Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il trust twaqqfet f'Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006 (sal-lum)? Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li fetħu trusts f'Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2004 (li kienet l-aħħar sena li Trusts ġew reġistrati ma’ l-MFSA), l-ammont ta’ trusts li ġew reġistrati kien ta’ 27.
Mill-ewwel ta’ Jannar 2005, cioe’ minn mindu daħal fis-seħħ l-Att dwar it-
Trusts
u
Trustees
, ma għadx hemm obbligu jew mekkanismu li permezz tiegħu
Trusts
jiġu rreġistrati mal-MFSA.
L-MFSA ma jkolliex informazzjoni fuq in-nazzjonalita’ tas-
settlor
u tal-benefiċjarji tat-
trusts
.
Jista' il-Prim Ministru jgħid:
1) Kemm ġew irreġistrati ITCs u IHCs matul l-2004, l-2005 u l-2006 sal-lum;
2) X'kien id-dħul ta' l-Istat Malti minn dawn ir-reġistrazzjonijiet, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet magħmulin lill-MFSA;
3) Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet ta' shareholders li rreġistraw ITCs u IHCs?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ITC u l-IHCs mhumiex rikonoxxuti bħala tali għall-iskopijiet tal-Liġi dwar il-Kumpanniji. Dawn it-tip ta’ kumpanniji huma kumpanniji normal Maltin li huma reġistrati mar-Reġistratur tal-Kumpanniji bħal kull kumpannija oħra reġistrata f’Malta. L-istatus ta’ kumpannija bħala ITC hu rikonoxxut biss għall-iskopijiet tat-taxxa fuq l-income waqt li l-IHCs m’għandhomx status l-anqas għall-iskopijiet ta’ taxxa. In-numru ta’ kumpanniji li għandhom status ta’ ITCs għall-iskopijiet tat-taxxa fuq l-income għas-snin 2004, 2005 u 2006 sal-lum hu kif ġej :
2004 - 403
2005 - 482
2006 - 314
Ma huwiex possibli li tingħata informazzjoni dwar dħul mill-MFSA u lanqas rigward in-nazzjonalita’ tas-shareholders ta’ l-ITCs peress li f’ħafna każijiet dawn ikunu jidhru f’kapaċita’ nominees.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il liġi b'konnessjoni mal-liġijiet u regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea ġew mgħoddija u approvati mill-Parlament sena b'sena matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li fil-perjodu 2004-2006, il-Parlament adotta 13-il Att maqsumin kif ġej:
4 (erba`) fis-sena 2004
4 (erba`) fis-sena 2005
5 ( ħamsa) fis-sena 2006
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21424 u jgħid:
1) Kemm ġew irreġistrati ITCs u IHCs matul l-2004, l-2005 u l-2006 sal-lum;
2) X'kien id-dħul ta' l-Istat Malti minn dawn ir-reġistrazzjonijiet, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet magħmulin lill-MFSA;
3) Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet ta' shareholders li rreġistraw ITCs u IHCs?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 21424.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21415 u jgħid kemm-il trust twaqqfet f'Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006 (sal-lum)? Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li fetħu trusts f'Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21415.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21425 u jgħid kemm kien hawn studenti barranin jistudjaw fl-Univerista' ta' Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006 (sal-lum)? X'kien id-dħul ta' l-Universita' ta' Malta minn dawn l-istudenti? Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li ġew jistudjaw fl-Universita' ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti barranin f'dawn l-aħħar tlett snin huwa :
Sena Numru ta' Studenti
2004/5 567
2005/6 582
2006/7 618
Informat ukoll li t-3 nazzjonalitajiet minn fejn ġew l-iktar studenti huma r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Bulgaria u r-Russia.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta' minn barranin f'Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ħarġu taħt l-Att dwar Akkwist ta’ Proprjeta’ Minn Persuni Mhux residenti (Kap 246) kien ta’ 695 matul l-2004, 381 matul l-2005 u 306 matul l-2006 (sad-19 t’Ottubru, 2006).
Ma jfissirx li l-kuntratti tal-permessi li ħargu jkunu ġew konklużi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi fl-2004, fl-2005 u fl-2006 (sal-lum) fiċ-ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ li jinvolvu barranin? X'kien id-dħul taċ-ċentru minn dawn il-każi? Ta' liema nazzjonalita' kienu dawn il-barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:
Fis-sena 2004, ġie ppreżentat każ wieħed internazzjonali bejn kumpanija Spanjola u żewġ kumpaniji Maltin.
Fis-sena 2005, ġie ppreżentat każ wieħed internazzjonali bejn kumpanija Maltija u kumpanija Ġermaniża.
Din is-sena sal-lum ġew ppreżentati żewġ każijiet:
(i) wieħed bejn kumpanija Maltija u kumpanija Marokkina
(ii) wieħed bejn kumpanija mir-Repubblika Ċeka u kumpanija Maltija
Id-dħul taċ-Ċentru minn dawn il-każijiet jammonta għal Lm 6,467.52.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il trust twaqqfet f'Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006 (sal-lum)? Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li fetħu trusts f'Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministu jgħid kemm ġew reġistrati bastimenti fir-reġistru marittimu Malti fl-2004 fl-2005 u fl-2006 (sal-lum)? Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li rreġistraw bastimenti mal-bandiera Maltija?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija nkluża fir-rapport annwali ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta li kull sena jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni mitluba għall-perjodu Ottubru 2005 sa Settembru 2006, ser tidher fir-rapport annwali ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għal istess sena.
Jien infurmat li l-Greċja, it-Turkija u l-Federazjoni Russa huma l-aktar tlett nazzjonalitajiet li għandhom bastimenti reġistrati taħt il-bandiera Maltija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il kumpannija fetħet back office operations f'Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006? Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li fetħu back office operations f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informażżjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jgħid:
1) Kemm ġew irreġistrati ITCs u IHCs matul l-2004, l-2005 u l-2006 sal-lum;
2) X'kien id-dħul ta' l-Istat Malti minn dawn ir-reġistrazzjonijiet, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet magħmulin lill-MFSA;
3) Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet ta' shareholders li rreġistraw ITCs u IHCs?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti barranin jistudjaw fl-Univerista' ta' Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006 (sal-lum)? X'kien id-dħul ta' l-Universita' ta' Malta minn dawn l-istudenti? Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li ġew jistudjaw fl-Universita' ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-programm "Xarabank" fuq l-istazzjon nazzjonali tal-PBS li xxandar nhar il-Ġimgħa 5 ta' Mejju, 2006, u fid-dawl ta' dikjarazzjoni li saret lejn l-aħħar tal-programm mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u cioe' li hu jaf min huma ċerti traffikanti tad-droga f'pajjiżna, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi u azzjonijiet ħadet il-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tinvestiga kull informazzjoni li tista' taslilha bi kwalunkwe mezz. Infurmat ukoll mhix l-etika u lanqas il-prassi tal-Korp tal-Pulizija li jagħmel pubbliku tagħrif dwar tali informazzjoni, tkun xi tkun. Ta' min ifakkar ukoll illi l-Pulizija, fuq talba ta' l-informatur, tirrispetta l-konfidenzalita' ta' minn fejn tkun ġejja l-informazzjoni.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 17814 u 17964 u jgħid jekk fid-dawl tas-surcharges fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma li ġew introdotti dan l-aħħar u minħabba dawn il-piżijiet ġodda, għamilx arranġamenti ma' l-industrija u ma min iħaddem (jew mar-rappreżentanti tagħhom), jiġifieri mat-tarznari, fabbriki, lukandi u ristoranti kif ukoll ma SME's oħrajn biex dawn ikunu jistgħu "jistaggerjaw" il-pagamenti tagħhom jew inkella xi arranġamenti simili mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma? Jekk le, jista' jgħidilna jekk hijiex l-intenzjoni li jgħin dawn is-setturi b'dan il-mod?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li la l-Korporazzjoni Enemalta u lanqas il-KSI m'għamlu arranġamenti ta' "staggering" fuq il-pagamenti tal-kontijiet ta' l-elettriku u jew ta' l-ilma.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17814 u jgħid jekk fid-dawl tas-surcharges fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma li ġew introdotti dan l-aħħar u minħabba dawn il-piżijiet ġodda, għamilx arranġamenti ma' l-industrija u ma min iħaddem (jew mar-rappreżentanti tagħhom), jiġifieri mat-tarznari, fabbriki, lukandi u ristoranti kif ukoll ma SME's oħrajn biex dawn ikunu jistgħu "jistaggerjaw" il-pagamenti tagħhom jew inkella xi arranġamenti simili mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma? Jekk le, jista' jgħidilna jekk hijiex l-intenzjoni li jgħin dawn is-setturi b'dan il-mod?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fid-dawl tas-surcharges fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma li ġew introdotti dan l-aħħar u minħabba dawn il-piżijiet ġodda, għamilx arranġamenti ma' l-industrija u ma min iħaddem (jew mar-rappreżentanti tagħhom), jiġifieri mat-tarznari, fabbriki, lukandi u ristoranti kif ukoll ma SME's oħrajn biex dawn ikunu jistgħu "jistaggerjaw" il-pagamenti tagħhom jew inkella xi arranġamenti simili mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma? Jekk le, jista' jgħidilna jekk hijiex l-intenzjoni li jgħin dawn is-setturi b'dan il-mod?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li informat li f'ċerti sezzjonijiet tas-sigurta' fil-premises ta' l-Air Malta ma jeżistix servizz tat-telephone, jista' il-Ministru jieħu passi biex is-sezzjonijiet kollha tas-sigurta' fl-Air Malta jkollhom servizz telefoniku?
Response (GATT, AUSTIN)
Jista l-Onor. Membru jispjega eżatt għal liema sezzjonijiet ta' l-Air Malta qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tiegħu biex inkun f'pożizzjoni li nagħti risposta xierqa.