Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27367 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm fid-dipartiment ta' l-ambjent u f'liema kariga huma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent huma dawn: Director 1 Chief Scientific Officer 1 Engineer (Mechanical) 1 Senior Scientific Officer 1 Assistant Director 1 Junior Legal Officer 1 Principal Environment Officer 2 Environment Officer 9 Environment Inspector 10 Principals 4 Assistant Principalis 2 Executive Officer 8 Clerks 6 Senior Postman 3 Postperson 3 Messengerial 1 Bld./Trd./Man 1 Senior Tradesman 1 Technical Officer 1 Industrial (Group 2 - Men) 10 Industrial (Group 2 - Women) 2 Labourers 2 Health Att. Group B 2 Casuals/Typist 1 Art & Graphic Technician 1 Photographer 1 Under Contract 3 TOTAL 77
Leg 9 PQ #27368 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — CITES

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna fl-aħħar għaxar snin tressqet il-qorti fuq ksur tal-liġi ta' CITES (The Convention of the International Trading of Endangered Species)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21656, kien hemm 4 persuni oħra. Dawn kienu ġejjin mill-Libja u Tuneżija.
Leg 9 PQ #27349 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Pubblikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħati tweġiba kompleta ta' mistoqsijiet parlamentari nru. 26827 u 25547?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Peress li parti mill-informazzjoni mitluba mill-Awtorita’ tat-Turiżmu hi ta’ natura kummerċjali, qed jingħata biss l-ammont kumplessiv tan-nefqa.
Leg 9 PQ #27355 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Bajja San Ġorġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jsir il-proġett tal-bajja ta' San Ġorg, f'San Ġiljan, u cioe' li tingħata r-ramel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-proġett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed tieħu ħsiebu l-Awtorita' tat-Turiżmu. Għalhekk, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ċentri ta Matul il-Jum

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ġie ngaġġat il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bħala l-persuna li se tkun nkarigata miċ-Ċentri ta' Matul il-Jum li bħalissa jagħmlu parti mid-Dipartiment għall-Kura tal-Anzjani? Kif ġie magħżul u min għamel l-għażla? Xi grad ingħata u lejn min huwa responsabbli? X'tip ta' kuntratt ingħata u x'inhi d-deskrizzjoni tax-xogħol tiegħu? X'salarju ġie mgħoti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata ma' ġietx ingaġġata biex tkun inkarigata miċ-Ċentri ta' Matul il-Jum. Wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet, din il-persuna ġiet l-ewwel fil-proċess ta' l-għażla biex jiġi mpjegat Manager, Supported Living Division mal-Fondazzjoni għas-Social Welfare Services. Ninsab infurmat ukoll li din il-persuna għad ma ġietx inġaġġata.

Ċentri ta' Matul il-Jum

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet immedjati u futuri għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum inkluż il-ħaddiema governattivi? Qegħdin jiġu kkonsultati l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, it-Trade Unions?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet immedjati u futuri għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum huma li jitwaqqfu tlett Ċentri żgħar ġodda fil-komunita', jiġu ngaġġati aktar support workers u professional support workers kif ukoll jitwettqu programmi ġodda għall-klijenti. Il-kapijiet taċ-Ċentri kif ukoll l-impjegati qegħdin jiġu nformati u kkonsultati dwar dawn it-tibdiliet meħtieġa biex jitjiebu s-servizzi ta' matul il-jum.

Consultant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif u min għażel il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bħala Training Consultant għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum? X'salarju għandha u x'tip ta' kuntratt ingħatat? X'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha u lejn min hija responsabbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26546. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol tal-persuna konċernata.
Leg 9 PQ #27204 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul l-aħħar sena kien hemm nuqqas ta' gwardjani tad-dwana ma' postijiet fejn huwa meħtieġ skond il-liġi li jkun hemm presenza ta' gwardjani tad-dwana? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn kienu dawn l-okkazjonijiet? Jista' jgħid x'wassal għal dan in-nuqqas u min kien responsabbli?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-użu tal-gwardjani tad-Dwana jsir skond il-prijoritajiet li jkunu stabbiliti fid-dawl tal-ħtiġijiet u n-nies li jkun hemm għad-dispożizzjoni. Naturalment kollu jrid isir fil-kuntest li ma jinħolqux spejjeż mhux ġustifikati għax faċli ssolvi xi diffikultajiet billi ddaħħal nies bl-overtime.
Leg 9 PQ #27205 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Freeport

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex fil-Gate fejn ikun hemm il-ħaddiema tad-dwana tal-freeport jiġu installati immedjatament il-faċilitajiet sanitarji kif wara kollox tesiġi il-liġi tax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fuq l-istess suġġett għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 22853. Irrid inżid li xorta waħda d-Dwana għamlet arranġament mal-Freeport biex issir extension mal-Gaurd Room preżenti biex il-faċilitajiet sanitarji mitluba jsiru fiha.
Leg 9 PQ #27206 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ħal Far Groupage Complex

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li ninsab infurmat li d-dipartiment tad-dwana irċieva diversi proposti għall-tibdil fis-sistema tar-rilaxx tal-merkanzija f'Ħal Far Groupage Complex, jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu f'dan ir-rigward? Jista' jgħid jaħsibx li dawn il-proposti huma validi u jekk fl-affermativ meta huwa mistenni li jiġu fis-seħħ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa fl-interess ta' kull min hu nvolut illi jittieħdu dawk il-passi kollha possibbli fiċ-ċirkustanzi biex jitjiebu l-kontrolli u tonqos il-possibilita' ta' abbużi. Dan hu proċess kontinwu u s-suċċess ta' kull proċedura li tiddaħħal għal dan il-għan jibqa' ftit jew wisq jistrieħ fuq il-kontribut u l-integrita' ta' kull min għandu xi responsabilita' fil-proċess kollu. F'dan il-kuntest qed jittieħdu passi biex ikunu implimentati xi proċeduri ġodda biex ikomplu jissaħħu l-kontrolli f'Hal Far.
Leg 9 PQ #27026 Sitting 578 2001-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AEC Supervisors

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-AEC Supervisors u dawk kollha li ħadmu fl-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għadhom ma tħallsux?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-“Assistant Electoral Commissioners”, “Supervisors” u dawk kollha li ħadmu fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ser jitħallsu matul dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #27150 Sitting 578 2001-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-persuni impjegati bħala communications/media executives/offices fi ħdan kull ministeru u segretarju parlamentari? Meta ġew ingaġġati? Kemm qed jitħallssu f'salarju u fringe benefits? Dawn kollha għandhom l-istess kuntratt? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kuntratt minnhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li hemm 14-il uffiċjal li għandhom il-ħatra ta’ “Communications Co-Ordinator” fis-Segretarjat Privat ta’ Ministru jew Segretarju Parlamentari. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Ministeri/Segretarjati Parlamentari li għandhom il-“Communications Co-Ordinator” bid-dati rispettivi li fihom dan l-uffiċjal ġie ngaġġat. Is-salarju u “fringe benefits” li dawn qegħdin jitħallsu kif ukoll “specimen” tal-kuntratt li wieħed minnhom għandu, huma kif stabbiliti fid-Dokument li kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra dwar “Staff in Private Secretariats” nhar is-16 ta’ Ġunju 1999 .

E-government

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ivvotati flus fil-budget 2001 biex jitwettaq il-proġett għall-e-government? Kemm intnefqu sa issa minn dawn il-flus allokati? Kemm huwa stmat li se jqum b'kollox dan il-proġett meta jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-flus ivvotati għat-twettiq tal-Proġett ta` l-e Government għas-sena 2001 ġew allokati taħt il-voti ta` l-Uffiċju tal-Prim Ministru, nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Internet Service Providers

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-kumpanniji li f'Ġunju 2001 kienu reġistrati bħala internet service providers (ISP)? Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom abbonati bejniethom? Hemm applikazzjonijiet pendenti għal liċenzji ta' ISP?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l- Internet Service providers huma: Fastnet, Webwaves, Kemmunet, ESI, Euroweb, Telemail, Mednet, Waldonet, NextGen, Melitanet, Maltanet, Camline, RIM 2000, MITTS, IT & T u Primatele. Jien infurmat ukoll li bħalissa m'hemm l-ebda applikazzjoni pendenti għal liċenzi ġodda għal Internet Service Providers. Dwar l-ewwel parti tad-domanda nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari Nru. 27217.
Leg 9 PQ #27202 Sitting 578 2001-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Shift

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gwardjani tad-dwana ilhom għal dawn l-aħħar 6 xhur ma' jitħallsu tat-tmien siegħat extra tax-shift? Jista' jgħid meta ser isir dan il-ħlas u jekk huwiex jsir skond kif kien isir qabel?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġett tal-mistoqsija jirrigwardja l-personal tal-Customs Class u mhux lill-Gwardjani biss. Il-ħlas ta' dawn it-tmien sigħat extra tax-shift mhux aktar sostenibbli fil-kuntest tal-kontrolli li qed isiru fuq ħlas ta' overtime u għalhekk trid tkun indirizzata din il-problema. Qed isiru diskussjonijiet dwar dan u mistenni li jkun hemm żviluppi dalwaqt.
Leg 9 PQ #27203 Sitting 578 2001-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ħaddiema tad-Dwana

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-ħaddiema tad-dwana li għandhom ħlas b'lura dovut lilhom tas-sahra, jitħallsu mill-aktar fis possibli. Jaf l-Ministru li hemm min għandu jieħu ħlass b'lura tas-sahra mill-1999?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jidhirx li hemm ħlas ta' sahra ta' l-1999 li għadu dovut. Mill-banda l-oħra qed isir kull sforz biex is-sistema kompjuterizzata li tipproċessa dawn il-pagamenti jsirulha l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa biex xi ħlas li forsi għadu dovut minħabba aġġustamenti li jridu isiru b'riżultat ta' xi inputting ta' data mhux korretta ikun jista' jsir.
Leg 9 PQ #26836 Sitting 577 2001-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mjpegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jammonta in-numru ta' mpjegati li ġew impjegati mas-Settur Pubbliku mill-10 ta' Settembru 2000 sal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ mpjegati li daħlu fis-Servizz Pubbliku mill-10 ta’ Settembru, 2000 sat-28 ta’ Ġunju 2001 huwa 1191 (li jinkludu 466 “ex-Impressed Drivers”, 209 Għalliema, 40 “Care Workers”, 70 “Enrolled Nurses”, 100 Staff Nurses u 56 Pulizija) waqt li 1068 spiċċaw minn mal-Gvern fl-istess perijodu. Dawn il-figuri ma jinkludux ħaddiema b’kuntratt definit, każwali jew “part-time”. Ma’ entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ġew impjegati 37 ħaddiem li 7 minnhom iddaħħlu b’kuntratt definit. B’kollox telqu 29 persuna fl-istess żmien. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq xi informazzjoni dwar korporazzjonijiet/entitajiet pubbliċi oħra, huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri responsabbli.
Leg 9 PQ #26921 Sitting 577 2001-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Overtime

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 26537?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li konsulenti ngaġġati fuq kuntratt definit huma ntitolati biss għall-remunerazzjoni kif provdut fil-kuntratt li jiffirmaw. Ma hemm l-ebda konsulent fil-Ministeri u fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħthom, li għamlu u ġew imħallsa ta’ “overtime” tul l-aħħar sentejn.
Leg 9 PQ #26923 Sitting 577 2001-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tħallas bħala stipendju kull student tal-ITC matul din s-sena akkademika 2000/1

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Toroq

Question

B'referenza għall-rapport li deher fil-ġurnal 'Il-Mument' ta' l-24.06.01 fl-aħħar paġna jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq arterji u sekondarji li qiegħed issir xogħol fuqhom? Jista' f'kull każ jgħid kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa x-xogħol, min qed jgħamlu u jekk ingħatax b'direct order jew b'tender?

Response (GALEA, ĊENSU)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta diġa mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 25306. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f`seduta oħra.