B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25351, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba:
1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku
2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-posizzjoni tal-kontijiet finanzjarji tal-entitajiet governativi?
3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Nru. 25817.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25350, tista' l-Ministru tgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba:
1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku
2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-posizzjoni tal-kontijiet finanzjarji tal-entitajiet governativi?
3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
tista' l-Ministru tgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed tikkonferma bil-fatti li temmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' tagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-onorevoli membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Nru 25350.
Għalkemm is-suġġett taż-żewg mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f’dik it-tweġiba tgħodd ukoll ghal din.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25349, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba:
1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku
2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-posizzjoni tal-kontijiet finanzjarji tal-entitajiet governativi?
3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25821.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f`dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25348, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba:
1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku
2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-posizzjoni tal-kontijiet finanzjarji tal-entitajiet governativi?
3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha?
Response (ZAMMIT, NINU)
Infakkar l-Onor. Interpellant li biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata dwar kontijiet tal-Maltacom plc, minn kull dipartiment u kull entita' oħra li jaqgħu taħt dan il-Ministeru - kif qiegħed jitlob li jsir - ikun jeħtieġ l-użu ta' riżorsi umani li wkoll jinvolvi nfieq pubbliku.
Jien miniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 25348 tiġġustifika li jien nordna li din għandha tinġabar.
Jekk iżda, l-Onor. Interpellant għandu xi provi ta' każi partikolari fejn il-proċeduri ma sarux "b'trasparenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jien nara li jittieħdu l-passi meħtieġa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rnu. 25318, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba:
1) tikkonċerna nfieq pubbliku?
2) biex il-kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn ir-reklami u l-infieq imsemmi qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuz u mingħajr favoritiżmu? u
3) biex il-kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Peress li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuż, fin-nuqqas ta' l-informazzjoni mitluba ma jkunx jqiegħed jonqos milli jgħati informazzjoni importanti dwar infieq pubbliku b'mod trasparenti li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
Response (GALEA, ĊENSU)
Infakkar lill-Onor. Membru li biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata dwar kull reklam li sar f'dawn l-aħħar tlett snin minn kull dipartiment u kull entita' oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kif qiegħed jitlob li jsir, ikun jeħtieġ l-użu ta' riżorsi umani li wkoll jinvolvi nfieq pubbliku.
Jien miniex soddisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija Nru. 25318 tiġġustifika li jien nordna li din għandha tinġabar.
Jekk, iżda, l-Onor. Interpellant għandu xi provi ta' każi partikulari fejn il-proċeduri ma sarux "b'trasparenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jien nara li jittieħdu l-passi meħtieġa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rnu. 25317, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba:
1) tikkonċerna nfieq pubbliku?
2) biex il-kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn ir-reklami u l-infieq imsemmi qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuz u mingħajr favoritiżmu? u
3) biex il-kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Peress li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuż, fin-nuqqas ta' l-informazzjoni mitluba ma jkunx jqiegħed jonqos milli jgħati informazzjoni importanti dwar infieq pubbliku b'mod trasparenti li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija numru 25812.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'kaz?
Response (BORG, JOE)
Matul il-perjodu msemmi, fil-Ministeru tiegħi sar transfer wieħed biss u dan fuq talba ta' l-istess individwu. Għar-rigward ta' transfers oħra nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Onorevoli Prim Ministru għall-Mistoqsija Numru 25569.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'kaz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'kaz?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-Ministeru u l'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi saru ħmistax-il trasferiment tul l-istess perjodu. Dawn kienu:
8 fuq talba ta' l-impjegati stess
2 biex jaqdu dmirijiet f'Segretarjati Privati
3 għax għaddew minn interviews għal gradi differenti f'Dipartimenti oħra
2 minħabba esiġenzi tas-servizz
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'kaz?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn il-11 ta' Settembru 2000 sal-lum, minn dipartiment/entita` għal ieħor/oħra fid-dekasteru tiegħi, ingħataw 47 trasferiment. Dawn it-trasferimenti ingħataw jew fuq talba ta' l-istess persuna jew minħabba l-esiġenza tas-Servizz.
Rigward trasferimenti li ingħataw għal Dipartimenti f'Ministeri oħra, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25569.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rnu. 25315, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba:
1) tikkonċerna nfieq pubbliku?
2) biex il-kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn ir-reklami u l-infieq imsemmi qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuz u mingħajr favoritiżmu? u
3) biex il-kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Peress li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuż, fin-nuqqas ta' l-informazzjoni mitluba ma jkunx jqiegħed jonqos milli jgħati informazzjoni importanti dwar infieq pubbliku b'mod trasparenti li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
Response (DALLI, JOHN)
Infakkar lill-Onorevoli membri li biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata dwar kull reklam li sar f'dawn l-aħħar tlett snin minn kull dipartiment u kull entita' oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħi - kif qiegħed jitlob li jsir - ikun jeħtieġ l-użu ta' riżorsi umani li wkoll jinvolvi nfieq pubbliku.
Jien miniex soddisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija Numru 25315 tiġġustifika li jien nordna li din għandha tinġabar.
Jekk, iżda, l-onorevoli interpellant għandu xi provi ta' każi partikulari fejn il-proċeduri ma sarux "b'trasparenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jien nara li jittieħdu l-passi meħtieġa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rnu. 25313, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba:
1) tikkonċerna nfieq pubbliku?
2) biex il-kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn ir-reklami u l-infieq imsemmi qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuz u mingħajr favoritiżmu? u
3) biex il-kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Peress li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuż, fin-nuqqas ta' l-informazzjoni mitluba ma jkunx jqiegħed jonqos milli jgħati informazzjoni importanti dwar infieq pubbliku b'mod trasparenti li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infakkar lill-Onor. Membri li biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata dwar kull reklam li sar f'dawn l-aħħar tlett snin minn kull dipartiment u kull entita' oħra li jaqgħu taħt kull Ministru - kif qiegħed jitlob li jsir - ikun jeħtieġ l-użu ta' riżorsi umani li wkoll jinvolvi nfieq pubbliku.
Jien m'hinix soddisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-Mistoqsija Numru 25313 tiġġustifika li jien nordna li din għandha tinġabar.
Jekk, iżda, l-Onor. Interpellant għandu xi provi ta' każi partikulari fejn il-proċeduri ma sarux "b'trasparenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jien nara li jittieħdu l-passi meħtieġa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rnu. 25312, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba:
1) tikkonċerna nfieq pubbliku?
2) biex il-kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn ir-reklami u l-infieq imsemmi qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuz u mingħajr favoritiżmu? u
3) biex il-kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Peress li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuż, fin-nuqqas ta' l-informazzjoni mitluba ma jkunx jqiegħed jonqos milli jgħati informazzjoni importanti dwar infieq pubbliku b'mod trasparenti li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
Response (BORG, JOE)
Infakkar lill-Onorevoli Membru li biex tinġabar l-informazzjoni ddettaljata dwar kull reklam li sar f'dawn l-aħħar tlett snin - kif qiegħed jitlob li jsir - ikun jeħtieġ l-użu ta' riżorsi umani li wkoll jinvolvi nfieq pubbliku.
Jien m'inhiex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni ddettaljata mitluba fil-mistoqsija numru 25312 tiġġustifika li jien nordna li din għandha tinġabar.
Jekk, iżda, l-Onorevoli Interpellant għandu xi provi ta' każi partikulari fejn il-proċeduri ma sarux "b'trasparenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jien nara li jittieħdu l-passi meħtieġa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rnu. 25322, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba:
1) tikkonċerna nfieq pubbliku?
2) biex il-kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn ir-reklami u l-infieq imsemmi qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuz u mingħajr favoritiżmu? u
3) biex il-kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Peress li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuż, fin-nuqqas ta' l-informazzjoni mitluba ma jkunx jqiegħed jonqos milli jgħati informazzjoni importanti dwar infieq pubbliku b'mod trasparenti li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infakkar lill-Onorevoli membru li biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata dwar kull reklam li sar f'dawn l-aħħar tlett snin minn kull dipartiment u kull entita` oħra li jaqgħu taħt il-Ministru - kif qiegħed jitlob li jsir - ikun jeħtieġ l-użu ta` riżorsi umani li wkoll jinvolvi nfieq pubbliku.
Jien m'inix sodisfatt li l-utilita` ta` l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija 25322 tiġġustifika li jiena nordna li din għandha tinġabar.
Jekk, iżda, l-onorevoli interpellant għandu xi provi ta` każi partikulari fejn il-proċeduri ma sarux "b'trasperenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jien nara li jittieħdu l-passi meħtieġa".
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25320, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba:
1) tikkonċerna nfieq pubbliku?
2) biex il-kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn ir-reklami u l-infieq imsemmi qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuz u mingħajr favoritiżmu? u
3) biex il-kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Peress li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuż, fin-nuqqas ta' l-informazzjoni mitluba ma jkunx jqiegħed jonqos milli jgħati informazzjoni importanti dwar infieq pubbliku b'mod trasparenti li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
Response (BORG, TONIO)
Infakkar lill-Onorevoli Membri li biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata dwar kull reklam li sar f`dawn l-aħħar tlett snin minn kull dipartiment u kull entita` oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern - kif qiegħed jitlob li jsir - ikun jeħtieġ l-użu ta` riżorsi umani li wkoll jinvolvi nfieq pubbliku.
Jien m`iniex sodisfatt li l-utilita` ta` l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 25320 tiġġustifika li jien nordna li din għandha tinġabar.
Jekk, iżda, l-Onorevoli Interpellant għandu xi provi ta` każi partikulari fejn il-proċeduri ma sarux "b`trasparenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jien nara li jittieħdu l-passi meħtieġa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rnu. 25319, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba:
1) tikkonċerna nfieq pubbliku?
2) biex il-kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn ir-reklami u l-infieq imsemmi qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuz u mingħajr favoritiżmu? u
3) biex il-kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Peress li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuż, fin-nuqqas ta' l-informazzjoni mitluba ma jkunx jqiegħed jonqos milli jgħati informazzjoni importanti dwar infieq pubbliku b'mod trasparenti li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
Response (BONNICI, JOSEF)
Infakkar lill-Onorevoli Membru li biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata dwar kull reklam li sar f'dawn l-aħħar tlitt snin minn kull dipartiment u kull entita' oħra li jaqgħu taħt kull Ministeru - kif qed jitlob li jsir - ikun jinħtieġ l-użu ta' riżorsi umani li wkoll jinvolvu infieq pubbliku.
Jiena mhux sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata kif mitluba fil-mistoqsija numru 25319 tiġġustifika li jiena nordna li din għandha tinġabar.
Jekk, iżda, l-Onorevoli Interpellant għandu xi provi ta' każi partikulari fejn il-proċeduri ma sarux " bi trasparenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jiena nara li jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg?
Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg?
Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet
Response (BORG, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Onorevoli Prim Ministru għall-Mistoqsija Numru 25568.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg?
Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mill-11 ta’ Settembru, 2000 sat-8 ta’ Mejju 2001 ġew impjegati 884 ħaddiema ġodda fis-Servizz Pubbliku.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella ‘A’ li turi l-informazzjoni mitluba, ministeru ministeru, dwar dawn l-impjieġi. Din it-Tabella tinkludi 466 “Labourer (ex-Impressed Driver)” li kienu diġa jaħdmu mal-Gvern b’mod kuntrattwali għal numru ta’ snin.
Din it-tabella turi wkoll dawk il-ħaddiema ġodda li ġew impjegati f’dipartimenti, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, li jammontaw għal 23.
Ħlief fil-każ tal-466 “Impressed Driver” li ngħataw impjieg permanenti wara li saret rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, il-postijiet l-oħra ntlew wara sejħiet għall-applikazzjonijiet minbarra post wieħed. F’dan il-każ l-persuna ġiet ingaġġata b’kuntratt għal perijodu definit u ġiet approvata minni wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Minbarra fejn hu speċifikat, il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema ġodda huma dawk applikabbli għall-impjegati oħra fis-Servizz Pubbliku.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella ‘B’ li turi l-ħaddiema li ġew impjegati tul l-istess perijodu f’entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi. Dawn l-impjegati ġodda jammontaw għal 25.
Tweġiba dwar ingaġġ li sar minn entitajiet li jaqgħu taħt Ministeri oħra għandha tintalab lill-Ministri konċernati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li kien hemm 205 “transfer” bejn Ministeru u ieħor li ġew approvati mill-“Management & Personnel Office” (MPO), mill-11 ta’ Settembru 2000 sas-26 ta’ April 2001. “Transfers” bejn dipartimenti fl-istess Minsteru jiġu approvati mis-Segretarji Permanenti.
Ir-raġunijiet għat-“transfers” approvati mill-MPO kienu kif ġej:
84 fuq talba ta’ l-impjegati stess
31 fuq talba ta’ l-impjegati li kienu mal-“Maltapost” u li għażlu li
jirritornaw mas-Servizz Pubbliku
6 biex l-impjegat jaqdi d-dmirijiet f’Segretarjat Privat ta’ Ministru jew
Segretarju Parlamentari
84 Minħabba esiġenzi tas-servizz
Minn dipartiment għal ieħor fl-Uffiċċju tiegħi ngħataw 8 “transfers” tul l-istess perjodu. Dawn kienu:
4 fuq talba ta’ l-impjegat stess
2 biex l-impjegati jagħmlu xogħol fis-Segretarjat tiegħi
2 minħabba esiġenzi tas-Servizz
Tagħrif dwar “transfers” li ngħataw minn dipartiment għal ieħor f’Ministeri oħra bl-approvazzjoni tas-Segretarji Permanenti rispettivi jew minn xi entita’ f’Ministeri oħra għandu jintalab lill-Ministri kkonċernati.