Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20350 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-lift tal-Junior College, Ġan Franġisk Abela fl-Imsida jista' biss jintuża mill-għalliema u mhux mill-istudenti? Jista' l-Ministru jgħid min ħa din id-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni għaliha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-uniċi żewġ lifts fil-bini tal-Junior College ilhom fis-servizz snin twal u jeħtieġ li jinbidlu. Mhux konċepibbli li dan il-lift ikun disponibbli għall-aktar minn 2700 ruħ. Il-lift li jintuża mill-istaff akkademiku u mhux akkademiku ta' xi 250 impjegat. L-istudenti li għandhom ċertifikat mediku li jitlob il-bżonn ta' l-użu ta' dan il-lift qegħdin jużawh ukoll. Din id-deċiżjoni ġiet meħuda mill-Amministrazzjoni.
Leg 9 PQ #20382 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex kontijiet tal-ilma ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jiġu riveduti peress li l-individwu konċernat qiegħed joġġezjona bil-qawwa kollha għall-kontijiet mibgħuta lili peress li skond hu qatt ma għamel użu minn dak l-ammont ta' ilma li qed jingħad li ntuża?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li r-rekords tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma juru li l-meter ta' l-ilma rreġistra konsum qawwi. Qabel ma tiġi kkunsidrata reviżjoni, jinħtieġ li jsiru l-investigazzjonijiet relattivi. Aktar il-quddiem il-konsumatur jiġi mgħarraf bil-miktub bil-konklużjonijiet ta' dawn l-investigazzjonijiet.

Kunsilli lokali — Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, separatament, kemm hu n-numru ta' kunsilli lokali li ntroduċew is-sistema tal-wardens? Kemm huma dawk li għadhom ma ntroduċewx din is-sistema?

Response (GATT, AUSTIN)

Minn tmienja u sittin (68) Kunsill s'issa hemm hamsa (5) li ghadhom minghajr delega ta' l-infurzar tal-ligijiet li huma Birzebbuga, Floriana, Marsa, Mtarfa u Xghajra.
Leg 9 PQ #20038 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Saħħa — Siġar ta' l-Acacia

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex siġar ta' l-Acacia li jinstabu fl-iskola primarja ta' San Ġiljan fuq in-naħa ta' Triq Michelangelo Borg jiġu maqtugħa peress li waslulli rapporti li numru ta' tfal f'din l-iskola qed jiġu effetwati fiżikament b'detriment għall-saħħithom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qiegħed nirreferi l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lill-ufiċjali kompetenti fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Leg 9 PQ #20186 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Triq il-Kbira, San Ġiljan

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jordna li tappieri tad-drenaġġ li hemm fi Triq il-Kbira, San Ġiljan issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa peress li dawn qed ikunu ta' inkonvenjent kontinwu matul l-iljieli għar-residenti speċjalment dawk anzjani, minħabba ħsejjes li qed jagħmlu kull meta tgħaddi karozza minn fuqhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li-ħaddiema tad-drenaġġ ser jirranġaw it-tappieri kif ikun hemm bżonn biex dawn ma jibqgħux iħabbtu.
Leg 9 PQ #20189 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Siġar tal-Ħarrub — Tigulio - San Ġiljan

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jordna lis-sidien tat-Tigulio f'San Ġiljan biex jaqtgħu jew jiżbru siġra tal-ħarrub li tinsab fil-proprjeta' msemmija u li kibret b'mod u manjiera li friegħi tagħha qed jidħlu fi djar privati u konsegwenza t'hekk qed thedded is-sigurta ta' diversi residenti, toħloq inkonvenjent minħabba in-numru ta' nemus u insetti oħra kif ukoll qed tagħmel ħsara lill-istrutturi ta' diversi djar privati?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onorevoli Interpellant qed jindika kwestjoni bejn żewġ proprjetarjiet privati. Il-Ministeru tiegħi m'għandux il-kompetenza li jintervjeni f'dan il-każ.

Adult Training Centre

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jara li l-kwalita' ta' ilma li hemm fl-Adult Training Centre jitjieb, peress li dak li hemm sal-lum huwa ta' kwalita' ħażina ħafna? Jista' l-Viċi Prim-Ministru jara wkoll li jiġi assigurat li l-ħalib tal-MDP jkun ta' kwalita' peress li dak li qed jirċievu sal-lum, fl-istess ċentru, qed ikun ta' kwalita' ħażina?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema Adult Training Centre qiegħed jirreferi.
Leg 9 PQ #20232 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl tat-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex bozza li hemm quddiem bieb numru 16 fi Triq San Trofinu f'Tas-Sliema issirilha l-manutenzzjoni meħtieġa peress li din qed ikollha diversi ħsarat kontinwi kif wkoll konsegwenza t'hekk qed tinqata' ta' spiss?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.
Leg 9 PQ #20239 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Ġiorni — Servizz ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li zona mdaqqsa mill-qasam tad-djar ta' Ta' Ġiorni ilha mingħajr is-servizz ta' ilma għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat? Jista' jieħu l-passi biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli peress li qiegħed jinħoloq inkonvenjent kontinwu lir-residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mill-informazzjoni li għandi ma jirriżultax li f'Ta' Ġiorni hemm xi zona li damet mingħajr is-servizz ta' l-ilma għal tlitt ġimgħat. Tajjeb jingħad li ftit taż-żmien ilu żviluppa difett tekniku fil-valve awtimatiku li jikkontrolla l-pressa ta' l-ilma f'Ta Ġiorni. B'konsegwenza ta' dan ġiet effettwata l-pressa ta' l-ilma fl-għola post f'Ta Ġiorni għal xi perjodu qasir matul dik il-ġurnata. Sakemm jaslu l-partijiet meħtieġa biex jissewwa dan il-valve, il-pressa ta' l-ilma qed tkun kontrollata manwalment. B'hekk l-inkonvenjent tar-residenti ta' dawn l-inħawi qed jittaffa.
Leg 9 PQ #19903 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Hospitality

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-Estimi Ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill­Onorevoli Interpellant li matul il­perjodu msemmi mill­Onorevoli Interpellant, l­ispiża f'hospitality kienet ta' 91.4% tal­vot allokat għal hospitality.

Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-Estimi Ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant, l-ispiża f'hospitality kienet ta' 39.05% tal-vot allokat għal hospitality.
Leg 9 PQ #19906 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Servizz ġdid ta' main

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li applikat għal servizz ġdid ta' main (meter) ta' l-ilma mingħand il-WSC għall-ħabta ta' Frar 1998, intbagħtlu l-kont tas-servizz u xogħol indikat meta f'dak iż-żmien dan is-servizz kien jingħata b'xejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-persuna li għaliha qed issir riferenza irċeviet il-kont tas-servizz skond l-Avviż Legali numru 58 ta' l-1999.
Leg 9 PQ #19936 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Coast Line — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa s'issa proġett ta' l-istreet lighting tal-Coast Line? Jista' jgħid ukoll meta huwa maħsub li dan il-proġett ikun kompletament lest?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s'issa intefqet is-somma ta' Lm25,147 bħala spejjeż diretti konnessi ma' dan il-proġett. Hu maħsub li dan ikun lest matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2001.
Leg 9 PQ #19937 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ntbagħtu b'safar fil-pajjiżi Asjatiċi fuq xogħol, studju jew affari oħra bejn l-1994 u 1996 mill-ministeru, dipartimenti jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ: (a) f'liema pajjiżi ntbagħtu; (b) min kienu; (ċ) x'kienet ir-raġuni tas-safra; (d) kemm damu; (e) kemm ġiet tiswa ż-żjara tagħhom; u (f) liema kriterji ntużaw biex intgħażlu l-persuni nvoluti?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #19940 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EXPO 2000 — Suppliment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa s-suppliment li ġie ppubblikat fl-okkażjoni ta' l-Expo 2000 li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament minn din il-mistoqsija? Jista' jgħid ukoll kemm ġew imħallsa flus biex l-istess suppliment ġie ppubblikat fil-ġurnal "Bild on Sunday"?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-METCO ma kinetx involuta fil-pubblikazzjoni tas-suppliment fil-ġurnal 'Bild on Sunday'. Ma sar ebda ħlas għall-artikli li deheru fl-'Expo Journal' u 'Expo News'. Dawn l-artikli kienu servizz mogħti mill-awtoritajiet ta' l-EXPO lill-pajjiżi parteċipanti matul il-perjodu tal-Jum Nazzjonali tal-pajjiż.
Leg 9 PQ #19895 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot tal-Estimi Ġenerali 2000 bejn 1 ta' Jannar 2000 sal-6 ta' Ottubru 2000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi l-ispiża f'hospitality kienet ta' 67.45% tal-vot allokat għal hospitality.
Leg 9 PQ #19896 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot tal-Estimi Ġenerali 2000 bejn 1 ta' Jannar 2000 sal-6 ta' Ottubru 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant, l-ispiża f'hospitality kienet ta' 84.6% tal-vot allokat għal hospitality.
Leg 9 PQ #19897 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-Estimi Ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, l-ispiża f'hospitality kienet ta` 58% tal-vot allokat għal hospitality.
Leg 9 PQ #19899 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot tal-Estimi Ġenerali 2000 bejn 1 ta' Jannar 2000 sal-6 ta' Ottubru 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, l-ispiża f`hospitality kienet ta` 47.04% tal-vot allokat għal hospitality.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-Estimi Ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?

Response (BORG, JOE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, l-ispiża f'hospitality tal-Ministeru u tal-Ambaxxati kollha kienet ta' 74.16% tal-vot allokat għal hospitality.