Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26812 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija numru 26812 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
Leg 9 PQ #26813 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (DALLI, JOHN)

Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija Nru. 26813 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
Leg 9 PQ #26814 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (GALEA, LOUIS)

Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita` ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija Nru 26814 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
Leg 9 PQ #26815 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Prim Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma nifhimx x’inhi l-utilita’ li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.

Politika Soċjali — Safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien mhinix sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-Mistoqsija Numru 26816 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni l' għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
Leg 9 PQ #26817 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Jien mhinix sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba f'din il-mistoqsija tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
Leg 9 PQ #26721 Sitting 572 2001-07-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-cabin crew temporanji tal-kumpannija Air Malta li mistennija jaħdmu fis-sajf li ġej għadhom ma ġewx offruti l-kuntratt tax-xogħol wara li ilhom impjegati mill-bidu ta' Mejju meta l-liġi tax-xogħol (CERA) tobbliga lil min jimpjega sabiex minnufih mhux talli joffri l-kuntratt tax-xogħol lill-impjegat imma jispjega eżattament dak li qed jiġi offrut? F'dan ir-rigward u ladarba l-group head u d-deputata tiegħu għadhom ma esigwewx dan l-obbligu, jista' l-Ministru bħala rappreżentant tal-gvern li huwa l-major shareholder f'din il-kumpannija li taqa' direttament taħt ir-responsabbilta' tiegħu, jara li tiġi rranġata din is-sitwazzjoni u jittieħdu l-passi kontra min qed jonqos mill-obbligi tiegħu? Jista' l-Ministru jispjega kif min huwa responsabbli jista' jagħmel dawn in-nuqqasijiet meta hu stess qiegħed jgħarbel b'diliġenza lil min jimpjega fi ħdan il-linja nazzjonali Air Malta? (PQ waslet 30/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kumpanija nazzjonali ta' l-ajru tinsab fil-proċess li tiffinalizza dawn il-kuntratti. Madanakollu mhux kull min intagħżel beda jaħdem. Għaldaqstant ma kien hemm ebda nuqqas u l-proċess miexi pass pass mar-reklutaġġ.
Leg 9 PQ #26722 Sitting 572 2001-07-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jiggarantixxi li l-aħħar kandidati magħżula għal cabin crew temporanji mal-kumpannija Air Malta ġew magħżula fuq kriterji stabiliti u mhux b'favoritiżmu jew minħabba rakkomandazzjonijiet politiċi li setgħu saru? Jista' jiggarantixxi wkoll li dawn l-għażliet saru mingħajr ma sar vetting tal-kulur politiku tal-kandidati li resqu għall-intervisti? (PQ waslet 30/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-aħħar kandidati magħżula biex jaħdmu bħala Cabin Crew temporanji ma' l-Air Malta, intagħżlu skond kriterji stabbiliti. Nassigura lill-Onorevoli Membru li dawn ma jinkludux la favoritiżmu u lanqas rakkomandazzjonijiet politiċi.
Leg 9 PQ #26808 Sitting 572 2001-07-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni kif f'intervista relattivament qasira ta' ħames minuti biss sabiex jintgħażlu l-cabin crew temporanju mal-kumpannija Air Malta li saru l-aħħar, il-kandidati ġew imkejla u intervistati b'mod superfiċjali? Jaħseb il-Ministru li dan il-proċess ta' intervisti m'huwiex wieħed professjonali u mhux qiegħed iwassal biex il-kumpannija jkollha l-aħjar riżors uman? Jaħseb il-Ministru li l-intervisti ta' dan it-tip m'huwiex il-mod kif jiġu impjegati l-aħjar fost il-kandidati kif jitlob il-konċett tal-human resources management? (PQ waslet 305/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-każ ta' Cabin Crew temporanji, intervista qasira, bħal ma dejjem sar, hija meqjusa bħala biżżejjed meta wieħed jikkunsidra li l-kandidati jkunu diġa' taw lill-Air Malta l-Curriculum Vitae tagħhom u allura l-Kumpanija diġa' tkun taf x'inhuma l-kwalifiki tal-kandidati. Tajjeb jingħad li fl-intervista ssir l-identifikazzjoni ta' l-abbilta' ta' l-individwu, li meta wieħed ikollu l-esperjenza neċessarja, il-ħin imsemmi huwa meqjus suffiċjenti.
Leg 9 PQ #26809 Sitting 572 2001-07-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Peress li fl-Air Malta ġew approvati designations ġodda, bħal per eżempju, deputy head human resources, jista' l-Ministru jgħid x'delegi ġew miżjuda li jistgħu jiġġustifikaw dawn id-designations ġodda? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li l-linja nazzjonali sofriet nuqqasijiet ta' supplies fuq l-ajruplani waqt it-titjiriet għal perijodu konsiderevoli u għad-detriment tal-passiġġieri, bħal tonic water, headrest covers, sickbags u saħansitra hand refreshments? Min kien responsabbli għal dan in-nuqqas? (PQ waslet 30/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, tajjeb jingħad li d-designation ta' Deputy Group Head m'hijiex ġdida. Din kienet ġiet introdotta fl-1997. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, li ma għandha x'taqsam xejn ma' l-ewwel parti, jiena nfurmat li n-nuqqasijiet imsemmija kienu għal ftit ġranet biss u dan minħabba li kien hemm dewmien fil-wasla tal-provvisti.

MIC — Ġurnal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-ħarġiet kollha tal-ġurnal Crossroads maħruġ mill-MIC? Jista' jgħid f'kull okkażjoni kemm ġie jiswa l-istampar u fejn sar jew min għamlu? Jista' jgħid f'kull okkażjoni kemm ġie jiswa l-artwork u fejn sar jew min għamlu? Jista' jgħid f'kull okkażjoni kemm ġie jiswa l-pustaġġ? Jista' jgħid minn liema fondi qed jiġi ffinanzjat? (PQ waslet 5/6/2001)

Response (BORG, JOE)

Bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26810 magħmula mill-Onorevoli Interpellant, nixtieq ngħid li s'issa kien hemm tmien ħarġiet tal-ġurnal Crossroads maħruġ mill-MIC. Għal kull ħarġa: 1. L-istampar sar mill-Progress Press u ġie jiswa LM290.00 2. L-Artwork sar mill-Istandard Publications u ġie jiswa LM 251.00 3. Il-pustaġġ kien ta' LM 600.00 (20,000 kopja bl-ammont ta' LM0.03 kull gazzetta) Għaldaqstant il-MIC nefqet s'issa LM9,128.00 mill-fondi tagħha fuq il-publikazzjoni Crossroads.

MIC — Ġurnal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-ħarġiet kollha tal-ktejjeb Question and Answer maħruġ mill-MIC? Jista' jgħid f'kull okkażjoni kemm ġie jiswa l-istampar u fejn sar jew min għamlu? Jista' jgħid f'kull okkażjoni kemm ġie jiswa l-artwork u fejn sar jew min għamlu? Jista' jgħid f'kull okkażjoni kemm ġie jiswa l-pustaġġ? Jista' jgħid minn liema fondi qed jiġi ffinanzjat? (PQ waslet 5/6/2001)

Response (BORG, JOE)

Bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26811 magħmula mill-Onorevoli Interpellant, nixtieq ngħid li: 1. L-ewwel fuljett tal-Question and Answer li ħareġ il-MIC ġie stampat għand Gutenberg Printing Press u ġie jiswa LM12,715.15. L-Artwork sar għand JP Advertising u ġie jiswa LM 358.80 u l-pustaġġ sewa LM2,134.04. Dan il-fuljett ġie ffinanzjat mill-fondi tal-MIC. B'kollox saru 160,000 kopja li ġew mibgħuta fid-djar kollha ta' Malta u Għawdex. 2. It-tieni fuljett tal-Question and Answer li ħareġ il-MIC ġie stampat għand il-Gutenberg Printing Press u ġie jiswa LM2,176.00. L-Artwork sar għand MPS Ltd u ġie jiswa LM207.00. Il-pustaġġ sewa LM 657.00. B'kollox saru 30,000 kopja li ġew mibgħuta lill-Business Community. L-ammont totali li ġie jiswa t-tieni fuljett kien għalhekk ta' LM3,040.00. Dan ġie ffinanzjat parti mill-fondi tal-Unjoni Ewropea taħt ir-Raba` Protokoll Finanzjarju (LM 2,383.00) u l-kumplament mill-fondi tal-MIC li bihom tħallsu l-ispejjeż tal-pustaġġ biss ta' LM 657.00.
Leg 9 PQ #26638 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Donazzjonijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25331, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf? (PQ waslet 14/5/2001)

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Numru 25827. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ Mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f’dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26715 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Kontijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25378, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha? (PQ waslet 30/5/2001)

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Numru 25827. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ Mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f’dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26716 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Kontijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25379, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha? (PQ waslet 30/5/2001)

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25813. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26717 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Kontijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25380, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha? (PQ waslet 30/5/2001)

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija nru. 25814. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijet huwa differenti, l-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26718 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Kontijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25381, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha? (PQ waslet 30/5/2001)

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25812. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26719 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kandidati magħżula għall-cabin crew temporanji mal-Kumpanija Air Malta baqawx igawdu mill-istipendju? Jista' jiggarantixi li l-proċeduri u kriterji ta' l-ETC kollha ġew esegwiti u osservati fl-aħħar intervisti li saru fosthom li l-Air Malta għandha l-obblihu li tagħti spjegazjoni lill-istess ETC tal-proċeduri wżati, ta' kif saru l-intervisti, kif saru l-għażliet u għaliex tkun intgħażlet persuna u mhux oħra? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta dawn itbgħatu lill-ETC u jekk huwa possibli jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? (PQ waslet 30/5/2001)

Response (BONNICI, JOSEF)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhuwiex il-kompitu tal-linja nazzjonali ta' l-ajru li tindaga dwar stipendju. Nassigura lill-Onorevoli Membru li l-proċeduri u kriterji mitluba mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ġew esegwiti u osservati kollha meta sar ir-reklutaġġ tal-Cabin Crew temporanji. Peress li ċerta nformazzjoni dwar il-kandidati tista' tkun ta' natura kunfidenzjali, id-dettalji inżammu mill-Air Malta u ma jkunx prudenti li dawn isiru pubbliċi.
Leg 9 PQ #26720 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Gabbani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' gabbani li huma awtorizzati li jbiegħu ikel sħun? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet jinsabu? Jista' jgħid x'kontroll hemm fuq l-iġene u x'inspections isiru u minn min isiru f'dan is-sens? Jista' jgħid ukoll x'servizzi infrastrutturali għandhom, eż. dawl, ilma, drain, eċċ. (PQ waslet 18/6/2001)

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`Malta u Għawdex hawn 34 gabbana koperti b`liċenzja tan-negozju tal-Pulizija li jistgħu jbiegħu ikel sħun. Dawn jinsabu l-Armier, Buġibba, l-Għadira, Għajn Tuffieħa, Ġnejna, Gżira, Ħamrun, Marsalforn, Marsascala, Mġarr, Nadur, Qawra, Qormi, Dwejra, Sliema, San Ġiljan, Valletta, Xagħra, Xlendi, Żejtun. Dwar l-aspett sanitarju u infrastruttali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel dawn il-Mistoqsijiet lill-Ministri kkonċernati.
Leg 9 PQ #26709 Sitting 570 2001-07-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Kontijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25371, jista' l-Prim Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Ma jaħsibx il-Prim Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha? (PQ waslet 29/5/2001)

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25812. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f’dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.