Legislature:
Category:
Reset
Active:

Amabaxxata Maltija — Awstralja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi tibdil strutturali fil-bini ta' l-ambaxxata l-ġdida Maltija fl-Awstralja ta' O'Malley f'Canberra? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid kemm intefqu flus biex twettaq dan ix-xogħol? Jista' l-Ministru jgħid biex sar dan ix-xogħol strutrali kienx hemm il-permessi meħtieġa mil-awtoritajiet Awstraljani? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-irċevuti tal-ispejjeż li saru f'dan ir-rigward, il-pjanti u l-applikazjonijiet preżentati lill-Awtoritajiet Awstraljani biex jingħata permess biex ikun jista' jsir ix-xogħol u kopja tal-permessi biex seta jsir ix-xogħol?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta għall-ewwel parti hija fl-affermattiv. Ntefqu A$32,987.80 għax-xogħol ta' tibdil strutturali. Ir-risposta għat-tielet parti tal-Mistoqsija hija fl-affermattiv. Ma narax il-ħtieġa li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba mill-Onorevoli Interpellant sakemm ma tingħatax raġuni għal din ir-rikjesta.

High Commission

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-bini ta' l-uffiċju il-qadim tal-High Commission tal-Awstralja li hemm ġo La' Perouse St. Red Hill Canberra? Jista' jgħid jekk dan il-bini inbihx jew għadux għal bejgħ? Jekk il-post huwa għal bejgħ, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux reklami f'dan ir-rigward u jekk saritx tabella mal-post li tindika dan? Jekk din il-propjeta għada ma' inbiegħetx, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm dan?

Response (BORG, JOE)

Il-bini ta' l-uffiċċju l-qadim tal-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Canberra ser ikun għall-bejgħ u għal dan il-fini qed jiġi ppreparat tender document, li jinsab fi stadju avanzat ta' tħejjija. Għalhekk s'issa għadhom ma sarux reklami.

Ambaxxata Maltija — Awstralja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-parti tal-bini ta' fuq ta' l-Ambaxxata l-ġdida Maltija fl-Awstralja ta' O'Malley f'Canberra huwiex qed jintuża bħalha residenza minn xi individwi? Jekk fl-affermattiv min qiegħed jgħix hemm u kemm titħallas kera f'dan ir-rigward?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta għall-ewwel parti tal-Mistoqsija hija fl-affermattiv. Ir-residenza hija okkupata mid-Deputat Kummissarju Għoli u l-familja tagħha. Ta' din l-akkomodazzjoni pprovduta mill-Gvern, l-uffiċċjal iħallas 25% tal-Global Emoluments kif stipulat fil-Conditions of Service for Officers Serving Overseas.

Ambaxxata Maltija — Awstralja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtratx xi għamara, appliances, ħwejjeġ tal-bjankerija u oġġetti oħra simili għall-bini tal-ambaxxata l-ġdida Maltija f'Canberra l-Awstralja matul din l-aħħar sena? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-ispejjeż u jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-irċevuti tal-ispejjeż li saru f'dan ir-rigward?

Response (BORG, JOE)

Matul din l-aħħar sena nxtraw diversi oġġetti għall-bini ta' l-ambaxxata l-ġdida Maltija f'Canbera u għar-residenza tad-Deputat Kummissarju Għoli. L-ispiża għax-xiri ta' dawn l-oġġetti kienet ta' AUD$9,378.80. Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed jintalbu kopji ta' l-irċevuti ta' l-ispejjeż, ma nara l-ebda skop li npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.

Children's Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li applikazzjoni għaċ-Children Allowance ta' persuna li d-dettalji tagħha qiegħed tagħha qiegħed nibgħat separatament għadha m'ġietx ipproċessata minkejja li ilha preżentata aktar min tlett xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Leg 9 PQ #30620 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm opqbra vakanti fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Kemm hemm applikazjonijiet pendenti għal xiri ta' oqbra fiċ-Ċimiterja tal-Addolorata? Xi proċedura tintuża biex dawn l-oqbra jinxtraw? Kif jintgħażlu dawk li lilhom jiġu allokati b'xiri l-oqbra? Hemm il-ħsieb li jiġi estiż iċ-ċimiterju tal-Addolorata b'bini ta' oqbra ġodda? Jekk fl-affermativ, meta huwa maħsub li dan isir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fiċ-Ċimiterju ta` l-Addolorata preżentament m'hemmx oqbra/siti għal oqbra, għal bejgħ. Numru ta` applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta` oqbra fl-istess ċimiterju issa laħaq l-1912 l-applikazzjoni. Il-proċedura li tintuża biex oqbra jinxtraw ilha bla mittiefsa għal ħafna snin. Kull applikazzjoni tiġi l-ewwel reġistrata, ġo reġistru fejn jiġu enumerati. Meta jkun hemm oqbra ġodda għal bejgħ jew xi oqbra oħra vakanti dawn jiġu allokati skont tali lista. L-applikant ikkonċernat jiġi nformat b'dan, b'ittra uffiċjali. Is-sit allokat jiġi ndikat lill-applikant b'numru. Wara jsir il-kuntratt neċessarju min-nutar tal-Gvern. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninforma li d-Dipartiment qiegħed fil-proċess biex jagħmel applikazzjoni mal-Planning Authoruty biex jiġi estiż iċ-Ċimiterju ta` l-Addolorata.
Leg 9 PQ #30442 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fond Black Russian

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li żewġt bozoz li diġa hemm installati fi Triq il-Kahwiela, Żabbar, biswit il-fond Black Russian mhux qed jixgħelu minkejja li ilhom installati madwar sentejn? Jista' jgħid meta huwa maħsub li dawn jinxtegħlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi nvestigat, u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #30494 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li s-sidien ta' propjeta', li l-istess sidien ma humiex abitanti fiha, u li din il-propjeta' kienet b'ċnus għand il-knisja u li issa qiegħda għand il-Joint Office jistgħux jifdu ċ-ċens ta' din il-propjeta' għand il-Joint Office?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċnus li jitħallsu fl-Uffiċċju Konġunt u li jistgħu jinfdew huma dawk kif imsemmija fid-diskors tal-budget u fl-istqarrija għall-istampa li ħarġet wara l-budget ta` din is-sena dwar bejgħ ta` proprjeta` li kienet tal-Knisja. Għar-rigward proprjeta` oħra, trid issir talba u tiġi kunsidrata fuq il-merti tagħha.

Joint Office — Ċens

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li s-sidien ta' propjeta', li l-istess sidien ma humiex abitanti fiha, u li din il-propjeta' kienet b'ċnus għand il-knisja u li issa qiegħda għand il-Joint Office jistgħux jifdu ċ-ċens ta' din il-propjeta' għand il-Joint Office?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Leg 9 PQ #30123 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Benefiċċji għal-Kura Medika

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 29576, peress li l-Ministru talabni l-awtorizzazzjoni tal-persuni involuti, u peress li din l-awtorizzazzjoni qiegħed issa nibgħata separatament ma' din il-mistoqsija, jista' l-Ministru jagħtini l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari nru. 29576 anke forsi b'mod personali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-persuna illi isimha ntbagħat separatament hija obbligata li tħallas għal kura u s-servizzi mogħtija fl-isptar San Luqa billi ma tikkwalifikax għal eżenzjoni skond l-Avviż Legali 147 ta' l-1989.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-gvern ikompli bil-miżura li kien beda Gvern Laburista 96-98 biex il-pensjonati ex-Servizzi Ingliżi jingħataw il-pensjoni sħiħa kif wara kollox imwiegħed elezzjoni wara l-oħra mill-Partit Nazzjonalista sa' mill-1987 'l hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet tiegħi dwar dan is-suġġett fil-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 17719, 12069, 6278, 6218.
Leg 9 PQ #30027 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Spiżerija — Propjeta tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kamra li hemm fi Triq il-Mediterran, Pembroke fit-triq li hemm quddiem l-ispiżerija li tagħti lejn l-ixtajta u li bħalissa hija okkupata hijiex propjeta tal-Gvern u allura min qed jokkupa għandux il-permessi meħtieġa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kamra li hemm ftit il-ġewwa mit-triq li twassal għax-xatt ta` Pembroke fil-fatt hija tal-Gvern u skond ir-records tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern mhix mikrija. Qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji sabiex jinbdew proċeduri ta` żgumbrament kontra min qed jokkupa din il-kamra illegalment.
Leg 9 PQ #30028 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju — Propjeta tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx oqbra projeta tal-Gvern fiċ-Ċimiterju Ta' Braxia? Jekk fl-affermativ, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmżx il-ħsieb li dawn l-oqbra jiġu mibjugħa? Jekk fl-affermativ, meta huwa maħsub li dan issir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li preżentament fiċ-Ċimiterju Ta' Braxia m'hemmx oqbra proprjeta tal-Gvern.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu dwar rapporti riċenti li saru lid-Dipartiment tad-Djar minn residenti dwar familja li l-partikolarijiet tagħha qed jintbagħtu separatament bl-aħħar rapport datat 21 ta' Novembru 2001 u dwar il-każ miftuħ għand id-Dipartiment tad-Djar bin-numru tar-referenza 18743? Jista' jgħid wkoll jekk il-bini li qed isir mill-istess familja fil-komun tal-istess blokk għandux il-permessi meħtieġa? Jaf l-Ministru li saru diversi rapporti fl-Għassa tal-Pulizija ta' San Ġiljan dwar dan il-każ fosthom każ bin-numru 6N/4302/1999

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ebda Dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi mhu responsabbli li jagħti 'clearance' biex inkwilini f'bini tal-Gvern jagħmlu xi xogħol f'bini bħal dan. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29971 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITTS

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-aċċess għall-website http://eswtc.com mis-server tal-MITTS mhux qed ikun permess meta din il-website hija sempliċiment site sportiva u bl-ebda mod ma' tmur kontra il-liġi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-“website” http://eswtc.com ma teżistix. Madankollu nassumi li l-Onorevoli Nterpellant qed jirreferi għall-website http://www.eswfc.com li hija l-“website” ta’ klabb tal-futbol lokali. Effettivament, l-aċċess għal din il-“website” kien qed jiġi restritt b’mod awtomatiku mis-“server” tal-MITTS minħabba li din kienet ikklassifikata bħala “Adult/Sexually Explicit” “website” mis-“surf control” internazzjonali. Fejn ċirkustanzi simili jiġu rraportati lis-Service Call Centre tal-MITTS, dawn ir-rapporti jiġu analizzati, u konsegwetament l-aċċess jiġi miftuħ wara li ssir sottomissjoni lis-“surf control centre” biex il-“website” tiġi riklassifikata.
Leg 9 PQ #29794 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Pubblikazzjoni On Site

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-pubblikazzjoni on site? 1) Jista' jgħid kemm-il kopja ġiet stampata? 2) Fejn sar l-artwork u kemm sewa? 3) Fejn sar il-printing u kemm saru? 4) Kemm intefaq f'postaġġ biex ġie iddistribwit?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-"On Site" kienu ppubblikati erba' darbiet. Rigward l-ewwel u t-tieni pubblikazzjoni nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25545 (Seduta 550), filwaqt li l-informazzjoni dwar it-tielet ur-reba' pubblikazzjoni hija kif tidher hawn taħt: Nru. 3 Nru. 4 ___________________________________________________________ Kemm Jiswa Lm1700.00 Lm1700.00 Nru. ta' Kopji 10,000 10,000 Artwork/Printing Harrild Printing Harrild Printing Press Co. Ltd. Press Co. Ltd. Pustaġġ Lm339.00 Lm655.00
Leg 9 PQ #29576 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Benefiċji għal-Kura Medika

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li jeżisti ftehim dwar kura medika bejn Malta u l-Ingilterra, u peress li l-persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija illha Malta 20 sena sħaħ u peress li hija l-common law wife ta' ċittadin malti, jekk din il-persuna tibbenefikax minn kura medika b'xejn fl-isptarijiet maltin, speċjalment fejn jidħlu każi ta' emerġenza? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex kont li ntbgħat lil din il-persuna ta' kura medika li ħadet fl-isptar San Luqa (dettalji mehmuża) jiġi kkanċellat? Jista' jieħu l-passi wkoll biex mandat ta' qbid li sar jiġi mħassar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #29610 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Swieqi — Triq Ġdida fi Triq il-Keffa

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex id-Dipartiment tas-Sanita' jaġġixxi biex garage li hemm faċċatta tal-fond Springfield fi Triq Ġdida fi Triq il-Keffa, Swieqi jitnaddaf min ġrieden mejta u jieħu passi wkoll biex jintefa' valenu ħalli jiġu kkontrollati il-ġrieden li hemm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li uffiċċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika żaru il-garage indikat fil-preżenza tal-persuna li għamlet l-ilment. Għalkemm is-sid mhux magħruf, instab ġurdien wieħed mejjet li tneħħa fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi. Sar ukoll trattament għal kontra l-ġrieden fl-istess garage u għandu jsir trattament fl-inħawi fil-ġranet li ġejjin minn uffiċċjali ta` r-Rodent Control Section ta` l-istess Dipartiment biex il-ġrieden jiġu kkontrollati.
Leg 9 PQ #29662 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċident tat-Traffiku

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 29486, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-video recordings li rrefera għalihom? Peress li l-Ministru ikkonferma li mill-video recordings irriżżulta li fil-ħin tal-inċident kienu għaddejjin xi vetturi, jista' jikkonferma jekk jirriżultax wkoll li waħda min dawn il-vetturi ostakolat jew għafset fis-sewqan lil individwu b'konsegwenza li seħħ l-inċident kif ġie allegat mill-individwu ivolut, b'mod pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi peress li l-video recordings li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma parti minn investigazzjoni tal-Pulizija, ma nħossx li hu opportun li dawn ikunu ppubbikati.
Leg 9 PQ #29486 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċident tat-Traffiku

Question

B'referenza għall-inċident tat-traffiku fil-Furjana xi xhur ilu li kellha persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija parlamentari, jista' l-Ministru jgħid: 1) X'tip ta' investigazzjonijiet saru? 2) Kemm il-persuna ġiet interogata u x'irriżulta min kull interogazjoni? 3) Ġiet identifikata l-karozza li l-persuna allegat li rassitha 4) Fost l-investigazzjoni li saret sar x'użu minn video cassette ta' xi close circuit camera? 5) Jekk fl-affermativ, x'irriżulta minn dan il-cassette? 6) Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-każ imsemmi sarx breathalyser test mill-pulizija fuq il-persuna? 7) Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-każ imsemmi sarx breathalyser test fl-isptar fuq il-persuna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inċident tat-traffiku li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, qiegħed ikun investigat skond il-liġi. Matul il-kors ta` din l-investigazzjoni l-Pulizija kellmet xi persuni, kif ukoll sar stħarriġ ieħor, fosthom użu ta` video recordings ta` security cameras fl-inħawi ta` fejn seħħ l-inċident. Kif jien infurmat, minn dawn kien ikkonfermat li fil-ħin li seħħ l-inċident, kienu għaddejjin xi vetturi minn din it-triq, pero` minħabba l-kwalita` tar-recordings, dawn il-vetturi ma setgħux ikunu identifikati. Dwar l-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija, skond il-liġi breathalyser test isir meta uffiċjal tal-Pulizija jkollu suspett raġonevoli li persuna taħt l-effett tal-alkoħol, tkun qed issuq vettura. Ninsab infurmat illi f`dan il-każ ma kienx hemm dan is-suspett u għalhekk ma sarx il-breathalyser test.