Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25542 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pubblikazjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Pubblikazjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #25544 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Pubblikazjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-mejda tal-kamra tagħrif dwar pubblikazzjonijiet maħruġa mid-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #25545 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Pubblikazjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Ministeru għall-Ambjent.
Leg 9 PQ #25546 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pubblikazjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #25547 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Pubblikazjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li minħabba li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25535 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kordin Grain Terminal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie impurtat qamħ għall-produzzjoni tal-ħobż matul is-sena kalendarja 2000 mill-kumpanija Medigrain Ltd? Jista' jgħid kemm ġie impurtat qamħirun għall-annimali matul l-istess sena 2000 mill-kumpanija Medigrain Ltd? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn din l-importazzjoni totali ta' qmuħ kienet maħżuna fit-Terminal ta' Kordin? Jista' jgħid kemm kienet is-somma mħallsa f'dan il-perjodu mill-Kumpanija Medigrain lill-Kordin Grain Terminal f'dan ir-rigward?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena 2000 il-Medigrain impurtat 55,053 tunnellata qamħ għall-produzzjoni tal-ħobż u 72,983 tunnellata qamħirrun għall-annimali. Il-qamħ u l-qamħirrun kollu mpurtat kienu maħżuna fit-Terminal ta' Kordin. L-ammont imħallas matul is-sena li għaddiet mill-Medigrain lill-Kordin Grain Terminal għall-ħażna tal-qamħ u l-qamħirrun kien ta' Lm286,346.
Leg 9 PQ #25536 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kordin Grain Terminal Co. Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kompost u minn min il-board tal-Kordin Grain Termincal Co. Ltd. u tal-Medigrain Company Ltd? Jista' jgħid meta sar l-aħħar tibdil ta' segretarji tal-Bord ta' dawn iż-żewġt kumpaniji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent, il-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija Kordin Grain Terminal huwa ffurmat mis-Sur Charles Demicoli bħala Chairman u s-Sinjuri George Borg, Tony Agius, Joseph Mifsud, Edmund Gatt Baldacchino, Albert Rutter u Raphael Toledo bħala Diretturi. L-aħħar tibdil li kien hemm rigward is-Segretarju ta' din il-Kumpanija kien b'seħħ mill-1 ta' Jannar 1997 meta s-Sur Alex Agius ħa post is-Sur Paul Bezzina wara li fl-1 ta' Diċembru 1996 kien ġie nominat Bord tad-Diretturi ġdid. Bħalissa, il-bord tad-Diretturi tal-Kumpanija Medigrain huwa ffurmat mis-Sur Anthony Agius bħala Chairman, is-Sur Paul Abela bħala Deputat Chairman u s-Sinjuri Gaetan Buttigieg, Oliver Ellul, Maurice L. Petrococchino u Franco Serracino Inglott. Is-Segretarja tal-Bord hija l-Avukatessa Rachael Bonello u l-aħħar tibdil f'dan ir-rigward sar fl-1999.
Leg 9 PQ #25537 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ġbir ta' l-Alka

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex jikkonsisti l-kuntratt, ftehim jew xorta oħra li għandu min juża l-gaffa għal-ġbir ta' l-alka mill-bajjiet? Jista' jekk huwa possibli jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid minn min sar dan il-kuntratt, ftehim jew xorta oħra u meta sar? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas u kemm tħallas s'issa?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li t-tender għall-ġbir ta’ l-alka ħareġ fl-1992. Meta dan ġie abbandunat, id-Dipartiment tat-Turiżmu dar fuq il-kuntratturi l-oħra li kienu tefgħu t-tender fosthom dak li sal-lum għadu jagħti s-servizz. Dan għadu regolat bil-kundizzjonijiet ta’ l-1992 u t-tender kien ħareġ bil-proċeduri li l-Gvern kien josserva dak iż-żmien. Ninsab infurmat ukoll li fl-1992 il-kuntrattur kien jitħallas bir-rata ta’ Lm2 fis-siegħa, liema rata ġiet riveduta għal Lm 3.45 fis-siegħa f’Jannar 1998 u għal Lm 4 fis-siegħa b’seħħ minn April ta’ l-istess sena. Sal-lum dan il-kuntrattur tħallas is-somma ta’ Lm 47,827.
Leg 9 PQ #25539 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Beach Cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numri ta' trakkijiet li qed jintażaw mis-sezzjoni tal-beach cleaners? Jista' jgħid min qiegħed jipprovdi dan is-servizz u kem qed jitħallas? Jista' jgħid kemm tħallas matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid meta huwa maħsub li ser jinxtraw trakkijiet ġodda għal din is-sezzjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-għadd ta’ trakkijiet li qed jintużaw mit-taqsima tal-beachcleaners huwa tlettax (13). Is-Servizz qiegħed jiġi pprovdut mill-ħaddiema tal-gvern, dawk li qabel kienu ‘Impressed Drivers’. Matul is-sena 1999 tħallset is-somma ta’ Lm110,961.47 u fis-sena 2000 tħallset is-somma ta’ Lm110,884.80. Fis-sena 2001 dawn il-ħaddiema qegħdin jitħallsu fi skala 20 u Lm5.193 kuljum bħala allowance għal kirja tat-trakk.

MIC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-ħarġa ġiet ippublikata tal-fuljett 'Aġġornat' mill-MIC? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour separations? Jista' jgħid f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, Artwork, Colour separations, posta, distribuzzjoni etc.

Response (BORG, JOE)

Iċ-Ċentru ta' Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea, sa llum, ippubblika 69 edizzjoni tan-newsletter "Aġġornat". Min dawn ġew stampati l-aħħar 16 il-edizzjoni b'elf kopja kull darba. L-edizzjonijiet ta' qabel tqassmu biss permezz ta l-e-mails lil dawk li kienu talbuha. Minn meta bed jiġi stampat qegħdin jiġu impostati madwar 800 kopja bil-prezz tal-posta normali. Xogħol ta' artwork, colour seperations u stampar, issir minn "Standard Publications Ltd" bi prezz globali ta' Lm147 kull edizzjoni.

Publikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (BORG, JOE)

Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin Ma kien l-ebda pubblikazzjoni mill-Ministeru tiegħi fis-snin 2000 u 2001 filwaqt li kien hemm pubblikazzjoni waħda fis-sena 1999 kif jidher hawn taħt: Pubblikazzjonijiet Kopji Stampati Min għ amel ix-xogħ ol ta’ Artwork u Colour Seperation Kemm sewa’ l-istampar, artwork, colour separation, posta u distribuzzjoni 1999 A Council for All Seasons 2,100 Il- Colour Separation sar mir-Repro House Co Ltd L-Artwork sar mill-Flying Cat Design LM 6,767.35* *L-ammont ta’ Lm6,767.35 ma jinkludiex posta u distribuzzjoni peress li ma nżammux rekords tagħhom. Malta EU Information Centre Ma kien hemm l-ebda pubblikazzjoni mill-Malta EU Information Centre fis-sena 1999 filwaqt li fis-snin 2000 u 2001 it-tagħrif huwa kif jidher hawn taħt: Pubblikazzjonijiet Kopji Stampati Min għ amel ix-xogħ ol ta’ Artwork u Colour Seperation Kemm sewa’ l-istampar, artwork, colour separation, posta u distribuzzjoni 2000 Socrates 20,160 Mizzi Graphics LM 1,196.24 Malta u l-U.E. 170,200 Mizzi Graphics LM 2,431.50 Leonardo 5,000 MPS Ltd LM 482.50 L-U.E. u x-Xogħol 5,000 MPS Ltd LM 482.50 Mistoqsija u Tweġiba 160,000 JP Advertising Ltd LM 15,207.99 Xi Tfisser Għalija 1 170,000 Visual Trends & Co Ltd LM 11,208.00 Xi Tfisser Għalija 2 160,000 Visual Trends & Co Ltd LM 12,026.32 Fact Sheets 300 JP Advertising Ltd LM 759.00 2001 Youth 20,000 MPS Ltd Funded by EC Q & A Business 30,000 MPS Ltd Funded by EC (Dist. LM657) Id-Drittijiet tiegħek meta ssiefer 40,000 Aim Holdings Funded by MIA Crossroads (Monthly) 140,000 Standard Publications LM 7,987.00 Aġġornat (Weekly Publication) 18,000 Standard Publications LM 3,366.00
Leg 9 PQ #25529 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma minfuqa f'xiri ta' żebgħa mill-kumpanija Medigrain matul is-sena 2000? Jista' jgħid xi proċeduri ntużaw biex inxtrat din iż-żebgħa u liema kumpanija issupplixiet din iż-żebgħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2000 il-Kumpanija Medigrain xtrat 1,535 litri żebgħa għas-somma ta' Lm2,822. Id-ditta Hempels Marine Paints (Malta) Limited issupplixxiet din iż-żebgħa u x-xiri sar permezz ta' kwotazzjonijiet.

Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma minfuqa għall-bini tad-Dar ta' l-Anzjani fl-Imtarfa ?Jista' jgħid kemm kienet is-somma mħallsa lill-Perit inkarigat mix-xogħol tal-bini ta' din id-dar? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' residenti f'din id-dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni meħtieġa għal din il-Mistoqsija Parlamentari għada qiegħda tiġi miġbura u tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #25531 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Kordin Grain Terminal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li matul is-sentejn u nofs li għaddew il-Gvern fl-ebda okkazzjoni ma ta indikazzjoni li l-Kordin Grain Terminal ser ikun privatizzat? Jista' l-Ministru jgħid għaliex inżamm dan is-skiet perfett kollu dwar din il-privatizzazjoni ta' settur tant vitali fil-ħajja ta' kuljum tal-poplu Malta? Jista' jgħid kif issa f'daqqa waħda, il-Gvern ħareġ offerta biex dan il-settur jiġi ipprivatizzat? Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li wasluli li jeżisti pjan biex dan is-settur jiġi mgħoddi f'idejn ċirku ta'nies magħrufa li għalihom il-profit jiġi qabel kull sens soċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal paġna 15 tal-White Paper fuq il-Privatizzazzjoni publikata f'Novembru 1999. Dwar din il-Privatizzazzjoni saru reklami li dehru kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta. Urew interess 9 kumpaniji. L-aħħar parti tal-mistoqsija m'hix denja ta' tweġiba. Jidher ċar li din l-allegazzjoni, li hi mgiddba mill-fatti kif inhuma, hi l-bażi ta' l-istorja ġdida li qed jivvinta l-kap tal-oppożizjoni fil-kullana "ħmieġ u aktar ħmieġ". Il-Privatizzazzjoni għall-ħbieb saru mill-Gvern Laburista meta : 1) ta letter of intent esklussiva lill-Port of Singapore biex jgħatihom it-tmexxija tal-Port Hieles. Dan sar permezz ta' erba' ħbieb li diġa ssemmew u li kienu qed jagħmluha ta' brokers. 2) il-privatizzazzjoni skandaluża tal-Maltacom fejn ġew maħruġa ishma bearer barra minn Malta. Għalkemm intalbet spjegazzjoni kemm il-darba dwar il-ħtieġa ta' dawn l-ishma bearer barranin, il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien u l-gurus li kienu organizzaw din il-manuvra finanzjarja għadhom ma tawx tweġiba u spjegazjoni. Wieħed jista' jaħseb li dan seta' sar biex xi ħbieb jingħataw preferenza f'din il-privatizzazzjoni bl-irħis fuq oħrajn billi jużaw flus li kellhom moħbija barra.
Leg 9 PQ #25532 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Kordin Grain Terminal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ikkunsidraw l-effetti ekonomiċi u soċjali li jistaż jkollu l-fatt li l-Kordin Grain Terminal li huwa l-uniku post fejn iissr il-ħatt min fuq il-bastimenti u l-ħażna tal-imquh f'pajjiżna ser jgħaddi f'idejn il-privat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn l-effetti qegħdin jiġu meħuda in kunsiderazzjoni.
Leg 9 PQ #25533 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Kordin Grain Terminal

Question

Jaqbel l-Ministru li kien ikun aktar għaqli u xieraq kieku qabel il-gvern xandar u ippublika l-offerta għall-privatizzazjoni tal-Kordin Grain Terminal, li wara kollox hija kumpanija tal-poplu, kienet tinħoloq diskussjoni nazzjonali bil-partiċipazzjoni ta' kull min hu involut f'dan il-qasam b'mod speċjali il-furnarra u l-poplu Malti li huwa l-konsumatur?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f'Novembru 1999 il-Gvern kien għamel stedina għal kummenti fuq il-White Paper dwar il-Privatizzazzjoni.
Leg 9 PQ #25534 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Villa Cassar Torregiani

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa x'ħin huwa permess li jsir xogħol fuq Villa Cassar Torregiani f' San Ġiljan mill-kuntratturi kif stipulat fil-permess? Jikkonferma l-Ministru li x-xogħol qiegħed idum sa' tard bil-lejl, anki sal-10.00 ta' filgħaxija u li minkejja li saru rapporti lill-pulizija dwar dan ma ittieħdu l-ebda passi? Jista' jgħid x'passi serji, immedjati u konkreti ser jittieħdu biex dan l-abbuż li qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti fl-inħawi ma' jibqax jiġi ripetut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi Kundizzjoni Nru. 12 tal-permess relevanti maħruġ mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar tindika li "All plant, machinery and any other equipment which is audible at the application boundaries, shall only be operated within the application site between 0700 and 1900 hours on Mondays to Fridays, between 0700 and 1700 hours on Saturdays, and at no time on Sundays or public holidays." Rigward ix-xogħlijiet li qed isiru tard bil-lejl, l-Awtorita` irċeviet żewġ rapporti kemm ilu jsir l-iżvilupp. L-Awtorita` irċeviet l-ewwel rapport f`Diċembru 2000 u meta ġie nvestigat irriżulta li l-kuntrattur qabeż il-ħin minħabba xogħol ta` emerġenza. It-tieni rapport, l-Awtorita` irċevietu f`April 2001. Irriżulta li l-kuntrattur qabeż il-limitu minħabba ħsara fil-crane u kien neċessarju li jqegħdu tnax-il jarda kubu ta` konkrit. Il-kuntrattur ġie mwissi mill-istess uffiċjali ta` l-Awtorita` biex ma jerġax jaqbeż il-ħin skond kif hemm fil-permess u ġew notifikati l-Pulizija. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija ma kelliex ilmenti dwar xogħol tard bil-lejl fil-post imsemmi. Infurmat ukoll illi meta l-Pulizija jkollha lmenti mill-ġirien, il-Pulizija tipproċedi skond il-liġi.
Leg 9 PQ #25390 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ‘transfers’ fis-Servizz Pubbliku approvati mill-Management and Personnel Office mill-11 ta’ Settembru, 2000 sa llum li jikkonċernaw ċaqliq ta’ nies minn Ministeru għall-ieħor jammonta għal ħamsa (5). Dawn it-trasferimenti saru fuq talba ta’ l-istess impjegati.
Leg 9 PQ #25524 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' qamħ maħżun fl-imħażen tal-kumpanija Medigrain f'Pinto Wharf il-Marsa matul is-sena 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena li għaddiet ma saritx ħażna ta' qamħ fl-imħażen tal-Kumpanija Medigrain fix-Xatt ta' Pinto l-Marsa.