Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34832 Sitting 776 2002-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija kemm damet taħdem mall-ministeru jew xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'impjieg kellu u x'kariga jokkupa? Kemm dam impjegat u x'tip ta' kuntratt kellu? X'tip ta' xogħol kien jagħmel? Kemm kien jammonta s-salarju u l-perkaċċi oħra din il-persuna kien jgawdi minnhom? Jista' jgħid xahar b'xahar, kemm kienet il-paga, overtime u allowances oħra li din il-persuna kienet tieħu kemm damet imjegata fil-post imsemmi? Jista' jgħid għaliex tterminat l-impjieg ta' din il-persuna? Jista' jgħid jekk il-prim ministru kienx involut jew konsultat fid-deċiżjoni tat-terminar ta' l-impjieg ta' din il-persuna? Jista' jgħid jekk il-każ għat-terminar tal-impjieg tal-persuna msemmija wassalx biex jittieħdu passi legali u eventwalment hemmx xi kawża pendenti l-qorti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-8 ta' Settembru 1998 sa llum, il-persuna li qed issir riferenza għaliha qatt ma' kienet impjegata fil-Ministeru jew f'xi wieħed mid-dipartimenti jew entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #34807 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija taħdimx mall-ministeru jew xi wieħed mid-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'impjieg għandu u x'kariga jokkupa? Kemm ilu impjegat u x'tip ta' kuntratt għandu? X'tip ta' xogħol jagħmel? Kemm jammonta s-salarju u l-perkaċċi oħra li din il-persuna jgawdi minnhom? Jista' jgħid xahar b'xahar, kemm kienet il-paga, overtime u allowances oħra li din il-persuna kienet tieħu kemm ilha mjegata fil-post imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija mpjegata ma' waħda mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Fil-preżent din il-persuna tifforma parti mis-Segretarjat Privat tiegħi u għandha l-grad ta' Secretariat Officer. Din il-persuna bdiet tifforma parti mill-istaff tas-Segretarjat b'effett mid-9 ta' Settembru 1998 u l-kuntratt li għandha huwa l-istess bħal dak li għandu kull Secretariat Officer li qed jaqdi d-doveri tiegħu f'Segretarjat Privat ieħor. Ix-xogħol li tagħmel din il-persuna, kif ukoll is-salarju, benefiċċji jew allowances li tirċievi, huma l-istess bħal dawk li jirċievi kull impjegat ieħor li għandu l-istess grad. Għaldaqstant, il-paga, benefiċċji u allowances li din il-persuna irċeviet kull xahar kemm ilha taħdem fis-Segretarjat huma simili għal dawk li irċeviet kull persuna oħra li hija mpjegata bħala Secretariat Officer fi kwalunkwe Segretarjat Privat ta' Ministru.
Leg 9 PQ #34808 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema jew ingaġġati konsulenti fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Ottubru 1998 'l hawn? Jista' f'kull każ jgħid: Min huma l-persuni li ġew impjegati? X'impjieg jew kariga ingħataw? X'salarju qed jirċievu? F'kull każ meta ġew impjegati? F'kull każ meta ġew impjegati? F'kull każ humiex b'kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ xi kwalifiki għandhom? Kemm minnhom u min minnhom ġew impjegati wara sejħa pubblika jew interna? Kemm minnhom ġie impjegat mingħajr sejħa pubblika jew interna?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba eżawrenti tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34827 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

B'riferenza għall-kopji ta' ittri dwar każ riferut fl-istess ittri li kopja tagħhom qiegħed nibgħat ma' din il-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu dwar l-allegati irregolaritajiet u abbużi msemmija fl-ittri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant il-Pulizija ħadet il-passi skond il-liġi u anke hemm proċeduri quddiem il-Qorti li għad m`humiex konklużi.

Ġustizzja

Question

B'riferenza għall-kopji ta' ittri dwar każ riferut fl-istess ittri li kopja tagħhom qiegħed nibgħat kopja tagħhom ma' din il-mistoqsija, u peress li waħda mill-ittri hija mibgħuta lilek bħala ministru, tista' tgħid x'passi ittieħdu dwar l-allegati irregolaritajiet u abbużi msemmija fl-ittri?

Response (GATT, AUSTIN)

Dan il-Ministru m'ghandux x'jaqsam mal-kwistjoni mqajjma fl-ittri li qed jirreferi ghalihom l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #34737 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

B'riferenza għall-klawsoli 5 u 11 taċ-ċirkolari Ene/420/2/99 maħruġa mill-human resources manager tal-Enemalta fl-14 ta' Lulju 1999 għall-mili ta' post vakant ta' senior compliance officer (1), jista' l-Ministru jgħd kif il-persuna magħżula qiegħda taħdem bix-shift u mhux id-day duty basis kif stipulat fil-klawsoli 5 u 11 taċ-ċirkolari msemmija? Jista' jgħid ukoll kemm dan qed jiswa aktar finanzjarjament lill-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-Senior Compliance Officer qatt ma ħadem il-ħinijiet stabbiliti mill-Korporazzjoni Enemalta għall-ħaddiema li jkun bid-day duty u sa llum ħadd ma esprima ruħu dwar dan. Rigward l-aspett finanzjarju tat-tibdil li sar, il-persuna ikkonċernata tkun intitolata għall-istess benefiċċju mgħottija lill-membri l-oħra tas-Sezzjoni tal-Compliance.
Leg 9 PQ #34738 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Studju Barra Minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-ħaddiema li jaħdmu f'xi wieħed mid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li ntbagħtu jew marru jistudjaw barra l-pajjiż matul dawn l-aħħar 4 snin? Jista' jgħid kemm minn dawn marru fuq studju konness mat-turiżmu u f'kull każ kemm kien il-perjodu li damu jistudjaw barra? Jista' jgħid kemm minn dawn baqgħu jitħallsu l-paga mill-ministeru fl-istess ħin li kienu fuq dan l-istudju? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn, wara li ġew lura Malta mill-istudju baqgħu jaħdmu fil-ministeru, dipartiment jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv fejn kienu qegħdin jaħdmu preżentement u jekk fin-negativ x'kienet ir-raġuni biex ma jibqgħux jaħdmu mal-ministeru, dipartiment jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba dettaljata tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34739 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

MTA

Question

B'riferenza għall-memo maħruġa mill-MTA fis-7 ta' Jannar 2002 iffirmata minn Anthony Portelli b'sejħa interna speċifikament għall-ħaddiema tal-MTA u l-entitajiet li hi responsabbli minnhom għal senior executive mal-enforcement section tal-istess MTA, jista' l-Ministru jispjega kif dawn il-vaganzi ġew mimlija minn ħaddiema mid-dipartiment tas-sanita' meta dawn ma kienux ħaddiema mid-dipartiment tat-turiżmu jew mill-MTA? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema li ġew ingaġġati f'dan l-impjieg u xi kwalifiki konnessi mat-turiżmu għandhom? Jista' jgħid min fil-ministeru tat-turiżmu jew f'xi wieħed mid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ħa din id-deċiżjoni u fuq liema bażi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-ebda ħaddiem mid-Dipartiment tas-Sanita’ ma’ ġie ngaġġat u lanqas seta’ jiġi ngaġġat mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu b’konsegwenza tal-Memo intern li jġib id-data tas-7 ta’ Jannar 2002. Ħadd ma ntagħżel wara din is-sejħa nterna. Mill-ħamsa li ġew reklutati tnejn intgħażlu minn fost dawk mibgħuta għall-interview mill-ETC u ħamsa oħra wara li saret sejħa pubblika (ETC Permit 89/2002) permezz ta’ avviżi fil-ġurnali. Il-kwalifiki neċessarji huma dawk pubblikati fl-avviżi msemmija. Infurmat li kull min intagħżel għandu l-kwalifiki meħtieġa kif ukoll l-esperjenza mitluba. L-intervisti saru minn Bord ta’ tlieta minn nies li jokkupaw kariga għolja fl-Awtorita’. Wara li l-Bord għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dawn ġew aċċettati u approvati miċ-Chief Executive tal-MTA. Il-persuni magħżula huma E. Agius, D. Bonello, A. Cutajar, C. Cini Vella, I. Cilia, V. Micallef u M. Zerafa.
Leg 9 PQ #34740 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Beach Cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li numru sostanzjali ta' beach cleaners ingħataw transfer minn mad-dipartiment għal mad-dipartiment tas-saħħa? Jista' jgħid jekk biex isiru dawn it-transfers kienx jenħtieġ l-aprovazzjoni tat-transfers? Jista' l-Ministru jgħid min fil-ministeru tat-turiżmu jew f'xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ħa din id-deċiżjoni u fuq liema bażi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Niforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34741 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Beach Cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel ix-xogħol fix-xtajtiet li kienu jagħmlu l-ħaddiema li ġew trasferiti mid-dipartiment tal-beach cleaners? Jista' jgħid kemm qed jiswa finanzjarjament fuq bażi annwali x-xogħol li qed issir u jekk inħarġietx sejħa pubblika biex jintgħażel min qed jagħmel dan ix-xogħol? Jista' jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet li ngħataw lil min qed jagħmel ix-xogħol fosthom il-perjodu fis-sena li dan irid jagħmel ix-xogħol u kemm ġranet huwa marbut li jagħmel l-istess xogħol? Jista' jgħid min fil-ministeru tat-turiżmu jew f'xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ħa din id-deċiżjoni u fuq liema bażi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li wara li l-ħaddiema li qabel kienu “impressed” ġew reklutati fit-taqsima tal-Beach Cleaning in-numru ta’ ħaddiema qabeż dak meħtieġ. Infurmat ukoll li x-xogħol li kienu jagħmlu l-ħaddiema li ġew trasferiti mill-Beach Cleaning Section qed isir mill-ħaddiema l-oħra li hemm fl-istess sezzjoni. Ix-xogħol tat-tindif tax-xtut isir minn ħaddiema tal-Gvern li jirċievu salarju skond il-grad tagħhom. Nitlob lill-Onor. Membru jiċċara l-kumplament tal-Mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #34799 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS Restaurant

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'din l-aħħar sena kemm kienu jammontaw in-numru ta' ikliet, (snacks, lunches, dinner, etc.) inkluż ix-xorb li ingħataw fuq bażi complimentery f'Pembroke restaurant tal-ITS? Jista' jgħid f'kull okkażjoni min kienu l-persuni li kielu b'complimentary f' dan ir-restaurant u kemm mistiedna kellhom magħhom? Jista' jgħid minn dawn kemm kienu ħaddiema, konsulenti, chairmen, jew diretturi fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min jikkontrolla l-attendenza tax-xogħol ta' ħaddiema tal-gvern assenjati mal-kunsilli lokali u fejn dawn jiffirmaw l-attandence sheet tagħhom? Jista' jgħid min jagħmel supervision waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

L-attendenza tal-ħaddiema tal-Gvern assenjati mal-Kunsilli Lokali hija ikkontrollata mill-istess Kunsilli Lokali. L-attendance sheet tiġi ffirmata fil-Kunsill Lokali u din tintbagħat lid-Distrett konċernat tad-Divizjoni tax-Xogħolijiet. Is-supervizjoni waqt il-ħin tax-xogħol issir mill-Kunsill Lokali kif ukoll mill-iSpettur tad-Diviżjoni tax-Xogħiliet u dan skond kif ġew infurmati l-Kunsilli Lokali meta sar l-assenjar fl-1 ta` Ottubru 1997. Il-proċess tad-dixxiplina tal-ħaddiema assenjati baqa` skond ir-Regolamenti tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tal-gvern li huma assenjati mal-kunsilli lokali jistgħux jirċievu ħlasijiet fil-format ta' inċentiv jew forma oħra, (apparti l-paga li jieħdu mingħand l-istess gvern), għax-xogħol li jsir waqt il-ħin normali tax-xogħol kif ukoll għax-xogħol li jsir mill-istess ħaddiema wara l-ħin normali tax-xogħol? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhuma l-proċeduri addottati mid-dipartiment tal-kunsilli lokali u mitluba li jiġu implimentati mill-kunsilli lokali f'dan ir-rigward?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma' l-assenjar tal-haddiema tal-Gvern, il-Kunsilli Lokali gew infurmati biex jinghata xoghol ta' natura ta' manutenzjoni generali u l-haddiema kellhom ukoll jigu motivati biex jaghmlu x-xoghol mitlub minnhom. Xoghol li jsir mill-haddiem wara l-hin normali tax-xoghol jigi rimunerat skond ir-regolamenti tax-xoghol, pero ma gew addotti ebda proceduri biex il-haddiema jircievu xi hlasijiet fil-format ta' incentivi jew forma ohra apparti l-paga normali.
Leg 9 PQ #34493 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżjara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk b'eventwali ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jkunux jistgħu jiġu f'Malta spiżjara barranin u jiftħu spiżeriji mediċi? Jista' jgħid jekk f'din l-eventwalita, ikunx hemm il-bżonn tal-permess ta' l-awtoritajiet Maltin u dan peress li sal-lum biex tinfetah spiżerija medika jenħtieġu permessi speċjali peress li n-numru huwa restrit? Fil-kuntest tal-ftehim li l-gvern għamel mal-EU dwar il-free movement of persons jista' jgħid jekk ċittadin mill-pajjiżi tal-EU bi professjoni ta' spiżjar ikunx jista' jiġi u jiftaħ spiżerija u jiprattika ta' spiżjar mingħajr in-neċessita' ta' permess tal-gvern Malti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bl-eventwali sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea, spiżjar minn pajjiż membru ta` l-Unjoni jkun jista` jaħdem f'Malta bħala spiżjar, la darba jkun issodisfa r-rekwiżiti biex jirreġistra mal-Bord ta` l-iSpiżjara u jingħata l-warrant tal-prattika mill-President tar-Repubblika kif isir mal-ispiżjara Maltin. Dwar il-ftuħ ta` spiżeriji minn spiżjara barranin, tali spiżjara jkunu jridu jissodisfaw l-istess kriterji u kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw applikanti Maltin. Għaldaqstant, kwalunkwe permess meħtieġ u kwalunkwe restrizzjoni imposta biex tinfetaħ spiżerija li tapplika għall-applikanti Maltin tkun tgħodd bl-istess mod għal applikant minn pajjiż membru ta` l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #34494 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Invigilators/Supervisions

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' invigilators u supervisions (kemm għall-eżamijiet tal-Matsec, eżamijiet ta' barra, u m'humiex) li kienu ħaddiema tad-dipartiment ta' l-eżamijiet matul is-snin 1999 sa 2002? Jista' jgħid l-ammonti li tħallsu ras għar-ras? Jista' jgħid b'liema mod jiġi mqassam dan ix-xogħol bejn il-ħaddiema tad-dipartiment u fuq liema mertu? Jista' jgħid ukoll mil-liema distretti elettorali huma l-ħaddiema li ntgħażlu bħala invigilators u supervisions fil-perjodu msemmi aktar 'il fuq?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bin-numru ta' persuni li servew bħala invigilators jew supervisors mill-impjegati li jaħdmu fid-Dipartiment ta' l-Eżamijet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista tagħti spjegazzjoni dwar l-ammont ta' ħlas li kull wieħed/waħda ħadu tas-servizz addizzjonali li taw lid-Dipartiment kif ukoll mil-liema distretti elettorali dawn il-ħaddiema ġejjin. Infurmat li d-Dipartiment jagħti dan ix-xogħol lill-impjegati tiegħu skond l-abbilta` u l-interess u d-dedikazzjoni li juru fix-xogħol kollu tad-Dipartiment matul is-sena kollha. Dan jingħata dejjem jekk l-impjegati jaċċettaw volontarjament dan ix-xogħol addizzjonali max-xogħol normali tad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #34495 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 26838, jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu fis-sena li għaddiet minn mindu saret il-mistoqsija? Jaf li l-attivita' illegali msemmija fil-mistoqsija 26838 għadha għaddejja sal-lum u dan minkejja s-sentenza tal-qorti kontra din l-attivita'? Jaħsibx li issa għadda żmien biżżejjed biex jittieħdu passi bis-serjeta' meta qiegħed dejjem jirriżulta li b'din l-attivita' qed issir ħsara lill-ambjent kif ukoll lis-saħħa tar-residenti fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi wara s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell fit-30 ta` Mejju 2001, il-MEPA kienet avżat lil persuna ikkonċernata u infurmatu bil-ħsieb li tneħħi hija stess l-iżvilupp illegali msemmi fl-avviż ECF 303/97, ċioe` li twaqqaf it-trobbija tal-ħamiem mill-post. Minn naħa tiegħu is-sid kien ikkopera billi neħħa il-ħamiem huwa stess. Dan kien ikkonfermat minn uffiċjali ta` l-Awtorita` li spezzjonaw il-post. Għaldaqstant l-Awtorita` ma kelliex għalfejn tipproċedi b`mod ulterjuri. Fil-frattemp, applikazzjoni għal bdil fil-użu tal-'washroom' sabiex din tkun tista` tintuża bħala 'pigeon loft' (PA 03719/01) u li kienet ġiet oriġinarjament irrifjutata fis-17 ta` Jannar, 2002, ġiet approvata mid-'DCC' wara li saret talba għar-rikonsiderazzjoni mill-applikant. Fil-fatt riċentament inħareġ permess datat 3 ta` Ġunju, 2002 fejn is-sid ingħata permess li hu validu għal sena sabiex ikun jista` jżomm sa 50 ħamiema (racing pigeons) wara li weħel multa imponuta mill-istess DCC. Għaldaqstant il-każ minn naħa t`infurzar issa huwa magħluq.
Leg 9 PQ #34181 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet — Kiri ta' proprjeta`

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk art jew proprjeta` pubblika, mgħotija wara ħruġ ta' tender jew b'encroachment li tkun mikrija lill-individwi għall-użu kummerċjali, tistax tiġi mgħoddija jew mikrija minn dawn l-individwi lill-individwi oħra għall-istess skop ta' użu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'permessi huma meħtieġa biex dan ikun jista' jsir? Jista' jgħid x'jgħidu r-regolamenti u xi tgħid il-liġi f'dan is-sens?

Response (BORG, TONIO)

Art jew proprjeta` pubblika mogħtija b`enroachment ma tista` qatt tiġi mgħoddija jew mikrija mill-encroachee lill-individwi oħra. Fil-każ ta` art jew proprjeta` pubblika mogħtija b`kirja għall-użu kummerċjali wara sejħa għall-offerti, dan jiddependi mill-kundizzjonijiet tal-ftehim tal-kirja li ikun hemm meta issir is-sejħa għall-offerti. Ġeneralment il-kundizzjonijiet tal-ftehim tal-kirja ta` art jew proprjeta` li issir mid-Dipartiment ta` l-Artijiet wara sejħa għall-offerti, ma jippermettux lill-kerrej li jagħti jew jikri (jissuloka) lill-individwi oħra, ikun xi jkun l-użu tal-proprjeta`. Imma fejn ikun hemm kundizzjoni li l-kerrej jista` jagħti l-kirja jew jissuloka lill-ħaddieħor, dan ġeneralment ikun suġġett għall-permess bil-miktub tal-Kummissarju ta` l-Artijiet.
Leg 9 PQ #34136 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iżviluppi fl-inħawi u l-bini mill-ġdid ta' gabbana li qed isir fi Triq it-Torri mal-promenade quddiem il-Plaza Hotel u biswit it-taraġ li mill-promenade jagħti għall bajja fejn hemm il-Kamra tas-sajjieda fl-Exiles għandux il-permessi tal-awtorita' tal-ippjanar? Jista' l-Ministru jgħid meta saret din l-applikazzjoni, minn min, x'numru tal-file iġġib u meta ħareġ il-permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-bini mill-ġdid tal-gabbana li qed issir riferenza għaliha, huwa kopert bil-permess PA 06105/00 maħruġ fil-21 ta' Lulju, 2001 f'isem is-Sur Silvio Zammit. L-applikazzjoni lill-Awtorita` kienet ġiet sottomessa fil-15 ta' Novembru, 2000. Irid jingħad ukoll illi kien inħareġ Avviż tat-Twaqqif u Twettieq fit-13 ta' Marzu 2002 (ECF161/02) kontra l-iżviluppatur kif ukoll kontra il-Kummissarju ta' l-Artijiet bħala sid l-art, u dan peress illi l-iskavar tal-'basement' kien estiż għal fuq art pubblika bir-riżultat illi l-istess 'basement' kien ser ikun ikbar minn kemm kien approvat fil-permess. Eventwalment l-iżviluppatur obda l-Avviż u reġġa' lura il-qies tal-'basement' għal skond il-permess u dan billi radam il-parti llegali. Pero` waqt spezzjoni li saret riċenti rriżultaw xi devjazzjonijiet żgħar mill-pjanti approvati. Saret notifika lill-Awtorita` ta` dawn il-varjazzjonijiet u dawn qegħdin jiġu kkunsidrati bħala minor amendment sabiex jiġu formalment approvati.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk jeżistux ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Sant' Alfonsu Sliema biswit il-fond numru 70? Jekk fl-affermattiv jista' jara li jittieħdu l-passi biex isiru t-tiswijiet meħtieġa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma hemmx ħsara fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Sant'Alfonsu, Sliema. Li hemm hija ħsara fil-house connection tal-fond bin-numru 70.
Leg 9 PQ #34129 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Banda - Surmast

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal dawn l-aħħar erba' xhur il-banda tal-forzi armati kienet u għadha mingħajr surmast? Jista' jgħid jekk huwiex fatt li l-armata kienet ilha madwar tliet snin avżata mis-surmast preċedenti li kien se jirtira? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li minkejja dan iż-żmien kollu ta' pre-avviż ma ttieħdux il-passi meħtieġa biex jinħatar surmast ġdid, bil-konsegwenza li sal-lum il-banda għadha bla surmast? Jikkonferma l-Prim Ministru li l-banda ser iżżur l-Italja fil-ġimgħat li ġejjien meta l-banda tinsab mingħajr surmast?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-Banda tal-Forzi Armati bħalissa qed titmexxa minn Aġent Surmast. Is-Surmast li kien hemm qabel iddikjara bil-miktub li jixtieq jirtira f’Ottubru tas-sena 2001. Fil-fatt irtira f’Jannar 2002. Ninsab infurmat li l-Banda ta’ l-Armata ser iżżur l-Italja.