Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25525 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-promozjonijiet li kellhom joħorġu fil-Forzi Armati ta' Malta fl-aħħar ta' Marzu 2001 għadhom ma' ħarġux? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi pressjoni biex dawn il-promozzjonijiet ma' joħorġux? Jekk fl-affermativ, minn min saru dawn il-pressjonijiet u għall-liema raġuni saru? Jista' jgħid x'inhi l-posizzjoni dwar dan id-dewmien fil-ħruġ ta' dawn il-promozjonijiet tal-Brigadier ta' l-Armata kif ukoll tal-Kap taċ-Ċivil?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma nafx min fejn ġab l-idea l-Onorevoli Membru li xi promozzjonijiet fl-Armata kellhom joħorġu f’xi data partikolari. L-Armata riedet l-ewwel tirrevedi l-proċess kollu u toġġorna l-“promotion Assessment Report”. Saru wkoll provvedimenti ġodda għal “accelerated promotions” li minnhom diġa bbenifikaw 34 suldat. L-eżerċizzju ta’ reviżjoni issa tlesta u jien infurmat li l-promozzjonijiet li għadhom pendenti ser joħorġu sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #25526 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Imnajdra

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi, wara l-ħerba u l-att vandalu li sar fuq it-tempji Arkejologi tal-Imnajdra, iddikjara pubblikament li dan l-att sar bi tpattija jew bi protesta kontra xi deċisjoni tal-gvern jew li b'xi mod dan il-każ kellu x' jaqsam mas-sigurta' tal-pajjiż?

Response (GALEA, LOUIS)

Din hi l-opinjoni tiegħi.
Leg 9 PQ #25527 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Executive Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mal-Kumpanija Medigrain, apparti l-executive chairman ġew maħtura deputy chairman u general manager? Jista' jgħid min iddeċida li jsiru dawn il-ħatriet u separatament kemm jammontaw is-salarji jew rimunerazzjoniet ta' kull ħatra? Jista' jgħid x'kienet il-ħtieġa għal dawn il-ħatriet u jekk ingħatax l-approvazzjoni tiegħu għalihom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-ħatra ta' Deputat Chairman u ta' General Manager fil-Kumpanija Medigrain saret għal raġunijiet ta' natura amministrattiva. Il-ħatra ta' Deputat Chairman, li għandu remunerazzjoni ta' Lm4000 fis-sena, u dik ta' General Manager, li għandu remunerazzjoni annwali ta' Lm13,000, saru wara li nkisbet l-approvazzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #25528 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIMCOL

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karrozza mxtrat min kull kumpanija li taqa' fir-responsabilita tal-MIMCOL mill-1 ta' Jannar 1996 sa l-aħħar tas-sena 2000, f'liema data nxtrat u f'liema data nxtrat u f'liema xahar u sena bdew jintużaw? Jista' jgħid kemm swew flus dawn il-karozzi lill-kumpaniji b'mod separat? Jista' jgħid jekk proċeduri li jeżistu biex jinxtraw dawn il-vetturi hux dejjem ġew segwiti?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25384 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li bejn il-11 ta' Settembru 2000 sal-lum, fid-Dipartiment ta' l-Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, saru dawn it-trasferimenti interni: Mid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 4 Mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura 12 Mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 2 Mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura 1 Rigward trasferimenti minn/lejn dan il-Ministeru, nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ser tingħata mill-Prim Ministru għal Mistoqsija Parlamentari Numru 25569. Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għall-Ministeru u għal Dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #25385 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi 'transfers' minn dipartimenti/entitajiet li jaqgħtu taħt id-dekasteru ta` l-Intern għal dipartimenti/entitajiet fl-istess dekasteru mill-11 ta` Settembru 2000 sa llum jammonta għal 184. Ir-raġunijiet għal dawn it-'transfers' kienu kif ġej:- 2 fuq talba ta` l-impjegat stess 182 minħabba esiġenzi tas-servizz Tagħrif dwar 'transfers' fis-Servizz Pubbliku approvati mill-Management and Personnel Office matul l-istess perijodu jingħata mill-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #25386 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn il-11 ta' Settembru 2000 u l-24 ta' April 2001, sar dan iċ-ċaqlieq ta' ħaddiema fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. DIPARTIMENT/ENTITA' NUMRU TA' TRASFERIMENTI Ministeru (inkluż tlitt Segretarjati Privati) 15 Trade Services 20 Consumer and Competition Division 8 Enemalta 39 Air Malta 10 Maltacom 82 Water Services 46 MCED 1 Maltapost 30* * Dawn it-trasferimenti ġew attwati b'riżultat tal-"memorandum of understanding" milħuq bejn il-Gvern, Maltapost, l-G.W.U. u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Ma narax raġuni għaliex għandi nagħti r-raġuni għaliex sar kull trasferiment. Madanakollu nista' ngħid li t-trasferimenti saru minħabba xi waħda minn dawn ir-raġunijiet; Esiġenzi tas-servizz, Promozzjoni, Saħħa jew Talba Personali.
Leg 9 PQ #25387 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #25388 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Ambjent saru 109 trasferimenti interni. Ir-raġunijiet għal dawn it-trasferimenti kienu: 67 minħabba esiġenzi tas-servizz 42 fuq talba ta' l-impjegati stess. Rigward trasferimenti fis-servizz pubbliku, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ser jagħti l-Prim Ministru għal Mistoqsija Parlamentari numru 25569 (Seduta 554).

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba minn l-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25378 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li t-tiksib ta’ din l-informazzjoni tinvolvi utilizzazzjoni kbira ta’ nies u siegħat ta’ xogħol nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtini, anke privatament, ir-raġuni li wasslitu biex jitlob din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #25379 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25380 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25381 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25382 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ngħataw erbgħa u għoxrin-il trasferiment mill-11 ta’ Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex. Dawn it-trasferimenti ngħataw skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #25383 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema tad-Diviżjoni tas-Saħħa li ngħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-24 t'April 2001 huwa 228, u mqassmin kif ġej: Transfers from 11/09/2000 - 24/04/2001 At own request 98 On promotions 6 Re-deployment 112 In the exigency of the service 12 ________________________________ 228
Leg 9 PQ #25372 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25373 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25374 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25375 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (BORG, TONIO)

Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.