Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26692 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Kontijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25357, jista' l-Ministru jgħati lill-Kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluba: 1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku 2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governativi? 3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha? (PQ waslet 22/5/2001)

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25812. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26694 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Kontijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25356, jista' l-Ministru jgħati lill-Kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba: 1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku 2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governativi? 3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha? (PQ waslet 22/5/2001)

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija nru. 25814. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26673 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ingħataw promozzjonijiet jew upgradings fl-AirMalta bejn Settembru 1998 u l-aħħar ta' April ta' din is-sena? Kemm minnhom ingħataw wara li kienet ħarġet sejħa apposta interna għalihom? (PQ waslet 18/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn Settembru 1998 u t-30 ta' April ta' din is-sena kien hemm dawn il-promozzjonijiet jew upgradings fl-Air Malta; 153 wara sejħa għall-applikazzjoni 11 ħatriet ta' Group Heads u Heads 26 piloti 170 wara sostituzzjoni għal tlettax-il xahar.
Leg 9 PQ #26674 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm bħalissa impjegati fl-Air Malta li ingħataw ħatra bħala acting għal grad ogħla u meta, bħala medja, se jagħlaq iż-żmien ta' sena f'ħatra bħal din li allura tikkonfermahom fi grad ogħla? (PQ waslet 18/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm erbgħin impjegat ta' l-Air Malta li qed jagħmlu sostituzzjoni awtorizzata skond Artiklu 6.6.9 tal-ftehim kollettiv. Id-dati effettivi tagħhom ivarjaw minn Awissu 2001 u Ġunju 2002. Il-promozzjoni, kif kienet il-prattika dejjem, issir effettiva wara tlettax-il xahar.
Leg 9 PQ #26677 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Air Malta, sena b'sena bejn Settembru 1998 u l-aħħar ta' April ta' din is-sena; (a) f'impjiegi permanenti; u (b) f'impjieg temporanju jew tas-sajf? (PQ waslet 18/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' ħaddiema ġodda impjegati ma' l-Air Malta bejn April 1998 u Ġunju ta' din is-sena kien kif ġej: PERJODU PERMANENTI TEMPORANJU/PART-TIME April 1998 - Marzu 1999 40 211 Settembru 1998 - Marzu 1999 13 18 April 1999 - Marzu 2000 39 347 April 2000 - Marzu 2001 34 399 April 2001 - Ġunju 2001 47 22 Tajjeb jingħad li dawn il-figuri ma jinkludux ħaddiema barranin u ż-żieda fl-impjiegi staġjonali huwa riżultat ta' aktar xogħol matul dawn l-aħħar sentejn.
Leg 9 PQ #26679 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-impjegati ġodda fl-Air Malta ddaħħlu wara sejħa pubblika, kemm minnhom kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u f'dan il-każ x'kienet il-medja ta' żmien li kien ilhom jirreġistraw qabel iddaħħlu ma' l-Air Malta? (PQ waslet 18/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn Settembru 1998 'l hawn, ġew impjegati tmienja u tletin persuna ma' l-Air Malta wara sejħa pubblika u ħamsa u disgħin persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Rigward kemm dawn kien ilhom jirreġistraw, il-kumpanija nazzjonali ta' l-ajru ma żżommx rekord ta' dan it-tip.
Leg 9 PQ #26681 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm impjegati ta' l-Air Malta li huma sekondati fil-ministeru tiegħu? Kemm ilhom fl-impjieg ma' l-Air Malta, kemm effettivament ħadmu f'xogħol tal-kumpannija u jekk ħadux promozzjonijiet tul iż-żmien ta' secondment? (PQ waslet 18/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa hemm żewġ impjegati ta' l-Air Malta sekondati mal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Wieħed għandu grad ta' messaġġier u ilu sekondat sena u nofs. Il-persuna l-oħra, li ilha sokondata sentejn, għandha l-grad ta' messaġġier u fl-1999 kienet ingħatat promozzjoni għal telephone operator.
Leg 9 PQ #26684 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Hotel Accomodation

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf id-dipartiment tal-hotel accomodation fl-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi? Min huwa l-kap tad-dipartiment? Kemm hemm lecturers/assistant lecturers, full-time u part-time? X'suġġett jgħallmu? Kemm hemm vacancies fl-istaff complement f'dan id-dipartiment? (PQ waslet 22/5/2001)

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi ma hemmx dipartiment tal-hotel accommodation iżda Hotel Accommodation Subjects li jieħu ħsieb it-tagħlim ta’ l-Accommodation Services u Accommodation Operations / Management. Ninsab infurmat ukoll li l-modules f’dan il-kors huma mgħallma minn żewġ (2) full-time lecturers fl-Accommodation Services, tliet (3) full-time lecturers li jgħallmu Accommodation Operations / Management u part-time lecturer li tagħti tagħlim fuq Textiles.
Leg 9 PQ #26665 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Tower Ladder

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hija d-ditta li qed tipprovdi t-tower ladders fl-Enemalta? Jista' jgħid kemm ilu jsir dan l-użu u sal-lum kemm ammontaw il-kontijiet xahar b'xahar? (PQ waslet 16/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-ditta li tipprovdi t-tower ladders lill-Korporazzjoni Enemalta hija "Ta' Falzon Land Rovers Limited". Din id-ditta ilha tipprovdi dan is-servizz minn Awissu 1999. It-tower ladders dejjem inkrew wara li jkunu saru sejħiet għal offerti. Il-ħlasijiet li saru lil din id-Ditta, kull sena, kien kif ġej: 1999 - bejn Awissu u Novembru Lm 8,303 2000 - bejn Jannar u Diċembru Lm31,835 2001 - bejn Jannar u Ġunju Lm21,251 Ta' min jgħid li dawn il-ħlasijiet jinkludu l-vetturi bix-xufier, il-fuel u l-ispejjeż l-oħra. Tajjeb jingħad ukoll li l-ħlas isir biss meta jinkrew il-vetturi.
Leg 9 PQ #26666 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Chairman

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġiet tiswa l-karozza ġdida taċ-chairman tal-Gozo Channel? Tista' tgħid x'ditta hi u jekk ħarġux sejħiet għall-offerti jew intlabux kwotazzjonijiet? Tista' tgħid ukoll xi bżonn inħass li din il-karozza tinxtara? (PQ waslet 16/5/2001)

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant bçx jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #26667 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Għoti ta' Demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-iskema ta' ġurnata off għal ħaddiema li jmorru jagħtu d-demm fl-Enemalta mhux qed tiġi pprattikata? Jista' jgħid jekk itteħditx deċiżjoni li din l-iskema titneħħa? (PQ waslet 16/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-proċedura li għandha tiġi segwita mid-donatur tad-demm waqt il-ħin tax-xogħol, ħlief li t-talba għandha tiġi mressqa u approvata mill-Manager tad-Diviżjoni fejn jaħdem id-donatur.
Leg 9 PQ #26668 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Karozzi tal-Kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni f'kull grad li għamlu użu ta' karozza tal-kiri fl-Enemalta? Jista' jgħid min hi l-kumpannija li qed tipprovdi dawn il-karozzi? Jista' jgħid f'kull każ kemm ilu jsir dan l-użu u sal-lum kemm ammontaw il-kontijiet tal-kiri u tal-fuel xahar b'xahar? (PQ waslet 16/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26670 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni f'kull grad li għandhom għal użu tagħhom l-mobile phone fl-Enemalta? Jista' jgħid f'kull każ kemm ilu jsir dan l-użu u sal-lum kemm ammontaw il-kontijiet? (PQ waslet 16/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-preżent in-numru ta' mobile phones reġistrati f'isem il-Korporazzjoni Enemalta u li qed jintużaw minn impjegati tal-Korporazzjoni jammonta għal tmienja u tmenin. L-impjegati, li ma narax il-ħtieġa li għandi nagħti isimhom, li qed jagħmlu użu minn dawn il-mobile phones jokkupaw dawn il-gradi. Managers, Assistant Managers, Professional Officers tad-diviżjonijiet kollha, Inġiniera u Technical Officers li jaħdmu fis-sezzjonijiet tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku, Compliance Officers u Welfare Officers li jkunu fuq xogħol barra l-Korporazzjoni. L-ewwel sitt mobile phones bdew jintużaw f'Ottubru 2000 u dawn telgħu għal ħdax f'Jannar ta' din is-sena. Minn Frar ta' din is-sena, meta żdiedet il-kompetizzjoni u l-prezzijiet niżlu sewwa, il-Korporazzjoni iddeċidiet li żżid gratatament in-numru ta' mobile phones u tnaqqas ir-radios u l-skytel bl-għan li tiżdied l-effiċjenza. Il-kontijiet globali ta' dawn l-aħħar sebgħa u sebgħin mobile phone kien hekk Frar 2001 Lm1,313 Marzu 2001 Lm1,980 April 2001 Lm2,709 Fl-aħħarnett ta' min jinnota li tmienja u tmenin set ta' mobile phone f'Korporazzjoni li l-operat tagħha huwa mifrux mal-pajjiż kollu u li tħaddem ma' l-elfejn ruħ, li jfisser li anqas minn ħamsa fil-mija ta' l-impjegati jagħmlu użu minn dan is-servizz, ma jistax jitqies li huwa xi lussu.
Leg 9 PQ #26671 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tammonta l-workforce totali fl-Air Malta bħalissa? Kemm mill-impjegati jokkupaw gradi eżekuttivi u x'kienu l-figuri qabel Settembru 1998? (PQ waslet 18/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-work force ta' l-Air Malta fil-31 ta' Mejju ta' din is-sena kienet ta' 2053 li minnhom 209 huma fi gradi eżekuttivi. Fil-31 ta' Awissu 1998, il-work force kienet ta' 1927 li minnhom 187 kienu fi gradi eżekuttivi. Ta' min jinnota li l-persentaġġ ta' ħaddiema fi gradi eżekuttivi relatat mal-work force tista' tgħid li baqa' l-istess.

Donazzjonijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25335, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf? (PQ waslet 14/5/2001)

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25815. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ Mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-Tweġiba tgħodd ukoll għal din.

Donazzjonijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25336, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf? (PQ waslet 14/5/2001)

Response (BORG, JOE)

Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija numru 25816. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.

Donazzjonijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25337, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf? (PQ waslet 14/5/2001)

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onorevoli membru għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Nru. 26144 (Sitt. 560). Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26650 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Donazzjonijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25338, jista' l-Prim Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf? (PQ waslet 14/5/2001)

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 25812.

Sliema — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex ix-xogħol fi Triq Pariso u Triq il-Kurunell William Savona, Tas Sliema, jitħaffef peress li d-dewmien u t-trabijiet qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti? (PQ waslet 14/5/2001)

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li setgħa jsir fi Triq Pariso u l-kurunell William Savona tlesta. Parti mit-Triq Kurunell Savona ma setgħatx tiġi asfaltata għaliex l-iżvilupp f`din il-parti tat-triq għadu ma sarx.
Leg 9 PQ #26653 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diversi ħaddiema li jaħdmu taħt id-dipartimenti tiegħu u li huma involuti f'xogħol diversi fosthom it-toroq, ilhom ma jitħalsu ta' l-overtime għal diversi xhur, saħansitra wħud minnhom xhur? (PQ waslet 15/5/2001)

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li m'hemmx ħaddiema li ilhom xhur ma jitħallsu ta' l-overtime li jkunu ħadmu. Jekk l-Onorevoli Interpellant jispeċifika iżjed inkun nista' ninvestiga aħjar.