Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27016 Sitting 577 2001-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Karozzi tal-Kiri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 26668?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li sat-30 ta' Ġunju li għadda, l-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta kienu qed jagħmlu użu minn ħamsa u ħamsin karozza tal-kiri. Dawn il-karozzi kienu qed jintużaw fis-sezzjonijiet li ġejjin SEZZJONI NUMRU TA" KAROZZI Meter Room 4 Distrett ta' Ħal Luqa 2 Distrett tal-Mosta 1 Distrett ta' Paola 1 Distrett tal-Belt Valletta 1 Distrett tal-Qawra 2 Distrett ta' Birkirkara 1 Distrett ta' Tas-Sliema 2 Manutenzjoni tas-Substation 2 Żvilupp 3 Ħanut tal-Manutenzjoni 1 Inġiniera tat-Transmission u Distribuzzjoni 13 Inġinier Ċivili 1 Dwal tat-toroq 1 Drawing Office 2 Xogħolijiet 5 Relazzjonijiet Pubbliċi 1 Messaġġiera 1 Kompjuter 1 Imħażen tal-Power Station ta' Delimara 1 Sigurta' 1 Internal Audit 1 Compliance Officers 2 Petrolium 4 Konsulent taċ-Chairman 1 Il-kumpanija li qed tipprovdi dawn il-karozzi hija Percius Car Hire Limited li rebħet il-kuntratt b'seħħ minn Ottubru ta' l-1999 wara sejħa għall-offerti. Il-ħlasijiet għall-karozzi mikrija, xahar b'xahar, kien hekk XAHAR AMMONT Ottubru 1999 Lm4,423 Novembru 1999 Lm4,315 Diċembru 1999 Lm4,483 Jannar 2000 Lm4,310 Frar 2000 Lm4,279 Marzu 2000 Lm4,515 April 2000 Lm4,544 Mejju 2000 Lm4,581 Ġunju 2000 Lm4,720 Lulju 2000 Lm4,709 Awissu 2000 Lm4,709 Settembru 2000 Lm4,687 Ottubru 2000 Lm4,900 Novembru 2000 Lm4,721 Diċembru 2000 Lm4,920 Jannar 2001 Lm5,268 Frar 2001 Lm5,283 Marzu 2001 Lm5,772 April 2001 Lm5,719 Matul is-sena elfejn dawn il-karozzi bejniethom użaw petrol u diesel għall-valur ta' Lm27,348 waqt li bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena il-valur kien jammonta għal Lm15,225.
Leg 9 PQ #27018 Sitting 577 2001-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26666 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm ġiet tiswa l-karozza ġdida taċ-chairman tal-Gozo Channel? Jista' jgħid x'ditta hi u jekk ħarġux sejħiet għall-offerti jew intlabux kwotazzjonijiet? Jista' jgħid ukoll xi bżonn inħass li din il-karozza tinxtara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-deċiżjoni biex tinxtara l-karozza li għaliha qed issir riferenza ittieħdet mill-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel fis-6 ta' Diċembru, 2000. Il-karozza mixtrija, li ntagħżlet wara li nkisbu żewġ kwotazzjonijiet, kienet tal-marka Volvo S80 u nxtrat għall-prezz ta' Lm21,580 inklużi t-taxxi. Minn dan l-ammont tnaqqset is-somma ta' Lm4,000 li hija l-valur tal-karozza tal-marka Volvo 850 li kienet tintuża miċ-Chairman ta' qabel dak attwali u li ingħatat bħala part exchange. Tajjeb jingħad li qabel inxtrat il-karozza attwali, iċ-Chairman tal-Gozo Channel kien qed jagħmel użu mill-vettura li kien juża l-predeċessur tiegħu. Din il-karozza kienet inxtrat fl-1993. Id-deċiżjoni li tinxtara karozza oħra ittieħdet wara li l-Volvo 850 spiss kienet tkun bil-ħsara.
Leg 9 PQ #26830 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tagħlim tal-Mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk meta jkun tlesta l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq, hemmx il-ħsieb li t-tagħlim tal-mediċina jibda jsir minn hemm, ikunx hemm effett fuq il-policy preżenti dwar numerus clausus fil-każ ta' studenti tal-mediċina? (PQ waslet 18/6/2001)

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm il-ħsieb li jinbena post ġdid qrib l-isptar li minn fih joperaw l-iskola Medika u l-Institute of Health Care. In-numerus clausus ilu li tneħħa fil-każ ta' studenti tal-mediċina minn Ottubru 1999.
Leg 9 PQ #26831 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Bajja ta' San Ġorġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jsir il-proġett tal-bajja ta' San Ġorg, f'San Ġiljan, u cioe' li tingata r-ramel? (PQ waslet 18/6/2001)

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #26832 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm huwa n-numru ta' studenti fl-ITS li temmew b'suċċess il-kors tagħhom full-time u part-time matul din is-sena akkademika? Jista' jgħid kemm kien hemm studenti għal kull kors rispettiv? (PQ waslet 19/6/2001)

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li r-riżultati għal din is-sena huma mistennija għall-aħħar ta’ Lulju. Għaldaqstant tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija tingħata aktar 'il quddiem. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #26833 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Dar il-Mediterran - Gradwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fi tmiem iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni ta' l-istudenti ta' l-ITS li saret fis-sala ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi nhar il-Ġimgħa 15 ta' Ġunju, 2001 ma saritx reception kif dejjem sar fil-passat? (PQ waslet 19/6/2001)

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li mhijiex l-ewwel darba li ma ġiex offrut riċeviment fl-okkażjoni taċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni ta’ l-I.T.S.
Leg 9 PQ #26834 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm konsulenti ingaġġati mal-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma dawn il-konsulenti, meta bdew il-konsulenza tagħhom u meta jgħalaq il-kuntratt rispettiv tagħhom? Jista' jgħid separatament xi ħlas qed jirċievu u x'kundizzjonijiet għandhom? (PQ waslet 19/6/2001)

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #26835 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Permessi

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25844, jista' l-Ministru jindaga jekk il-fond imsemmi mhux biss l-ewwel kamra qed tintuża bħala ħanut imma l-fond kollu kemm hu, u eventwalment jekk jirriżulta hekk jieħu l-passi meħtieġa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi kollha li rrifera għalihom bid-data ta' meta dawn inħarġu? Is-sid tal-fond imsemmi għandu l-permessi meħtieġa biex joħroġ fuq barra u fuq il-bankina l-prodotti li jbigħ? Jista' jgħid għandux permess ukoll biex ibigħ il-furniture (mhux qiegħed nirriferi għall-garden furniture)? Peress li jirriżultali li minflok l-ewwel kamra biss qiegħda tintuża bħala ħanut (kif wara kollox jingħad f'mistoqsija parlamentari nru. 25844) imma l-fond kollu, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kontijiet tad-dawl, ilma u telephone humiex jitħallsu b'rati kummerċjali? (PQ waslet 20/6/2001)

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jiena diġa` tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25844. Rigward l-applikazzjoni PA 350/01, ninsab infurmat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar illi din l-applikazzjoni, qed tistenna li tkun determinata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp. Minn naħa tal-Pulizija ninsab infurmat illi l-ewwel kamra tal-post imsemmi mill-Onor. Interpellant qed tintuża bħala ħanut, filwaqt li l-kumplament tal-post jintuża` bħala store ta` merkanzija relatata mal-liċenzja, li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif jidher minn din il-kopja tal-liċenzja, waħda mill-kundizzjonijiet hija li ma titpoġġiex merkanzija barra mill-post. Din il-liċenzja tkopri wkoll bejgħ ta` 'loose furniture'. Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-aħħar parti ta` din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #26824 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija Nru. 26824 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
Leg 9 PQ #26825 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 26825 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.

Affarijiet Barranin — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (BORG, JOE)

Jien m'inhiex sodisfatt li l-utilita` ta` l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-Mistoqsija Numru 26815 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
Leg 9 PQ #26827 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Pubblikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 25547? (PQ waslet 12/6/2001)

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub inġabar iżda peress li t-tweġiba li waslet mill-Awtorita’ tat-Turiżmu kif ukoll l-elenku ta’ pubblikazzjonijiet ġie miktub bl-Ingliż, intbagħtet lura biex tiġi maqluba għall-Malti.
Leg 9 PQ #26829 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' impjegati li ġew impjegati maċ-Ċivil b'kuntratt mill-10 ta' Settembru 2000 sal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ħaddiema li ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku b’kuntratt bejn l-10 ta’ Settembru 2000 u 28 ta’ Ġunju 2001 huwa ta’ 95.

Guztizzja u Gvern Lokali — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (GATT, AUSTIN)

Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita` ta` l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija Nru. 26818 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
Leg 9 PQ #26819 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien m’inhix sodisfatt li l-utilita’ ta’ l-informazzjoni dettaljata mitluba f’din il-mistoqsija tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara’ l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.

Trasport — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija Nru. 26820 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.

Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 25530? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dar ta' l-Imtarfa ġiet mibnija f'żewġ fażijiet u l-ispiża rispettiva għamel tajjeb għaliha l-Kumitat tal-Welfare. Peress li preżentament il-files relatati ma' dan il-proġett jinsabu għand id-Direttur tal-Verifika, mhinix f'pożizzjoni li nagħti d-dettalji ta' l-ispiża totali f'dan l-istadju. In-numru ta' residenti attwali huwa 110.
Leg 9 PQ #26822 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Tista' l-Ministru tgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jien m’iniex sodisfatta li l-utilita’ ta’ l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija Nru. 26822 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
Leg 9 PQ #26823 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (BORG, TONIO)

Jien m`iniex sodisfatt li l-utilita` ta` l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-Mistoqsija Nru. 26823 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.