Jista' l-Ministru jgħid min huma l-personal advisors tiegħu, kif ukoll li qed jgħamlu dan it-tip ta' xogħol f'xi dipartiment jew entita li taqa taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid meta ġew maħtura, x'salarju jew rimunerazzjoni għandhom u x'beneffiċji oħra jgawdu?
Jista' jgħid x'xogħol qed jgħamlu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Waqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14429 (Seduta 256), irrid inżid kif jidher hawn taħt:
DIPARTIMENT/ ADVISER TIP TA' XOGĦOL SALARJU
ENTITA' (Part-Time)
---------------------------------------------------------------------------------------
Ministeru għall-Ambjent Joseph Sultana Adviser fuq Riżorsi Lm2673. p.a.
Naturali u fuq materji
oħra rigward id-
Dipartiment għall-
Ħarsien ta' l-Ambjent
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u b'mod urġenti biex il-paga dovuta għax-xahar ta' Jannar 2001 lill-persuna li dettalji tagħha qed jintagħtu separatament tinħareġ mill-aktar fiss possibli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex il-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament tinħarġilha l-paga b'ċekk supplimentari.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u b'mod urġenti biex il-paga dovuta għax-xahar ta' Jannar 2001 lill-persuna li dettalji tagħha qiegħed nibgħat separatament tinħareġ mill-aktar fiss possibli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-impjegat imsemmi kien ġie trasferit għal mad-Dipartiment tas-Saħħa f'Novembru 2000 u għaldaqstant għandu jiġi mħallas minn hemm.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex is-servizz fil-berġa tas-saħħa tal-gvern f'Tas-Sliema jitjieb peress li qed jasluli ħafna lmenti minn residenti Slimiżi, speċjalment fejn jirrigwarda s-servizz tat-tqassim tal-pilloli kif wkoll il-visti dwar il-pressjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja dejjem jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex is-servizz fil-bereġ tas-Saħħa tal-Gvern jkun l-aħjar li jista' jingħata bil-mezzi għad-dispożizzjoni tiegħu. Dan jinkludi wkoll il-Berġa ta' Tas-Sliema.
Il-pilloli li jiġu mal-Postal Medicine Section dejjem waslu fil-ħin u dejjem tqassmu kollha lil dawk li attendew għall-mediċini tagħhom. Xi kultant ikun hemm mediċini out of stock u għalhekk jista' jagħti l-każ li items bħal dawn ikunu nieqsa, iżda din hi l-eċċezzjoni u mhux ir-regola.
Rigward il-vista tal-pressjoni, din hija fid-diskrezzjoni tat-tabib kemm spiss din għandha tiġi ċċekkjata. Il-pazjenti jingħataw kard li fuqha jkun hemm rekord tal-visti tal-pressjoni. Sfortunatament ċerti nies jidhrilhom li għandhom jippruvaw il-pressjoni kull ġimgħa jew meta jfettlilhom. Dan mhux aċċettabbli jekk ma jkunx hemm raġuni valida sanzjonata mit-tabib.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22715, jista' l-Ministru jgħid jekk fl-informazzjoni mogħtija hemmx inklużi l-ispejjeż ta' l-artwork, tas-separations u biex saret id-distribuzzjoni?
Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid kemm saru spejjeż biex sar l-artwork, is-separations u d-distribuzzjoni?
Jista' f'kull każ jgħid minn min sar ix-xogħol?
Response (BORG, JOE)
Minbarra l-ispejjeż li ngħataw fir-risposta għall-mistoqsija numru 22715, saru wkoll dawn l-ispejjeż kif ġej:
Biex sar l-artwork u s-separations għall-fuljett "L-UE xi tfisser Għalija" intefqu Lm350.75. Ix-xogħol sar mill-kumpanija Visual Trends & Co Ltd.
Biex sar l-artwork u s-separations għall-ktejjeb "Mistoqsija u Tweġiba" intefqu Lm358.80. Ix-xogħol sar mill-kumpanija JP Advertising Ltd.
Biex sar id-distribuzzjoni tal-fuljett "L-UE Xi tfisser Għalija" flimkien mall-ktejjeb "Mistoqsija u Tweġiba" f'142,269 dar f'Malta u Għawdex intefqu Lm4,268.07. Ix-xogħol sar mill-kumpanija 13 Distributions Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-bini tal-ground il-ġdid tal-football tas-Sliema Wanderers F.C. li ser jissostitwixxi l-ground ta' Tigne' li ttieħed minħabba l-proġett ta' Tigne'?
Jista' jgħid ukoll meta huwa maħsub li dan il-ground ikun lest?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat illi x-xogħol fuq l-imsemmi ground tal-football jagħmel parti mill-fażi tal-proġett imsejjaħ Tigne Sports. Din il-fażi tal-proġett huwa mistenni li tinbeda matul is-sena 2001, kif appena jinħareġ il-Permess ta' l-Iżvilupp relevanti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat ukoll illi skond is-sub-artiklu 8.1.2.1 fil-kuntratt, din il-fażi għandha tkun sostanzjalment kompluta fi żmien erba' snin mill-ħruġ tal-Permess ta' l-Iżvilupp.
Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tal-football premier tal-MFA kemm ġew mħarka u arrestati persuni mill-ground nazzjonali ta' Ta' Qali?
Jista' f'kull każ jgħid meta sar dan it-taħrik/arrest, għal-liema raġuni sar, waqt liema partiti u f'liema dati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ttieħdu proċeduri kriminali kontra 22 persuna minħabba l-imġieba tagħhom fl-Istadium Nazzjonali ġewwa Ta` Qali matul dan l-istaġun tal-Premier League. Dawn kienu kif jidher fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid mill-introduzzjoni tal-gwardjani lokali kemm kien in-numru tal-karrozi tal-linja - xarabanks - mini-buses, taxis u coaches li ngħataw xi tip ta' ċitazzjoni mill-istess gwardjani lokali?
Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet u għal-liema kontravenzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-informazzjoni trid tingabar naghti twegiba f`seduta ohra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex issir il-manutenzjoni meħtieġa tad-dawl li hemm maqtugħ taħt il-mina tal-Yellow Garage il-Belt u anke fil-foss fejn isir il-parking anke wara nżul ix-xemx?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 18948, jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq saru l-applikazjonijiet fejn jirrigwarda il-lokal ta' Raħal Ġdid, Pembroke, San Ġiljan, Sliema u Swieqi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 22980, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tali nformazzjoni rikjesta ma tistax tingħata, peress li hija ta` natura kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'valur storiku għandha t-trunċiera misjuba f'tas-Sliema fejn qed isir ix-xogħol mal-promenade?
Jista' l-Ministru jgħid ta' min kienet id-deċizjoni li din it-trunċiera tintradam biex ikompli ix-xogħol? Jista' jgħid sarx studju biex ikun magħruf ta' liema epoka hi din it-trunċiera u sa' fejn twassal din l-istuttura storika?
Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-trunċiera tintuża fil-futur għal skop turistiku, edukattiv u biex iżura l-poplu Malti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22953 (Seduta 478). Intalbet l-għajnuna esperta ta' l-Ispettur tal-Fortifikazzjonijiet, fir-Restoration Unit li nfurmana kif ġej:
"Il-ġebel li nstab waqt ix-xogħol mal-promenade f'Tas-Sliema, kien darba jifforma parti mit-trunċiera Kostali (coastal entrenchment) li nbniet mill-Kavallieri fi żmien il-Gran Mastru Pinto fis-seklu 18 (1767).
Il-ġebel kbir ġidri (drafted masonry) li nstab mat-triq, jidher li aktarx mhux in situ, għaliex fil-fatt il-ħajt kien iżżarma fis-seklu 19 mill-Ingliżi biex il-ġebel tiegħu jintuża fil-bini tat-triq f'dawk l-inħawi.
Fil-fatt il-fdalijiet sħaħ u propja tat-trunċiera għadhom jinstabu aktar viċin il-baħar (taħt ir-Restaurant Barracuda).
Dan jispjega l-fatt li l-ġebel li nstab huwa 'l ġewwa ħafna mix-xatt viċin it-triq.
Il-ġebel li nstab ġie salvat u għalhekk ma jirriżultax li t-trunċiera reġgħet ġiet mirduma".
Finalment, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'referenza għall-ħnejja rieqda li nstabet quddiem it-Torri ntalab il-parir espert ta' l-Ispettur tal-Fortifikazzjonijiet fir-Restoration Unit.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex is-servizz fil-berġa tas-saħħa tal-gvern f'Tas-Sliema jitjieb peress li qed jasluli ħafna lmenti minn residenti Slimiżi, speċjalment fejn jirrigwarda s-servizz tat-tqassim tal-pilloli kif wkoll il-visti dwar il-pressjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dettalji u informazzjoni fuq din il-mistoqsija parlamentari għadhomqed jinġabru għalhekk it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux spot checks fuq persuni barranin mill-pulizija biex jiġi assigurat li dawn qegħdin fil-pajjiż b'mod regolari u skond il-liġijiet u regolamenti tal-pajjiż? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid:
(1) Kemm saru minn dawn l-i
spot checks
f'dawn l-aħħar tliet snin, sena sena;
(2) ta' liema nazzjonalita' kienu dawk li saru l-ispot checks fuqhom;
(3) kemm irriżulta minn dawn l-ispot checks li kien hawn persuni barranin f'pajjiżna mhux b'mod regolari;
(4) X'passi ttieħdu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel spot checks fuq barranin ta` diversi nazzjonalitajiet sabiex ikun stabbilit jekk dawn ikunux fi gżiritna skond il-liġi. Għalkemm ma` tinżammx statistika ta` kemm isiru minn dawn l-spot checks, jista` jingħad illi l-maġġoranza tal-każi ta` barranin imressqa l-Qorti fuq ksur tal-provvedimenti tal-liġi ta` l-immigrazzjoni, kienu riżultat ta` dan it-tip ta` spot checks. Matul dawn l-aħħar tlett snin dawn kienu: 1998 - 463; 1999 - 616 u 2000 - 531.
Peress li saru diversi rapporti lill-pulizija u awtoritajiet oħra, jista' l-Ministru jara li karozza Land Rover mingħajr liċenzja tal-wind screen u b'number plate TIN 28 titneħħa minn Triq Markiż J. Scicluna, f'San Ġiljan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant tneħħiet.
Peress li Gvern preċedenti Nazzjonalista kien neħħa il-liġi tal-mandat ta' partenza, jista' l-Ministru jgħid x'prekawzjonijiet u x'passi jieħu d-dipartiment tal-VAT biex jassigura li kulmin huwa reġistrat mad-dipartiment u li għandu ammonti ta' pagamenti dovuti lid-diparitment tal-VAT, ma jkunux jistgħu jaħarbu mill-pajjiż?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT joħroġ regolarment
Demand Notices
sabiex ammonti dovuti minn persuni reġistrati jiġu mħallsa. Dawn in-
notices
għandhom saħħa ta’ titolu eżekuttiv sabiex il-proċeduri legali jitħaffu u f’każ li persuna tibqa’ ma tħallasx, dawn il-proċeduri jistgħu iwasslu sa’ mandati ta’ qbid b’sekwestru u saħansitra bejgħ bis-subbasta.
Dawn il-passi jistgħu jittieħdu kontra kemm persuna reġistrata kif ukoll kontra kull segretarju, manager, direttur, likwidatur, uffiċċjal prinċipali ta’ kumpanija, kif ukoll kontra kull eredi, eżekuttiv testamentarju, jew kuratur.
F’każ li persuna ma tibgħatx denunzja jidħlu proċeduri kriminali biex din tintbgħat flimkien mal-pagamenti dovuti, jekk ikun il-każ. F’każ ta’ ħtija, l-Qorti apparti l-multa, tista’ tordna wkoll penali oħra ta’ Lm6 kulljum sakemm din il-persuna tibgħat id-denunzja mal-ħlas dovut.
Jista' l-Ministru jgħid: (a) Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema barranin jaħdmu f'pajjiżna? (b) Mil-liema pajjiżi ġejjien? (ċ) Ma' liema kumpanniji jew xorta oħra qed jaħdmu? (d) Xi professjoni jew sengħa qed jipprattikaw fil-ħidma tagħhom? u (e) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata b'din l-informazzjoni kif wkoll bl-ismijiet ta' dawn il-ħaddiema?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba minnhu tiġi ppubblikata kull l-ewwel Tnejn ta` kull xahar f`lista maħruġa mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni. L-aħħar lista ġiet ippubblikata nhar it-Tlieta 2 ta` Jannar 2001 (minħabba li t-Tnejn inzertat Festa Pubblika).
Din il-lista ma tinkludix il-pajjiżi minn fejn ġejjin dawn il-ħaddiema barranin. Din l-informazzjoni tinsab fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.