Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #22513 Sitting 473 2006-12-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — CEO

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu s-salarju, allowances u benefiċċji oħra li qiegħed jirċievi s-CEO tal-MTA?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 20629.

Pulizija — Persuni li nqabdu jibburdellaw f'night clubs

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li nqabdu nhar is-17 ta' Novembru 2006 f'diversi night clubs f'Paceville u Buġibba jiżfnu u li ġew akkużati b'burdell? Jista' jgħid min fost dawn il-persuni għandhom il-permessi meħtieġa biex jaħdmu f'Malta? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-permess tax-xogħol li jistgħu jagħmlu f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 37 tfajla li tressqu l-Qorti mill-Pulizija wara li kienu nstabu f'ċirkostanzi li jindikaw li kienu qed jagħmlu attivitajiet immorali f'diversi stabbilimenti ġewwa Paceville matul il-lejl tas-17 ta' Novembru 2006. Minn dawn it-tfajliet, 20 kienu mir-Rumanija; 7 mill-Ungerija; 4 mir-Repubblika Ċeka; 2 mir-Repubblika Slovakka; 1 mill-Polonja; 1 mill-Estonja u 2 Maltin. Ma' dawn tressqu wkoll 10 irġiel li ġew akkużati li kienu żammew burdell u akkużi oħra relatati. Billi ninsab infurmat ukoll illi dawn il-proċeduri kriminali għadhom pendenti quddiem il-Qorti, ma nħossx li huwa prudenti li jingħata aktar tagħrif dettaljat.

Tas-Sliema — Triq it-Torri

Question

Jista' il-Minsitru jieħu passi xierqa u meħtieġa biex isiru traffic lights/pelican lights quddiem il-kappella ta' l-Adorazzjoni fi Triq it-Torri Tas-Sliema (ħdejn il-kunvent tal-Karmelitani) u dan peress li ħafna anzjani jaqsmu minn din l-akkwata perikoluża biex imorru f'din il-kappella u biex jidħlu l-knisja tal-Karmnu mill-bieb tal-ġenb?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta irriżulta li l-post indikat għall-traffic/pelican light mill-Onorevoli Interpellant jinstab 110 metru bogħod miż-zebra crossing ta’ ħdejn il-Knisja tal-Karmnu u 109 metru bogħod mill-pelican crossing biswit k/m Triq San Franġisk. Skond il-kriterji ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta, id-distanza minima bejn żewġ pedestrian crossings m’għandiex tkun anqas minn 200 metru u għalhekk il-post indikat f’din il-mistoqsija parlamentari huwa viċin wisq tal- pedestrian crossing eżistenti fi Triq it-Torri. Minn speed survey li sar fuq il-post irriżulta li l-85 th Percentile Dry Weather Speed tat-triq huwa 44km/h u għaldaqstant, skond l-i standards , hemm bżonn ta’ linji ta’ viżibilità ta’ mhux anqas minn 50 metru, li f’dan il-każ, karozzi ġejjin min naħa ta’ San Ġiljan ma jkollhomx tali viżibilità. Għaldaqstant mhux rakkommandat li ssir pedestrian crossing fil-post indikat f’din il-mistoqsija parlamentari.

AFM — Għoti ta' Midalji

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex numru ta' midalji li ngħataw lil numru ta' suldati ġew irtirati f'dawn il-ġranet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fost il-kriterji li huma fis-seħħ sabiex suldat fil-Forzi Armati ta’ Malta jingħata l-Medalja għal Servizz Twil u Effiċjenti hemm li wieħed ma jkunx ġie misjub ħati fuq mhux iżjed minn żewġ reati żgħar tul l-ewwel tmintax-il sena servizz tiegħu ma’ l-Armata. Fost l-aħħar nominazzjonijiet għall-Medalji li ngħataw dan l-aħħar kien hemm numru ta’ suldati li minħabba li kellhom aktar minn żewġ reati ma kienux eliġibbli għall-għoti ta’ din il-Medalja. Ġara li minħabba li kien hemm svista tar-‘records’ ta’ kondotta ta’ xi wħud minn dawn l-individwi, sfortunatament xi wħud ġew innominati għal din il-Medalja mingħajr ma kienu eliġibbli għaliha u għaldaqstant, sabiex ma jitkomplix jiġi pperpetrat żball ġenwin ġie deċiż li l-medalji li ngħataw lil dawn l-individwi jiġu rtirati.

Air Malta — Free flight tickets

Question

Jista' il-Ministru jirrispetta l-kariga li ġiet lili fdata mill-poplu u fl-istess ħin jerfa' ir-responsabbilta' tiegħu lejn l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u allura jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21832 u 21908? Jista' jgħid għaliex qiegħed jipprova jaħrab milli jwieġeb dawn il-mistoqsijiet? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li qed tinħeba l-informazzjoni mitluba u eventwalment jiġu mistura ċertu ismijiet li qed igawdu minn dawn il-vjaġġi b'xejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi rrispondejt fid-dettal iż-żewġ domandi li għalihom jirreferi l-Onor Interpellant kif ukoll id-domanda 22061 li hi relatata u peress li l-Onor Interpellant ma tax spjegazzjoni għal xhiex jew għal min qed jirreferi, ma nista nżid xejn mat-tlett risposti li tajt diġa'.

Maltacom — Free unlimited calls

Question

Jista' il-Ministru jirrispetta l-kariga li ġiet lili fdata mill-poplu u fl-istess ħin jerfa' ir-responsabbilta' tiegħu lejn l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u allura jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21830 u 21911? Jista' jgħid għaliex qiegħed jipprova jaħrab milli jwieġeb dawn il-mistoqsijiet? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li qed tinħeba l-informazzjoni mitluba u eventwalment jiġu mistura ċertu ismijiet li qed igawdu minn linji telefoniċi b'xejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru 22357.

Air Malta — Skema ta' irtirar għal ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk dawk li għażlu li jieħdu l-iskema ta' l-irtirar kmieni bil-pensjoni mill-Air Malta, skond il-ftehim industrijali bejn l-Air Malta u l-erba' unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema iffirmat fis-26 ta' Mejju 2004, hux se jkollhom il-pensjoni tagħhom garantita u f'każ li r-risposta hija fl-affermattiv, minn min? Mill-gvern jew mill-Air Malta? Jista' jgħid ukoll jekk l-imsemmi ftehim ġiex hypothicated skond il-liġijiet industrijali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Air Malta — Free Flight Tickets

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21908, peress li fil-mistoqsija ma kontx qiegħed nispeċifika għal xi persuna/i partikolari imma għall-informazzjoni in ġenerali,. jista' il-Ministu jagħti d-dettalji kif mitluba?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-domanda indikata mill-Onor Interpellant titlob biex ngħajd "min huma u x'jisimhom il-persuni li jgawdu minn free flight tickets". Konsegwentament, mhux minnu dak li qed jgħajd issa l-Onor Interpellant li ma kienx qiegħed "jirreferi għal xi persuna/i partikolari."

Maltacom — Free unlimited calls

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21911, peress li fil-mistoqsija ma kontx qiegħed nispeċifika għal xi persuna/i partikolari imma għall-informazzjoni in ġenerali, jista' il-Ministru jagħti d-dettalji kif mitluba?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22061.

Air Malta — Free flight tickets

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21832 u jgħid min huma u x'jisimhom dawk il-persuni li jgawdu minn free flight tickets mil-linja nazzjonali Air Malta? Jista' jgħid kull persuna kif tikkwalifika biex tgawdi minn dan il-benefiċċju? Jista' jgħid separatament kemm dawn il-persuni għamlu użu minn dawn il-free flight tickets tul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li jekk ma jispeċifikax għal liema persuni qed jirreferi, ma nkunx f'pożizzjoni li nagħtiħ l'informażżjoni li qed jitlob.

Ġonna Pubbliċi — Manutenzjoni tas-sistemi tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21829 u jgħid min hu responsabbli li jara l-upkeep u l-manutenzjoni tas-sistemi tad-dawl fil-ġonna pubbliċi, speċjalment dawk il-ġonna li ġew upgraded riċentement?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni tas-sistema tad-dawl ta' ħafna ġonna li ġew upgraded riċenti taqa' taħt ir-responsabbilita tal-Kunsill Lokali ta' fejn jinstabu. Jekk l'Onor Interpellant għandu f'moħħu xi gnien partikulari, nkun nista' ntiħ informazzjoni iżjed preċiża.

Maltacom — Free unlimited calls

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21830 u jgħid min huma u x'jisimhom dawk il-persuni li jgawdu minn free unlimited calls mill-Maltacom? Jista' jgħid kull persuna kemm-il linja tal-mobile u linja fissa jipposedu? Jista' jingħata rendikont dettaljat ta' l-infiq minn kull persuna fuq kull linja tul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk ma jispeċifikax għal liema persuni qed jirreferi ma nkunx f' pożizzjoni li nagħtih l'informazzjoni li qed jitlob.

Rinella Fun and Film Park

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid preżentement ir-Rinella Fun and Film Park/s jew studios minn min qed jiġu mmexxija u b'liema kondizzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-Rinella Film Studios għadhom qegħdin jiġu mmexxija mill-Mediterranean Film Studios Limited taħt il-kundizzjonijiet taċ-ċens tat-2 ta' Ottubru 1995 li kopja tagħhom qiegħda tiġi impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi f'dan il-mument hemm kawża mill-Gvern kontra l-kumpanija sabiex jiġi tterminat il-kuntratt taċ-ċens.

Ġonna pubbliċi — Manutenzjoni tas-sistemi tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli li jara l-upkeep u l-manutenzjoni tas-sistemi tad-dawl fil-ġonna pubbliċi, speċjalment dawk il-ġonna li ġew upgraded riċentement?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Maltacom — Free unlimited calls

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma u x'jisimhom dawk il-persuni li jgawdu minn free unlimited calls mill-Maltacom? Jista' jgħid kull persuna kemm-il linja tal-mobile u linja fissa jipposedu? Jista' jingħata rendikont dettaljat ta' l-infiq minn kull persuna fuq kull linja tul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Free flight tickets

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma u x'jisimhom dawk il-persuni li jgawdu minn free flight tickets mil-linja nazzjonali Air Malta? Jista' jgħid kull persuna kif tikkwalifika biex tgawdi minn dan il-benefiċċju? Jista' jgħid separatament kemm dawn il-persuni għamlu użu minn dawn il-free flight tickets tul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Asfaltar ta' toroq

Question

B'riferenza għal programm ta' asfaltar bit-tarmac ta' diversi toroq, jista' il-Ministru jgħid jekk Triq Sliema l-Gżira u Triq Sliema, il-Kappara humiex fil-programm ta' asfaltar? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta dan ix-xogħol huwa mistenni li jsir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi t-toroq imsemmija mhumiex parti mill-program ta’ toroq li jridu jsiru bejn 2006-2008. Dan minħabba l-fatt illi dan il-program jinkludi biss toroq residenzjali li jridu jsiru għall-ewwel darba. It-toroq imsemmija ma jaqgħux taħt din il-kategorija. Jista' jkun li fil-futur jistgħu jsiru xogħlijiet ta' major patching fi Triq Sliema, Kappara.

Trusts

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21415 u 21536 u jgħid kemm-il trust twaqqfet f'Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006 (sal-lum)? Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li fetħu trusts f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21415.

ITCS/IHCS

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21424 u 21510 u jgħid: 1) Kemm ġew irreġistrati ITCs u IHCs matul l-2004, l-2005 u l-2006 sal-lum; 2) X'kien id-dħul ta' l-Istat Malti minn dawn ir-reġistrazzjonijiet, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet magħmulin lill-MFSA; 3) Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet ta' shareholders li rreġistraw ITCs u IHCs?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 21424.

SmartCity

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-area li llum tifforma r-Rinella fun and film park/s jew studios hijiex se tkun parti mill-proġett ta' SmartCity? Jista' jgħid ukoll preżentement ir-Rinella fun and film park/s jew studios minn min qed jiġu mmexxija u b'liema kondizzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-art indikata ma tagħmilx parti mill-art li kienet inkluża fil-ftehim preliminari ma Tecom Investments dwar il-proġett ta' SmartCity. Rigward il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.