Legislature:
Category:
Reset
Active:

UĦM — Konferenza Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċirkolari bl-avviż għall-Konferenza Ġenerali organizzata mill-UĦM (li kopja tagħha qiegħed nibgħat separatament) intbagħtet lill-numru ta' Kunsilli Lokali, dipartimenti u entitajiet oħra f'envelope tal-Gvern u posta mħallsa mill-gvern, (liema fotokopja ta' l-envelope qiegħed nibgħat ukoll separatament ma' din il-mistoqsija) flimkien ma' memo 01/2001 maħruġa mid-Dipartiment tal-Kunsilli lokali u ffirmata mid-Direttur tal-Kunsilli Lokali (li kopja tagħha wkoll qiegħed nibgħat separatament)? Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għal dan? X' passi itieħdu u jew ser jittieħdu?

Response (GATT, AUSTIN)

Mill-investigazzjoni li saret mid-Dipartiment jirriżulta li r-rappreżentant tal-U.Ħ.M fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali inklużi l-Kunsilli Lokali, ġie mitlub mill-U.Ħ.M biex iġib għall-attenzjoni tal-membri ċirkulari tal-Union. Fil-fatt din iċ-ċirkulari ntbagħtet ma' ċirkulari oħra tad-Dipartiment. Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qed jieħu passi skond il-Proċedura tad-Dixxiplina tar-Regolament tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #22623 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna inqabdet tipprattika l-prostituzzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu taħt it-18-il sena u kemm minnhom kienu taħt is-16-il sena? Jista' jgħid kemm minnhom kienu tas-sess femminili u kemm kienu tas-sess maskili? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn tressqu l-qorti u ġew ikkundannati piena ta' priġunerija?

Response (BORG, TONIO)

Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant rigward in-numru ta` persuni mressqa l-Qorti fuq reati konnessi ma` prostituzzjoni għas-snin mill-1996 sa l-1999 nirreferih għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13976. Għas-sena 2000 ninsab infurmat illi l-figura hija ta` 24. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #22624 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Testijiet ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' talbiet biex isiru testijiet fuq samples ta' ilma li jirċievi l-konsumatur, minn individwi privati jew stabilimenti matul is-sena 2000? Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet saru dawn it-talbiet, kemm minnhom ġew proċessati u f'kull każ b'mod separat x'irriżulta mit-testijiet li saru? Jista' jgħid ukoll minn min saru dawn it-testijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22625 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti mixlija li ħeġġet persuni jiprostitwixxu ruħhom f' dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22623 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #22626 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Prostituzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'nazzjonalita' kienu dawk li nqabdu jippratikaw il-prostituzjoni tul dawn l-aħħar ħames snin? F'każ ta' barranin kemm minnhom ġew deportati minn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #22627 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom tul dawn l-aħħar ħames snin inqabdu persuni jippratikaw il-prostituzjoni u mil-liema lokalitajiet Maltin u Għawdxin kienu dawk il-persuni li nqabdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #22628 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Prostituzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid tul dawn l-aħħar ħames snin kemm-il persuna tressqet il-qorti akkużata bi prostituzjoni u kemm minn dawn kienu riċedivi fuq l-istess att ta' akkuża?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22623 f`din l-istess seduta. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.

Akkomodazzjoni Soċjali — Persuni b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li jgħixu f'postijiet tal-gvern u li għandhom applikazzjoni pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandux l-istatistika mitluba.
Leg 9 PQ #22363 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Leakage

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22218?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ qiegħed jiġi evalwat u fil-preżent mhux prudenti li tingħata data speċifika.
Leg 9 PQ #22202 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitat Festi Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn huma l-membri li jifformaw il-Kumitat Festi Nazzjonali? Jista' jgħid wkoll kemm hemm u liema huma s-sub committees u l-kummissjonijiet li joħorġu mill-Kumitat Festi Nazzjonali u min huma l-membri li jiffurmawhom? Jista' f'kull każ jgħid kemm saru laqgħat matul din is-sena tal-Kumitat Festi Nazzjonali, sub-committees u l-kummissjonijiet separatament? Jista' jgħid xi ħlas jirċievu l-membri li jifformaw dawn il-kumitati, kummissjonijiet u sub-committees?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat Festi Nazzjonali għas-snin 1999/2000 kien kompost minn:- Mr Alfred J Chetcuti - Chairman Ms Claire Buġeja - Deputy Chairman Mr Nenu Aquilina - Membru Mr Anthony Bezzina - " Ms Doris Borg - " Ms Rosette Fenech - " Ms Joyce Guillaumier - " Mr Mario Rick Mifsud - " Mr Paul Mintoff - " Mr Piju Spiteri - " Ms Hazel Sultana - " Mr George Zahra - " Mr Anton Miceli - Segretarju Il-Kumitat Festi Nazzjonali ser jiġi rikostitwit wara li skada t-terminu teigħu. F'dawn l-aħħar xhur ix-xogħol sar mill-Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kultura cioe` Mr Anton Miceli u Mr Noel Castillo megħjjunin mis-Sur George Zahra bl-għajnuna u l-parteċipazzjoni diretta tad-Direttur tad-Dpartiment innifsu flimkien mal-Policy Co-ordinator tal-Kultura mill-Ministeru. Kummissjonijiet jew sub-committees li joħorġu mill-Kumitat Festi Nazzjonali huma tnejn: Il-Kummissjoni Karnival li t-terminu tal-kariga tagħha skada u l-Kummissjoni Regatta li spiċċat f'Settembru 2000. Qed jittieħdu l-passi għar-rikostituzzjoni tagħhom, jekk ikun il-każ. Iż-żewġ kummissjonijiet tul is-sena 2000 iltaqgħu regolarment. Il-Kummissjoni Karnival iltaqgħet formalment għal 8 darbiet, apparti diversi laqgħat oħra bi preparazzjoni għal Karnival 2000 u laqgħat oħra ta' tħejjija għal Karnival 2001. Din il-Kummissjoni kienet komposta minn Mr George Zahra, Mr Noel Castillo, Mr Anton Gellel, Mr Joseph Borda, Mr Mario Camilleri, Mr Paul Chetcuti, Mr Alfred Debono, Mr Mario Rick Mifsud, Mr Raymond Mugliette, Mr Joseph Sapiano u Mr Anton Miceli ex-ufficio - uffiċjal mill-Kumitat Festi Nazzjonali. Il-Kummissjoni Regatta ltaqgħet uffiċċjalment għal 10 darbiet tul is-sena 2000. Barra minn hekk żammet laqgħat regolari ta' preparazzjoni konnessi mar-Regatta ta' Jum il-Ħelsien u r-Regatta ta' Jum il-Vittorja. L-istess Kummissjoni ukoll għenet fl-organizzazzjoni tal-league tar-Regatta taħt is-16 li saru f'Malta għall-ewwel darba matul is-sajf 2000. Il-Kummissjoni Regatta kienet komposta minn Mr Bertie Muscat, Kapt. Bennie Grech, Mr Noel Castillo, Mr Jeff Poulton, Mr Reno Chircop, Mr George Brydon, Mr Sammy Busuttil, Mr Joe Cachia, Mr David Brydon, u Mr Anton Miceli ex-ufficio - uffiċċjali mill-Kumitat Festi Nazzjonali. Il-membri tal-Kumitat Festi Nazzjonali, Kummissjoni Karnival u l-Kummissjoni Regatta, eskluż l-impjegati ta' l-uffiċju tal-Kumitat Festi Nazzjonali, ma jirċievu ebda ħlas għax-xogħol li jsir f'dawn il-Kumitati.
Leg 9 PQ #22203 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Proprjeta' tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art tal-Gvern f'Xorb l-Għaġin speċjalment fejn kien hemm l-istazzjon tar-radju Deutsche Welle, għadhiex proprjeta' tal-gvern? Jista' jgħid wkoll: jekk ġietx negozjata biex tiġi mibjugħa lil xi ħadd? Jekk ġietx mgħoddija b'kera, b'ċens jew xorta oħra lil xi ħadd? Jekk ġietx mibjugħa lil xi ħadd u jekk ġietx negozjata bħal ħlas għal proprjeta' li ttieħdet mill-gvern mingħand xi ħadd? Jekk fl-affermattiv, lil min ġiet mgħoddija din l-art?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art tal-Gvern f’Xorb l-Għaġin fejn kien hemm l-istazzjon tar-radju Deutsche Welle ma ġiet mibjugħa lil ħadd u għalhekk għadha propjeta` tal-Gvern. Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-bini fejn kien hemm l-istazzjon tar-radju kien ġie kkanibalizzat minn kuntrattur u dak li kien għad fadal beda jiġi vvandalizzat u mkisser. Kien għalhekk li l-Gvern iddeċieda li sakemm jiġi deċiż x’għandu jsir minnu, il-bini jingħata fuq bażi temporanja biex jintuża għal skop ta’ ħażna u b’hekk ma tibqax issirlu ħsara. Fil-fatt dan il-bini ngħata lil-Fish & Fish Ltd. għal żmien temporanju u meta jrid il-Gvern jista’ jieħdu lura.

Impjiegi — Ħaddiema Barranin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema barranin jaħdmu f'pajjiżna? (b) Mil-liema pajjiżi ġejjien? (ċ) Ma' liema kumpanniji jew xorta oħra qed jaħdmu?(d) Xi professjoni jew sengħa qed jipprattikaw fil-ħidma tagħhom? u (e) Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata b'din l-informazzjoni kif ukoll bl-ismijiet ta' dawn il-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #22218 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Leakage

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru 22114, jista' l-Ministru jwieġeb it-tielet parti?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba għat-tielet parti tal-mistoqsija numru 22114 tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22227 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara fi New York

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22123?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed nagħti, hawn taħt, l-informazzjoni mitluba dwar iż-żjara li għamilt fi New York fil-bidu ta’ Settembru, 2000. Delegation Members Delegation Travel Delegation Accomodation Delegation Other Expenses Total Press Expenses Purpose of Visit Hon Prime Minister and Mrs Fenech Adami Mr R Cachia Caruana 7,780.87* 3,552.44 5,516.17 4,105.00 Working Personal Assistant Mr P Portelli Private Secretary * Jinkludi spejjeż ta’ l-ajru għ al Detroit u l-Canada waqt li l-biljett tas-Sur Richard Cachia Caruana jinkludi safar lejn il-Belġ ju, il-Litwanja u l-Ġ ermanja.
Leg 9 PQ #22123 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara fi New York

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21991?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22114 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

W.S.C. — Leakage

Question

Jista' l-Ministru jara l-Water Services Corporation tieħu l-passi kollha meħtieġa biex jissewwa leakage ta' ilma u drenaġġ li ħiereġ mill-ġibjun li hemm fi Triq Bertha K.Ilg, Ta' Ġiorni, San Ġiljan? Peress li dan il-leakage qiegħed joħloq periklu għas-saħħa tar-residenti fil-viċinanzi minħabba li l-imsemmija ilmijiet u drenaġġ qiegħed jispiċċa fit-triq? Jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħol meħtieġ fuq dan il-ġibjun biex tiġi eliminata din il-problema huwa ppjanat li jsir?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun hemm bżonn tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #22093 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar Zammit Clapp

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinarji ttieħdu kontra persuni li isimha qiegħed jintbagħat separatament dwar inċident li sar fil-ground floor ta' l-Isptar Zammit Clapp nhar l-1 ta' Diċembru, 2000? Jaf jew le l-Ministru li fost l-oħrajn il-persuna kellmet b'mod arroganti u dispreċċjattiv lil manager is-Sur Joseph Micallef u dan saħansitra quddiem iċ-chairman tal-bord il-Profs. Frederich Fenech?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħala entita awtonoma l-Isptar Zammit Clapp ħa passi dixxiplinarji skond il-Ftehim Kollettiv mall-Union ikkonċernat bħal ma jsir f'kull każ simili. Fil-każ tal-persuna msemmija jien infurmat li din tinsab sospiża. Nixtieq niċċara li ċ-Ċhairman tal-Bord il-Prof Fredrich Fenech ma kienx preżenti waqt l-inċident hawn imsemmi.

MIC — Terms of Reference

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21833?

Response (BORG, JOE)

It-terms of reference tal-Malta-EU Information Centre u tal-ħaddiema ta' l-MIC huma annessi. Malta-EU Information Centre (MIC) MIC is responsible for the dissemination of information in Malta and elsewhere about developments on the Malta/EU front, and about the EU in general. The centre is directly answerable to MEUSAC. MIC's objectives are: To collect and organise EU-related information. To prepare and implement an information strategy with regard to the EU, the accession process and the impact of accession on Malta. To act as a reference point / liaising body for the media and PR agencies . To act as a reference point for all those requiring general information re the EU and EU/Malta relations. To receive requests regarding specialised information on EU-related matters and to deal with them as it deems appropriate. To prepare, and implement, an information strategy on the results of accession negotiations.
Leg 9 PQ #22058 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21834?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li m'ghandi xejn x'inzid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 21629 f'seduta 440.