Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32454 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sliema — Skola Primarja - Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex studenta li dettalji tagħha qiegħed nibgħat separatament ma' din l-interpellanza u li tattendi l-iskola Primarja ta' tas-Sliema u li bħalissa qed tirċievi s-servizz ta' facilitator fuq bażi part-time tibda tingħata dan is-servizz fuq bażi full-time?

Response (GALEA, LOUIS)

L-għoti ta' appoġġ speċjali lil studenti bi bżonnijiet speċjali ma jiġix deċiż mill-Ministru iżda minn Statementing Moderating Panel wara konsultazzjoni ma' kull min hu involut inkluż il-ġenituri u l-ispeċjalisti.
Leg 9 PQ #32455 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imrieħel — Permessi ta' Stampar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm grages u fabbriki li għandhom il-permess ta' xogħol ta' stampar (Press) fil-Qasam Industrijali tal-Imrieħel? Jista' jgħid f'dan ir-rigward jekk fl-aħħar sena sarux inspections mill-pulizija biex ikun mgħaruf jekk hemm'x minhom li qed jifunzjonaw bla permessi meħtieġa? Jekk fl-affermattiv x'irriżulta u x'passi eventwali ittieħdu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #32253 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — Użu tal-Helicopter

Question

Jista' l-Prim Ministru jivverifika b'liema awtorita' l-Kmandant tal-Armata ddeċieda li l-kumpanniji privati li isimhom u d-dati qed jingħataw b'mod separat, jużaw il-helicopter għal finijiet kummerċjali mingħajr ma jħallsu għas-servizz mogħti lilhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Kmandat tal-Forzi Armati ddeċieda li ma jitlobx ħlas għas-servizz tal-“helicopter” fiż-żewġ każi msemmija minħabba li fl-ewwel każ it-talba kienet mill-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent għal xogħol uffiċjali waqt li t-tieni talba kienet minn Din l-Art Ħelwa.
Leg 9 PQ #32255 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — Għajnuna mill-Gvern Ċiniż

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 31143, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-istudju issa tlestiex? Jekk ir-risposta hija fil-pożittiv, jista' jgħid allura meta ser issir it-talba uffiċjali lill-Gvern Ċiniż biex l-għajnuna mwegħda tissarraf f'benefiċċju għall-Armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li r-rakkomandazzjoni definitiva tal-Forzi Armati għada mhix lesta.
Leg 9 PQ #32257 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — Post ta' Storeman

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 31145, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-indiviwu msemmi li skond dik il-mistoqsija mhux qed jaħdem ta' storeman, kif qiegħed jitħallas t'hekk meta fl-istess ħin suldati oħrajn li kienu ilhom kkwalifikati, ħadu snin biex jibdew jitħallsu kif suppost?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30002 f’seduta 668 fil-11 ta’ Diċembru 2001. Ninsab infurmat li l-individwu msemmi ġie mogħti xogħol ta’ “storeman”.

Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 31271, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħa immedjati id-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u d-Dipartiment tas-Servizz Soċjali dwar il-każ tal-persuna msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, ngħataw struzzjonijiet li l-persuna konċernata tingħata direttament pagament bħala Għajnuna Soċjali fid-Dipartiment sakemm jiġi stabbilit indirizz fejn ikun jista' jintbgħatilha ċ-ċekk. Fir-rigward tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ninsab infurmat li l-każ qed jiġi investigat.
Leg 9 PQ #31362 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Cottonera Watefront Group

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni u tielet parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 31231 li oriġinarjament saret lil Ministru għal Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u cioe jista' jgħid x'obbligi għandu l-Cottonera Waterfront Group f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Environmental Impact Assessment tal-proġett tal-Yacht Marina skond il-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Front f'Ġunju 1999? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dawn l-obbligi ġewx imwettqa skond il-ftehim milħuq? Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, x'inhi r-raġuni għala dawn l-obbligi ma ġewx imwettqa?

Response (BORG, TONIO)

Il-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-'Cottonera Waterfront Group' f`Ġunju 1999 jobbliga lill-'Cottonera Waterfront Group' biex tissottometti Environmental Impact Assessment għall-Yacht Marina tal-Kottonera. Dan irid isir skond termini maħruġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Il-'Cottonera Waterfront Group' issottomettit dan l-Impact Assessment fl-Lulju 2001 u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar bagħtet il-kummenti tagħha fil-bidu ta` Novembru 2001. Mill-kummenti ta` l- Awtorita` jidher li hemm ħtieġa għal aktar informazzjoni u kjarifika speċjalment rigward l-aspetti arkeoloġiċi. Fil-fatt il-'Cottonera Waterfront Group' issa tat l-informazzjoni kollha li hi kellha mill-kumpanija barranija li wettqet l-istudju arkeoloġiku u bħalissa d-Dipartiment tal-Mużewijiet flimkien ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed jevelwaw din l-informazzjoni. Fil-ġimgħat li ġejjin il-'Cottonera Waterfront Group' ser tissottometti wkoll informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar rigward studji oħra li jiffurmaw parti mill-'Environmental Impact Assessment'. Huwa biss wara l-għeluq tal-proċeduri kollha meħtieġa li wieħed ikun jista` jevelwa jekk il-konsorzju mexiex jew le ma` l-obbligi kollha li l-istess konsorzju għandu mal-Gvern.

Frekwenzi

Question

B'referenza għat-tweġiba parlamentari nru. 31129, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' dawn il-konsulenti, minn liema organizazzjonijiet ġejjin, kif ġew appuntati mill-Gvern Malti għall-konsulenza dwar it-third generation, u kemm tħallsu tax-xogħol tagħhom? Jista' jgħid meta r-rapport se jkun kunsidrat mill-Gvern u ttieħed azzjoni dwaru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-konsulenti huma Arthur D. Little Limited, dawn ġew appuntati permess ta' kuntratt u l-ħlas s'issa kien ta' GBP57,500. Rigward l-aħħar mistoqsija jien infurmat li l-konsulenti għadhom jaħdmu fuq ir-rapport li mistenni li jiġi finaliżżat għall-aħħar ta' dan ix-xahar. Għaldaqstant il-Gvern ikun f'pożizzjoni li jieħu azzjoni wara li jikkonsidra r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali.

Telefonija Ċellulari — Third Generation

Question

B'referenza għal tweġiba parlamentari nru. 31125, jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ operaturi tat-telefonija ċellulari f'Malta għandhomx il-jedd li joffru servizzi tat-tip Third Generation? Jekk iva, dan huwa stipulat fil-liċenzja tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ż-żewġ operaturi tat-telefonija ċellulari mobbli għandhom liċenzja technology neutral biex joffru servizzi tat-telefonija mobbli. Biex dawn l-operaturi jkunu jistgħu joffru servizz tat-tip third generation, dawn jeħtieġu li jakkwistaw il-frekwenzi neċessarji għall-għoti ta' dan is-servizz mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili.
Leg 9 PQ #31440 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Konsulenti/Advisors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħadmu u qed jaħdmu, jew ġew ingaġġati konsulenti u advisors mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn il-konsulenti u x'salarju irċevew jew qed jirċievu?

Response (BORG, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #31441 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar tnax il-xahar, xahar b'xahar, kemm inqatgħu servizzi tad-Dawl u Ilma mill-Enemalta lil stabilimenti kummerċjali, lukandi u entitajiet oħra simili minħabba li ma ħalsux il-kontijiet dovuti lill-Enemalta? Jista' jgħid b'kollox kemm kienu jammontaw dawn il-kontijiet? Jista' jgħid wkoll kemm l-Enemalta għandha tiġbor flus f'kontijiet mingħand il-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul kull xahar tas-sena l-oħra in-numru ta' entitajiet kummerċjali li kellhom il-provvista tad-dawl sospiża kien kif ġej Jannar 3 Lulju 2 Frar 12 Awissu 6 Marzu 10 Settembru 12 April 11 Ottubru 7 Mejju 11 Novembru 6 Ġunju 7 Diċembru 16 Il-Korporazzjoni ma żżommx statistika ta' l-ammont li jkun dovut mill-entitajiet kummerċjali fuq il-provvista ta' l-elettriku tkun ġiet sospiża. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ta' min jgħid, li kif jirriżulta mill-estimi tal-Korporazzjoni li ġew diskussi fil-Parlament ftit tal-ġranet ilu, matul is-sena finanzjarja li għaddiet l-Enemalta ħarġet kontijiet għall-konsum ta' elettriku fl-ammont ta' Lm48 miljun. Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant il-kontijiet dwar konsum dejjem ikunu cycle b'lura.
Leg 9 PQ #31230 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'obbligi għandu l-Cottonera Waterfront Group f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Environmental Impact Assessments tal-Proġett tal-Kottonera skond il-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Front f'Ġunju 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-kuntratt tat-2 ta' Ġunju 1999 jobbliga lil Cottonera Waterfront Group biex iwettaq kull studju u jipprovdi kull informazzjoni rikjesta mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex ikun jista' jiġi segwit il-proċess ta' l-ippjanar.
Leg 9 PQ #31231 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'obbligi għandu l-Cottonera Waterfront Group f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Environmental Impact Assessment tal-proġett tal-Yacht Marina skond il-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Front f'Ġunju 1999? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dawn l-obbligi ġewx imwettqa skond il-ftehim milħuq? Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, x'inhi r-raġuni għala dawn l-obbligi ma ġewx imwettqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31230, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31167 u cioe jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex persuna li dettalji tagħha qiegħed nibgħat separatament tingħata akkomodazjoni urġentament peress li din ilha homeless mill-15 ta' Gunju 2001 u peress li din il-persuna għandha ħamest itfal u tarbija oħra ġejja fid-dinja? Peress li din il-persuna kienet kostretta li tibgħat lit-tfal tagħha f'istitut peress li m'għandiex fejn iżżomhom u peress li din il-persuna lanqas qed tirċievi l-benefiċċji soċjali biex tkun tista' tgħix hi u tgħajjex lil uliedha, jista' jintervjeni sabiex is-sitwazzjoni ta' din il-persuna tiġi rimedjata? B'referenza għall-istess PQ nixtieq ninforma lill-Ministru li l-każ tressaq ukoll quddiem l-Ombudsman u sar rapport ieħor lill-Pulizija datat 27 ta' Jannar 2001 (koppji tar-rapporti qed jinbagħtu separatament)

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-informazzjoni li nghatat, jirriżulta li l-persuna konċernata kienet alloġġjata f'waħda mix-shelters pero' telqet minn hemmhekk mingħajr ma tat raġuni u saħansitra ħalliet ħwejjiġha fil-post. Il-każ ġie riferut lill-aġenzija Appoġġ kif ukoll lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għal azzjoni meħtieġa.

Telefonija Cellulari — Third Generation

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-operaturi tat-telefonija cellulari f'Malta għandhomx liċenzja biex joperaw servizzi bis-sistema Third Generation jew 3G? Jekk iva, meta ngħatat il-liċenzja? Jista' jpoġġi kopja tal-liċenzja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent l-operaturi tat-telefonija ċellulari m'għandhomx liċenzja maħruġa taħt il-Kap. 399 tal-Liġijiet ta' Malta biex joperaw servizzi bis-sistema Third Generation jew 3G.

Frekwenzi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-operaturi tat-telefonija cellulari f'Malta għandhomx il-frekwenzi biex joperaw servizzi bis-sistema Third Generation jew 3G? Jekk iva, meta ngħataw il-frekwenzi u taħt liema kundizzjonijiet? Jekk le, x'inhi l-pozizzjoni tal-Gvern f'dan ir-rigward?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Telegrafija Mingħajr Fili appunta konsulenti ta' fama nternazzjonali biex jagħtu parir lill-Gvern dwar l-allokazzjoni u t-tqassim tal-frekwenzi għat-telefonija ċellulari tat-Tielet Ġenerazzjoni (3G). Il-konsulenti lestew abbozz ta' rapport li qiegħed jiġi kkunsidrat mill-Gvern.

Telefonija Cellulari

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tal-fatt li pajjiżi barranin għamlu rkantijiet biex ibiegħu l-liċenzji għal servizzi ta' telefonija cellulari tat-tieled ġenerazzjoni (3G), x'inhu l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar l-għoti ta' dawn il-liċenzji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 31128.
Leg 9 PQ #31132 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Kunsill Lokali San Ġwann

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk xogħol li sar ta' qtugħ ta' blat, bini ta' ħajt quddiemu u taraġ fil-ġenb fi Triq il-Kokka, San Ġwann, liema xogħol sar mill-Kunsill Lokali San Ġwann għandux il-permessi meħtieġa? Jekk fl-affermativ, jista' jgħid meta saret l-applikazzjoni u x'numru ta' referenza għanda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret, irriżulta li sar xi xogħol mill-Kunsill Lokali fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant. Dan ix-xogħol kien jikkonsisti minn bini ta` ħajt (retaining wall) u taraġ. Il-Kunsill ħass li għandu jsir dan ix-xogħol temporanju sabiex jiġi eliminat perikolu għal pubbliku li juża din il-parti tal-lokalita` u fil-frattemp jiġi rranġat aċċess eżistenti bir-riġel (taraġ) minn parti tat-triq għal oħra. Skond informazzjoni li ġabret is-Sezzjoni ta` l-Infurzar, l-istess Kunsill ser jgħaddi biex jibda konsultazzjoni uffiċjali ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u mad-Dipartimenti responsabbli mit-Toroq u mit-Trasport sabiex tinstab soluzzjoni permanenti rigward id-differenza sostanzjali li teżisti bejn il-livelli fuq iż-żewġ partijiet ta` l-istess triq sabiex din tkun tista` tinfetaħ għat-traffiku. Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tikkonsidra li x-xogħol li sar temporanjament jikkwalifika bħala żvilupp permess taħt Klassi 3.1(i)(ii) tad-'Development Notification Order' (DNO) u ser tibqa` issegwi il-każ sa ma jkun hemm soluzzjoni permanenti.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex persuna li dettalji tagħha qiegħed nibgħat separatament tingħata akkomodazjoni urġentament peress li din ilha homeless mill-15 ta' Gunju 2001 (rapport tal-Pulizija u tal-Housing annessi) u peress li din il-persuna għandha ħamest itfal u tarbija oħra ġejja fid-dinja? Peress li din il-persuna kienet kostretta li tibgħat lit-tfal tagħha f'istitut peress li m'għandiex fejn iżżomhom u peress li din il-persuna lanqas qed tirċievi l-benefiċċji soċjali biex tkun tista' tgħix hi u tgħajjex lil uliedha, jista' jintervjeni sabiex is-sitwazzjoni ta' din il-persuna tiġi rimedjata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

High Commission

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-uffiċju tal-High Commission ta' Canberra (locally employed)? Kemm hemm full-timers u kemm hemm casuals? Jista' l-Ministru jgħid kull ħaddiem kemm jitħallas ta' xogħolu u b'liema sistema jitħallas? Jista' jgħid kemm minnhom jitħallsu bis-sistema cash in hand?

Response (BORG, JOE)

Fil-Kummisjoni Għolja ta' Malta ġewwa Canberra hemm jaħdmu sebgħa (7) locally employed, erbgħa (4) full timers u tlieta (3) casuals. Żewġ impjegati full time jitħallsu A$1,088 kull ġimgħatejn, wieħed jitħallas A$1.022 kull ġimgħatejn u impjegata waħda titħallas A$914 kull ġimgħatejn. Fil-każ ta' l-impjegati casual, waħda tithallas A$25 fis-siegħa fil-waqt li t-tnejn l-oħra jitħallsu A$20 fis-siegħa. Dawn l-impjegati kollha jitħallsu b'direct credit għajr tnejn li jitħallsu b'cheque. Ma jirriżultax li hemm xi mpjegat li qed jitħallas bis-sistema cash in hand.