ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karta li rċevew l-inkwilini hija parti mill-proċedura għal għoti ta' sussidju fuq il-kera.

Gwardjani lokali — Ċitazzjonijiet

Question

Peress li kif ingħad diversi drabi s-sistema taċ-ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali hija waħda kompjuterizzata u effiċjenti, jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19134?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed nehmez tabella bl-informazzjoni mitluba. Il-valur ta` dawn ic-citazzjonijiet jammonta ghall-LM689,441 li minnhom s`issa thallsu Lm230,84l jigifieri 33.5%.
Leg 9 PQ #19726 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Lm10 tal-ħobż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma rċevitx Lm10 tal-ħobż kif imħabbar fl-aħħar budget?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tat-Teżor, irriżulta li l-imsemmija persuna ġiet imħallsa flimkien mal-kumplament tal-persuni li jgħixu fl-istess residenza tagħha, b'cheque maħruġ mid-dipartiment tat-Teżor fid-29 ta' Jannar 2000 u li ġie msarraf fit-8 ta' Frar.
Leg 9 PQ #19406 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-MIA? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Jekk fil-futur isir trasferiment ta' ħaddiema, dan isir minħabba l-esiġenzi tal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #19407 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment ta' l-Industrijali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Industrija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment ta' l-Industrija, bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000 saru żewġ trasferimenti, wieħed minħabba li l-persuna involuta ingħatat promozzjoni u l-ieħor fuq talba ta' l-impjegat inniffsu. Jekk fil-futur ikun fl-interess tad-Dipartiment li jsiru trasferimenti, allura dawn isiru.
Leg 9 PQ #19409 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Konsumatur — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Konsumatur? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni li għandi, matul il-perjodu indikat minnu, fid-Dipartiment tal-Konsumatur sar trasferiment ta' impjegata waħda.ż Fil-futur jistgħu jsiru trasferimenti jekk ikun fl-interess tad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #19519 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Pawlu Boffa Toilets

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex it-toilets speċjalment dawk ta' l-irġiel fl-iSptar Pawlu Boffa jiżammu aktar nodfa, peress li wassluli rapporti li dan mhux qed isir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat illi minn spezzjoni magħmula għall-għarrieda fil-5 ta` Ottubru wara nofs in-nhar, irriżulta li t-toilets kollha tas-swali ta` l-Isptar Sir Pawlu Boffa nstabu nodfa. Barra minnhekk, il-persuni nkarigati minn kull sala ta` l-isptar Sir Pawlu Boffa, iddikjaraw bil-miktub, illi it-toilets tas-swali rispettivi tagħhom jiġu mnaddfa ta` l-anqas darbtejn kuljum u f'kull okkażjoni oħra li tinħass il-ħtieġa matul il-ġurnata.
Leg 9 PQ #19520 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Passaporti — El Zabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-pussess ta' min jinsab il-passaport tal-priġunier li kien akkużat bi traffikar tad-drogi, Al Zabi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dokument li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien ġie eżebit quddiem il-Qorti mal-preżentata.
Leg 9 PQ #19614 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Kabinett

Question

Peress li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 18771, ma ngħatawx id-dettalji ta' l-ispiża ta' l-ikla li ġiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji mitluba? Jista' jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta' persuni li attendew għal din l-ikla?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nissuġerixxi li l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #19394 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Konsumatur — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Konsumatur mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu indikat ġew impjegati tlitt ħaddiema ġodda mad-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Tnejn minn dawn l-impjegati ġodda ġew ingaġġati wara li kien hemm sejħa għall-applikazzjonijiet, filwaqt li l-ieħor mar jaħdem fid-Dipartiment minn dipartiment ieħor.
Leg 9 PQ #19396 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Kummerċ — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kummerċ mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant, ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kummerċ.
Leg 9 PQ #19397 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment ta' l-Istatistika — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Istatistika mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19400 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-Maltacom? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza kien hemm ċaqlieq ta' 148 ħaddiem minn sezzjoni għal oħra tal-Maltacom. Wieħed jifhem li f'azjenda ta' dan it-tip iċ-ċaqliqiet huma meħtieġa sabiex ix-xogħol jibqa' għaddej b'mod effiċjenti. Dawn it-trasferimenti kollha saru minħabba l-esiġenzi tal-Kumpanija u għal dan il-għan mhux eskluż li jsiru fil-futur.
Leg 9 PQ #19402 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat saru sitt trasferimenti ta' staff bejn dipartiment u ieħor ta' l-Air Malta. Dawn it-trasferimenti, li huma parti integrali mill-amministrazzjoni ta' l-azjenda, saru, kif naturalment ser jibqgħu isiru, biex jinqdew aħjar l-esiġenzi tal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #19404 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-MDC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu indikat minnu ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fil-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta. Fil-futur mhux eskluż li jsiru trasferimenti jekk dan ikun fl-interess tal-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #19387 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Maltacom mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru 2000, il-Maltacom impjegat persuna waħda wara li saret sejħa għall-applikazzjoni permezz tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fuq talba tal-Kumpanija.

San Vinċenz de Paule — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar San Vinċenz de paule mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-perijodu ndikat fil-Mistoqsija ġew impjegati 7 ħaddiema ġodda fil-grad ta' infermiera f'San Vinċenz de Paule. Dawn ġew impjegati wara sejħiet għall-applikazzjonijiet ippubblikati fit-2 ta' Lulju 1999 u fit-12 ta' Novembru 1999.
Leg 9 PQ #19389 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.