Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Hospitality
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot tal-Estimi Ġenerali 2000 bejn 1 ta' Jannar 2000 sal-6 ta' Ottubru 2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, l-ispiza f'hospitality kienet ta' 52.7% tal-vot allokat ghal hospitality.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot tal-Estimi Ġenerali 2000 bejn 1 ta' Jannar 2000 sal-6 ta' Ottubru 2000?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, l-ispiża f’“hospitality” kienet ta’ 52.7% tal-vot allokat għal “hospitality”.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot tal-Estimi Ġenerali 2000 bejn 1 ta' Jannar 2000 sal-6 ta' Ottubru 2000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, l-ispiża f'hospitality kienet ta' 68.4% tal-vot allokat għal hospitality.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-Estimi Ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant, l-ispiża f’hospitality kienet ta’ 56.7% tal-vot allokat għal hospitality.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19162, jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' studenti li applikaw biex jistudjaw fil-kulleġġ vokazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li infetħu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet li aktar 'il quddiem ser jiffurmaw parti mill-kulleġġ. In-numru ta' dawn l-applikanti kien ta' 1175.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19156?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li t-talbiet għar-reviżjoni tal-karta ta' Settembru qed jiġu milqugħa f'dawn il-ġranet.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk skond l-aħħar ftehim kollettiv li sar bejn il-Gvern u l-unions rigward il-ħaddiema taċ-Ċivil jipprovdix li l-pensjonanti kollha ex-ħaddiema taċ-Ċivil jibbenefikaw fil-pensjoni tagħhom b'riżultat taż-żieda li ngħatat lill-ħaddiema taċ-Ċivil?
Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li fi ftehim simili fil-futur iż-żieda lill-ħaddiema tkun ukoll tirrifletti ruħha fil-pensjonijiet ta' l-ex-ħaddiema, illum pensjonanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt fis-Seduta Numru 285, Mistoqsija Parlamentari Numru 15675.
Inżid ngħid li kull każ jinħadem individwali u għaldaqstant ma jistax jingħad b'mod ġenerali kif kull pensjonant ser jintlaqat.
Peress li l-Ministru ddikjara li kienu 88% li bagħtu ir-returns tal-income tax, jista' l-Ministru jgħid separatament: (a) Mil-liema kategoriji huma dawk li bagħtu r-returns; u (b) Mil-liema kategoriji huma dawk li ma bagħtux ir-returns?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta’ returns li ntbagħtu skond il-kategoriji huwa kif jidher hawn taħt:
A. Individwi Tax Returns 78,609 Defaulters
Tax Declarations 103,606
182,215 20,963
B. Expatriates Tax Returns 1,938 591
C. Non-Residents Tax Returns 1,412 1,051
D. Companies Tax Returns 11,786 10,572
E. Other Entities Tax Returns 615 362
Nota: Individwi taħt kategorija A li ma bagħtux Tax Declaration sussegwentament intbagħtilhom Tax Return.
Jista' l-Ministru jikkonferma li ghall-Expo 2000 fil-Ġermanja, l-Gvern Malti kien se jieħu l-orkestra tal-Manoel jew l-orkestra nazzjonali?
Jekk fl-affermativ, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dawn ma għamlux din iż-żjara?
Jistax ukoll jikkonferma li minflok dawn l-Orkestri ittellgħu l-Ġermanja numru ta' bandisti biex jifformaw brass band?
Jekk fl-affermativ: Min kienu dawn il-bandisti? Fuq liema kriterju ntgħażlu? Kemm għamlu ġranet fil-Ġermanja? Kemm tħallsu tas-servizz? Kemm kienu jammontaw l-ispejjeż tas-safar, ikel u akkomodazzjoni? Ingħataw xi allowances oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-għażla ta' l-orkestra kienet marbuta mat-tip ta' kunċert li kellu jingħata fil-Jum Nazzjonali. Għalhekk intgħażlet orkestra filrmonika li tikkumplimenta is-soprano ta' dan il-kunċert.
Barra mill-kunċert filarmoniku, li sar filgħaxija, fl-EXPO Konerthaus, kellu jittella' programm kulturali fuq l-EXPO Plaza Stage bħala parti miċ-ċerimonja formali ta' filgħodu, kif ukoll parteċipazzjoni kulturali waqt okkażjonijiet oħra matul il-perjodu taċ-ċelebrazzjonijiet. Għal dan il-għan intgħażlu l-Grupp Zeffiena ta' Daphne Lungaro u l-Versatile Brass Ensamble.
Il-Versatile Brass Ensamble ingħatat kuntratt għas-somma ta' Lm1,500 biex iddoqq fl-EXPO fuq perjodu ta' tlitt ijiem bejn it-13 u s-16 ta' Settembru, 2000. Il-Grupp kien magħmul minn disa' persuni u dawn ma tħallsu ebda allowance oħra għajr l-ammont imsemmi.
Peress li l-Air Malta ġarret il-Grupp lejn Hannover u lura bla ħlas, l-uniċi spejjeż oħra kienu jammontaw għal Lm613 għall-akkomodazzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19137, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imħejji mill-K.O.M. u jirrispondi l-aħħart parti tad-domanda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kontinġent Malti għall-Olimpjadi f'Sydney ġie magħżul mill-Kumitat Olimpiku Malti. Il-vjaġġ u l-akkomodazzjoni ta' l-atleti u uffiċjali ġew finanzjati mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u SOCOG. L-għajnuna finanzjarja li ta l-Gvern kienet għall-preparazzjoni teknika u uniformijiet, track suits, etc.
Il-Kumitat Olimpiku Malti hu awtonomu. Skond il-Kumitat Olimpiku Malti l-Kontinġent proprju ikkonsista f'seba' atleti, ħames coaches, tlett uffiċjali u tabib. Kien hemm preżenti ukoll il-President u s-Segretarju Ġenerali li attendew diversi laqgħat li jsiru fl-istess żmien matul l-Olimpijadi, li pero` ma joqgħodux ma' l-Atleti u Uffiċjali oħra, u li l-ispejjeż tagħhom ġew imħallsa mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jitħallsu l-preżentatur u kulmin se jkun jakkumpanjah fil-Programm "Madwar Mejda"?
Jista' jgħid ukoll, separatament, kemm ġew jiswew s-sett u l-għamar li se jintużaw għal dan il-programm?
Jista' jgħid fi tmiem din is-sensiela, x'se jsir mill-għamara li nxtrat?
Response (GALEA, LOUIS)
Naħseb li l-Onor. Membru japprezza li din hija informazzjoni ta' natura kummerċjali minħabba l-kompetizzjoni li teżisti fil-qasam tax-xandir lokali u għalhekk mhux il-każ li tingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19147?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Primarji t-tfal ma jirrepetux għax jeħlu minn xi eżami imma jekk l-iskola jew il-ġenituri iħossu li jkun ta' ġid għat-tfal li jirrepetu. Ġeneralment dan isir jew għax it-tfal ikunu għal xi raġuni tilfu ħafna fis-sena ta' qabel jew għax it-tfal ikunu għadhom ma żviluppawx biżżejjed.
It-tfal li jirrepetu Year 6 jagħmlu dan biex jerġgħu jersqu għall-eżami tal-Junior Lyceum.
Il-lista bin-numru ta' tfal li qed jirrepetu din is-sena skolastika qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19149?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel primarji t-tfal f'Year 4,5 u 6 ikollhom eżami tal-Malti, Ingliż, Matematika, Studji Soċjali u Reliġjon. Informat ukoll li diffiċli tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se titħallas persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament għall-programm "Viva Malta" fuq il-PBS (TVM) li qiegħed jittella mill-MIC? Jista' jgħid kemm-il sensila ser issir?
Response (BORG, JOE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, il-persuna msemmija ma' titħallasx miċ-Ċentru ta' Informazzjoni Malta Unjoni Ewropeja. Fil-fatt, iċ-Ċentru ta' Informazzjoni Malta Unjoni Ewropeja ma' joħroġx flus għall-produzzjoni ta' dan il-programm.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija fuq kemm il-sensiela se ssir, s'issa kull ma' hemm ippjanata hija sensiela waħda.