Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25315 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?

Response (DALLI, JOHN)

Sakemm ma ningħatax raguni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25316 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25135 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija u kontra min wara li ssejħet bosta drabi fl-20.03.2001 biex twaqqaf l-użu abbużiv ta' makkinarju li kien qed jintuża fil-post magħruf bħala Villa Cassar Torreggiani ġewwa Balluta meta dan dam sejjer sad-9.30 ta bil-lejl? Peress li dawn l-abbużi seħħew drabi oħra wkoll, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri bieħsieba tieħu l-pulizija biex dan l-abbuż ma jiġix ripetut fil-ġejjieni.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`din id-data, il-Pulizija ma kelliex ilmenti kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant pero` tlabt lill-Pulizija tinvestiga l-każ.

Toroq — Tenders/Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender inħarġet u kemm-il direct order ngħatat għal xogħol fuq toorq f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena, sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament il-valur finanzjarju vvotat għal kull tender u direct order u min rebaħ dawn l-istess tenders f'kull każ, u min ngħata d-direct orders?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari Nru. 2192, 20264 u 21872, il-kumplament ta' l-informazzjoni ser tkompli tinġabar.
Leg 9 PQ #24795 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Impjegati - Maskli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ għadhom jaħdmu mingħajr maskla? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li l-maskli qegħdin fl-istore u baqgħu ma tqassmux lill-ħaddiema? Jista' jgħid meta waslu fl-istores dawn il-maskli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li l-użu tal-maskli ma setax jibda qabel ma saru l-arranġamenti kollha meħtieġa fi store apposta li kellu jitwaqqaf propju għall-użu ta' dawn il-maskli. L-iskop ta' dan l-istore huwa li permezz ta' ħaddiema li ntgħażlu volontorjament u li rċevew taħriġ apposta, l-apparat kollu jkun jista' jinżamm u jiġi mantenut f'kundizzjoni tajba. M'huwiex fil-ħsieb tad-Dipartiment tad-Drenaġġ li l-apparat jinħareġ fuq bażi personali u jingħata lin-nies bħala issue personali. Kull min ikollu bżonn l-apparat jista' jieħdu minn dan l-istore u jerġa' jirritornah x'ħin ilesti. In-nies li hemm ġo dan l-istore huma inkarigati biex jaraw li l-apparat jirritorna lura f'kundizzjoni tajba u biex inaddfu dan l-apparat kif meħtieġ. L-użu ta' dan l-istore ittardja xi ftit minħabba li parti mill-apparat ġie kkunsidrat mhux skond kif talab id-dipartiment u b'hekk kellu jerġa' jintbagħat lura biex jinbidel. Il-maskli huma disponibbli għal kull ħaddiem fid-Dipartiment wara li dawn ingħataw taħriġ intensiv dwar l-użu u taħriġ ieħor relatat li wkoll kellu jieħu xi żmien biex il-ħaddiema jkunu ppreparati tajjeb. Id-data ta' meta l-apparat ħażin inbidel u ġie kkunsenjat lid-Dipartiment hija l-Ġimgħa 16 ta' Frar 2001 iżda wieħed japprezza li wara din id-data kellu jsir xogħol ta' ppjanar fuq l-apparat bħal, eżempju jitwaħħlu n-numri (identification tags) fuq il-maskli kollha eċċ.

Żejtun — Kummissarju tal-Ġustizzja tat-Tribunal Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kummissarju tal-ġustizzja tat-tribunal lokali taż-Żejtun jitlaq x'ħin irid minn seduta tat-tribunal u jitħallas xorta ta' seduta kompleta?

Response (GATT, AUSTIN)

Skond l-Att tal-Kummissarji ghall-Gustizzja, l-post u l-hin ta` meta jissejhu l-imharrka, hija responsabblita` tieghi. Min-naha l-ohra, t-tmexxija tas-seduta hija responsabbilta` shiha tal-Kummissarju ghall-Gustizzja. Huwa fl-interess tal-gustizzja li l-Kummissarju jittratta l-akbar numru ta` kazijiet possibbli, pero l-hlas tas-seduta mhux marbut ma` xi numru fiss ta` kazijiet f`seduta.
Leg 9 PQ #24627 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Inspections

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru inspections f'Għawdex mill-HCEB għand stabilimenti ta' akkomodazzjoni fis-snin 1998 u 1999 xahar b' xahar u lokalita' b' lokalita'? Jista' jgħid ukoll kemm normalment jammontaw l-uffiċjali li jagħmlu dawn l-inspections u min minn ikunu akkumpanjati?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-ispezzjonijiet li jsiru f’stabbilimenti ta’ l-akkommodazzjoni. Fl-1998 u l-1999 kien hemm uffiċjal wieħed li jieħu ħsieb dawn l-ispezzjonijiet.
Leg 9 PQ #24628 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vapuri li jifformaw il-flotta tal-Gozo Channel u liema huma? Jista' jgħid separatament meta nbnew dawn il-vapuri, meta inxtraw mill-Gozo Channel u kemm inxtraw separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n-numru ta’ vapuri u biċċiet oħra tal-baħar li jifformaw il-flotta tal-kumpanija Gozo Channel huwa sitta. L-informazzjoni dwar meta dawn inbnew u nxtraw hija mogħti separatament fil-lista annessa.
Leg 9 PQ #24629 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Ministru

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra ta' riżenja ta' l-Ministru Austin Gatt in konnessjoni ma' l-investigazzjonijiet tal-pulizija fir-rigward tas-sur Andre Carbonaro, mill-istaff personali ta' l-Ministru? Jista' jgħid lil dil-Kamra għala l-Uffiċju tiegħu oġġezzjona għall-ħatra tas-sur Carbonaro fis-segretarjat privat ta' l-Ministru Gatt? Kien hemm oggezzjonijiet oħra għal xi membri tas-Segretarjati ta' Ministri u Segretarji privati oħra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-ittra li fiha l-Onorevoli Austin Gatt offra r-riżenja tiegħu minn Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandiex xi nżid ma’ l-istqarrijiet numru 388 tal-15 ta’ Marzu 2001 u numru 403 tas-16 ta’ Marzu 2001 maħruġa mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni.

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1998 l' hawn kemm ġew allokati fondi għal NGO's u korpi kostitwiti bħala parti mir-riċerka u xogħol ieħor konness mas-sħubija ta' Malta fl-EU li dawn għamlu jew qed jagħmlu? F'dan is-sens, jista' l-Ministru jgħid: 1) Kif ġew allokati dawn il-fondi? 2) Min kienu l-entitajiet u għaqdiet oħra li bbenifikaw minn dawn il-fondi? 3) Meta ġew allokati dawn il-fondi? 4) Mill-liema fond dawn il-flus ittieħdu ?

Response (BORG, JOE)

Apparti dawk l-organiżżazzjonijiet rappreżentattivi li ġew allokati somma fissa (il-Federazzjoni tal-Industrija, Kamra tal-Kummerċ, General Workers Union u Unjoni Ħaddiema Magħqudin kwantu għal Lm25,000 kull waħda u il-General Retailers and Traders Union kwantu għal Lm20,000), il-kumplament tal-fondi disponibbli ġew allokati abbażi ta' proposti sottomessi mill-organiżżazzjonijiet nfushom u tal-firxa ta' rappreżentazzjoni tal-entitajiet konċernati. Bi tweġiba għat-tieni u t-tielet mistoqsija, il-fondi allokati mill-Gvern lill-organiżżazzjonijiet rappreżentattivi għas-snin 1999 (l-ewwel sena meta tqassmu dawn il-fondi), 2000 u 2001 huma kif indikati fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-listi jinkludu wkoll il-flus li attwalment tħallsu lill-organiżżazzjonijiet imsemmija jew ġew approvati għall-ħlas sat-23 ta' Marzu 2001. Dawn il-flus huma allokati taħt fond apposta fil-vot tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Leg 9 PQ #24535 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

San Ġiljan — Inkonvenjent

Question

Jista' l-Ministru jassigura biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa fil-konfront ta' numru ta' bars li jinsabu fi Triq il-Kbira, San Ġiljan faċata tan-neptunes pitch u biswit Triq il-Bajja peress li dawn qed ikunu ta' inkonvenjent kbir għar-residenti, speċjalment dawk anzjani bl-istorbju ta' mużika u xorta oħra li jdum sejjer sa kmieni filgħodu? Jista' jassigura li dawn josservaw il-liġijiet u joperaw biss skond il-permess li għandhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet u ser tibqa` tissorvelja sabiex ma jkunx hemm abbużi mis-sidien tal-ħwienet fil-lokalita` msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat ukoll illi kull meta nstab li kien hemm xi abbuż, ittieħdu passi skond il-liġi.

Triq San Ġiljan — Sqaq It-Tiġieġ

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u urġenti biex parti min Sqaq it-Tiġieġ (Alley 2) li jinsab fi Triq San Ġiljan, B'Kara u li tinsab sfrondata issirilha l-manutenzzjoni meħtieġa peress li hi ta' periklu kbir speċjalment għat-tfal peress li tħat fejn sfronda tinsab ġiebja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li dan ix-xogħol hu wieħed ta' manutenzjoni u d-Dipartiment informat li l-Kunsill Lokali qed jieħu ħsieb iwettaq ix-xogħol meħtieġ.
Leg 9 PQ #24405 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

It-Torċa — Rajt u Smajt - Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu mill-awtoritajiet dwar rapport li deher fil-ġurnal it-Torċa tal-Ħadd 11 ta' Marzu 2001 f'paġna 7 taħt il-kollona 'Rajt u Smajt' bit-titlu 'Triq l-Imraġġ fl-Imsida'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull meta l-Pulizija kellha xi lmenti dwar parking fil-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, dejjem ittieħdu l-passi meħtieġa. Infurmat ukoll illi l-Pulizija tagħmel spezzjonijiet f`din il-lokalita` sabiex kemm jista` jkun tassigura li ma jkunx hemm ksur ta` liġi. Dwar l-ilment taż-żebgħa tar-reserved parking, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferih lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #24487 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

BOV

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex il-fergħa tal-BOV tax-xatt f'Tas-Sliema jibqa jintuża kif inhu sal-lum u mhux tinbidel f'Foreign Exchange Bureau b'konsegwenza li jintemm is-servizz soċjali li jingħata sal-lum (eżempju - tisrif ta' cheque, deposits etc) speċjalment lil anzjani u r-residenti fl-inħawi tax-xatt?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Gvern għandu biss ħamsa u għoxrin fil-mija ta' l-ishma fil-Bank of Valletta u għaldaqstant deċiżjonijiet ta' natura amministrattiva hija fil-kompetenza tal-Bord tad-Diretturi ta' l-istess Bank.
Leg 9 PQ #24488 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

San Ġiljan — Reati

Question

Kemm il-reat ġie rapportat f'San Ġiljan? Kemm minhom kienu delitti (crimes)? Fis-sena 1998, 1999, 2000? X'kienu r-reati rapportati u l-numru tagħhom? Kemm ġew solvuti reati f'San Ġiljan fl-1998, 1999 u 2000? Kemm minnhom kienu delitti (crimes), kemm minhom kontravenzjonijiet (contraventions) ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant disponibbli taħt forma ta` statistika, huwa kif jidher fuq it-Tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Housing

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 23956, jista' Viċi Prim l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-bord ta' l-Awtorita' tad-Djar iddeċidiet li tittermina s-secondment minn ma' l-awtorita'

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif kelli okkażjoni ngħid fil-pubbliku d-deċiżjoni ttieħdet għaliex nħass il-bżonn li wasal iż-żmien għall-bidla f'din il-kariga.
Leg 9 PQ #23971 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ġibjuni f'Malta u f'Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu? Jista' jgħid ukoll kemm minhom jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-WSC? Jista' jgħid kull ġibjun x'użu qiegħed issir minnu u minn min? Jista' jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni u eventwalment manutenzjoni fuq kull ġibjun u kemm hemm rapporti pendenti biex issir tiswija fuq dawn il-ġibjuni u liema huma?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23972 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ġibjuni f'Malta u f'Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu? Jista' jgħid ukoll kemm minhom jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-WSC? Jista' jgħid kull ġibjun x'użu qiegħed issir minnu u min minn? Jista' jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni u eventwalment manutenzjoni fuq kull ġibjun u kemm hemm rapporti pendenti biex issir tiswija fuq dawn il-ġibjuni u liema huma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #23976 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Catering Facilities Manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nħatar il-Catering Facilities Manager fl-ITS b'kuntratt definit? Jista' jgħid ukoll: 1) Saret sejħa għall-applikazzjonijiet? 2) Meta ħarġet din is-sejħa u kemm applikaw? 3) X'kien in-numru tal-permess ta' l-ETC għal dan l-impjieg? 4) X'kienu l-kwalifiki mitluba? 5) Minn min kien kompost il-board tal-għażla? 6) Minn kienet il-persuna li ntgħażlet? 7) Meta kien iffirmat il-kuntratt mal-persuna magħżula? 8) Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra? 9) Jista' jgħid ukoll f'hiex kien jikkonsisti dan il-kuntratt? 10) Jikkonfermax li dan il-kuntratt intemm mal-ħatra ta' Catering Facilities Manager a-bażi tas-sejħa għall-applikazjonijiet li saret mill-MTA u li kien ippublikat fil-ġurnali fl-14 ta' Ġunju 2000?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nistieden lill-Onor. Interpellant inkwantu għall-ewwel disa’ partijiet tal-mistoqsija jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet tiegħu numri 5939 u 6812. Dwar l-għaxar parti ġejt mogħti parir li nista’ nikkonferma fl-affermattiv.