Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Proximus hijiex tagħmel xi xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru tiegħu, jew xi kumpanija, agenzija jew entita oħra li taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: X'inhu t-tip ta' xogħol? Kif saret l-għażla tal-kumpanija? Jekk saritx sejħa għall-offerti jew inkella ingħatax b'direct order? Meta l-entita' bdiet tagħmel użu mis-servizzi ta' din il-kumpanija? Xi ħlas sar lil din il-kumpanija min mindu din ingħatat ix-xogħol? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija fit-12 il-xahar li ġejjien? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija sat-terminu tal-kuntratt, fejn huwa l-każ? Xi inhuwa it-terminu tal-kuntratt fejn huwa l-każ?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-kumpanija Proximus mhix tagħmel xogħol ta’ relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru jew ma’ xi aġenzija jew entita’ oħra li taqa’ taħt id-dikasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Proximus hijiex tagħmel xi xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru tiegħu, jew xi kumpanija, agenzija jew entita oħra li taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: X'inhu t-tip ta' xogħol? Kif saret l-għażla tal-kumpanija? Jekk saritx sejħa għall-offerti jew inkella ingħatax b'direct order? Meta l-entita' bdiet tagħmel użu mis-servizzi ta' din il-kumpanija? Xi ħlas sar lil din il-kumpanija min mindu din ingħatat ix-xogħol? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija fit-12 il-xahar li ġejjien? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija sat-terminu tal-kuntratt, fejn huwa l-każ? Xi inhuwa it-terminu tal-kuntratt fejn huwa l-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi la l-Ministeru ta` l-Intern u l-ebda Dipartiment/Entita` li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma għamlu użu mis-servizz tal-kumpanija li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Proximus hijiex tagħmel xi xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru tiegħu, jew xi kumpanija, agenzija jew entita oħra li taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: X'inhu t-tip ta' xogħol? Kif saret l-għażla tal-kumpanija? Jekk saritx sejħa għall-offerti jew inkella ingħatax b'direct order? Meta l-entita' bdiet tagħmel użu mis-servizzi ta' din il-kumpanija? Xi ħlas sar lil din il-kumpanija min mindu din ingħatat ix-xogħol? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija fit-12 il-xahar li ġejjien? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija sat-terminu tal-kuntratt, fejn huwa l-każ? Xi inhuwa it-terminu tal-kuntratt fejn huwa l-każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-I.P.S.E. appuntat lill-Kumpanija Proximus għas-servizzi ta' relazzjonijiet pubbliċi tal-"launch campaign" tal-Business Incubation Centre ta' Kordin. Is-servizzi li din il-Kumpanija tat f'din l-okkażjoni kien ta' organizzar ta' seminar u relazzjonijiet pubbliċi. L-għażla saret wara li saret sejħa għall-offerti mingħand ħames kumpaniji. L-użu tas-servizzi ta' din il-Kumpanija sar bejn April u Ġunju ta' din is-sena. Il-Kumpanija irċeviet Lm1,207.50ċ bħala ħlas għas-servizzi li tat. Peress li l-kuntratt ta' din il-Kumpanija intemm fit-30 ta' Ġunju li għadda, l-ebda ħlas ma huwa mistenni li jsir fit-tnax-il xhar li ġejjin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema li jaħdmu full-time u part-time f'pajjiżna? Jista' jgħid minn dawk full-time kemm minnhom għandhom paga minima?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qiegħda fil-proċess li tiffinaliżża l-ewwel ċensiment dwar dawk kollha li għandhom xogħol part-time, kemm bħalha l-uniku mpjieg tagħhom kif ukoll bħalha mpjieg sekondarju. Dan l-eżerċizzju mistenni jintemm fi ftit ġimgħat oħra u wara nkun nista' nagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija.
Il-Korporazzjoni ma żżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ż-żjara fostna tal-Prim Ministru Irlandiż? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti l-infiq?
Response (BORG, JOE)
Żjarat fil-livell ta' Prim Ministru huma koordinati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-Ministeru tiegħi kien responsabbli li jipprovdi għat-trasport kollu matul iż-żjara tal-Prim Ministru Irlandiż. In-nefqa totali għal dan is-servizz kienet tammonta għal LM1,479.45.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna kellha konessjoni jew ħanut tal-ġojellerija (jewellery) f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli. Pero` ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 374 persuna li għandha liċenzja tan-negozju tal-Pulizija għall-bejgħ ta` ġojellerija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir DNA testing biex jiġu magħrufa speċi protetti bis-CITES? Kemm-il persuna hi mħarġa biex tagħmel dan ix-xogħol? Qatt inqabad xi ħadd permezz ta' DNA testing fuq speċi protetti bis-CITES?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija m`għandhiex persuni mħarrġa sabiex isir DNA testing kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ma kellhiex każijiet fejn inqabad xi ħadd permezz ta` dan it-tip ta` test.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema li min Settembru 1998 sal-lum ġie terminat l-impjieg tagħhom jew irriżenjaw mill-impjieg tagħhom, kemm minn mal-Gvern (inkluż iċ-Ċivil), korpi Parastatali, Ażjendi li l-Gvern b'xi mod għandu sehem fihom, awtoritajiet u kull entita' li taqa' b'xi mod taħt ir-responsabilita' tal-gvern, u dan dejjem skond ir-rekords tal-ETC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet mid-dwana bi speċi protetti taħt il-liġi CITES f'dawn l-aħħar ħames snin? X'kienu l-ispeċi? Fejn inqabdu l-airport jew is-seaport?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid l-ispeċi protetti bħal fkieren, ġlud ta' tjur u annimali, pjanti jew speċi oħra li jkunu konfiskati xi jsir minnhom wara li l-qorti tiddeċiedi s-sentenza ta' konfiska?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mid-dipartiment ta' l-ambjent biex jaġġorna ruħu fuq il-liġi ta' CITES?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim CITES huwa ftehim dwar il-kummerċ internazzjonali dwar speċi ta' flora u ta' fawna mhedda. (Convention on International Trade in Endangered Species of Flora and Fauna). L-għan ta' dan il-ftehim huwa li jikkontrolla l-kummerċ ta' dawk l-ispeċi li huma mhedda li għax jekk dan ma jkunx ikkontrollat dawn l-ispeċi jistgħu jinqerdu.
Speċi li jidhru jew jinstabu fil-gżejjer Maltin u li huma jinstabu fil-kummerċ u għalhekk huma mniżżla f'xi lista ta' dan il-ftehim CITES jinkludu, l-fkieren tal-baħar kollha, d-dniefel u l-balieni, t-tajr tal-priża u l-kokk kollha, kif ukoll xi speċi ta' borok. Dawn l-ispeċi kollha huma misjuba f'xi waħda mit-tlett listi ta' dan il-ftehim CITES.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ispeċi fl-abitat Malti mniżżla taħt il-liġi ta' CITES?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn mindu fl-1989 Malta ssieħbet fil-ftehim tas-CITES (Ftehim dwar Kummerċ Internazzjonali ta' Speċi ta' Flora u ta' Fawna Mhedda), mill-ewwel ittieħdu passi biex jitfasslu u jiġu ppubblikati regolamenti li l-għan tagħhom huwa li jonoraw l-obbligi li l-pajjiż għandu taħt dan il-ftehim.
Għandi l-pjaċir ukoll ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Malta hija meqjusa fost l-aqwa membri fejn dan il-ftehim huwa osservat, imħaddem u inforzat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna fl-iskwadra ta' l-administrative law enforcement tal-pulizija, dwana, dipartiment tal-protezzjoni ta' l-ambjent jew l-Armata ngħataw courses fuq: (1) il-ħarsien tal-liġijiet ambjentali; (2) il-ħarsien tal-konvenzjoni internazzjonali CITES?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 10 membri tal-Korp tal-Pulizija li huma stazzjonati fit-Taqsima ta` l-Administrative Law Enforcement li ngħataw taħriġ dwar l-infurzar tal-liġi CITES. Dwar it-Taqsimiet l-oħra msemmija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.