Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja kollha kemm hi ta' l-aħħar rapport tat-TOSS?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu li r-rapporti li saru dwar it-TOSS jikkonsistu f’analiżi ta’ l-infiq li jsir mill-operaturi Ingliżi ma’ stabbilimenti Maltin u, għalhekk, peress li l-kontenut tagħhom fih informazzjoni ta’ natura kummerċjali l-Awtorita’ hi tal-fehma li r-rapporti mgħandhomx jiġu pubblikati.
B'riferenza għal mistoqsija 34899, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu l-kuntratturi li qed jagħmlu xogħol bil-waste compactor vehicle? Jista' jgħid ukoll kemm sar ħlas sa issa minn meta dawn bdew jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-kuntratturi li qed jaghmlu xoghol bil-waste compactor vehicle skond it-tender, qed jithallsu bis-Lm6.48 is-siegha.
Ghal dan ix-xoghol, minn meta ntrebah it-tender s'issa, thallsu l-ammont ta' Lm 20,868.56
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34875, jista' jgħid f'din l-aħħar sena kemm kienu jammontaw in-numru ta' ikliet, (snacks, lunches, dinner, etc.) inkluż ix-xorb li ingħataw fuq bażi complimentery f'Pembroke restaurant tal-ITS? Jista' jgħid f'kull okkażjoni min kienu l-persuni li kielu b'complimentary f'dan ir-restaurant u kemm mistiedna kellhom magħhom? Jista' jgħid minn dawn kemm kienu ħaddiema, konsulenti, chairmen, jew diretturi fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li matul is-sena akademika 2001/2002 kien hemm 1211 ikliet, snacks etc. u dawn kienu mqassmin kif gej:
200 ikla lill-istaff Haddiema tal-ITS, bhala rikonoxximent tax-xoghol li jwettqu
254 ikla lill-istaff waqt sessjonijiet ta' tahrig ghall-istudenti
71 ikla (sponsorship) ghas-Social Club tal-MTA
579 ikla lill-membri ta' delegazzjonijiet barranin li zaru l-ITS fuq xoghol u rapprezentanti ta' l-Industrija tat-Turizmu fuq l-iskema ta'
Industrial Placements
ta' l-istudenti.
Ma dawn trid tinkludi ukoll dan li gej:
Kunsulenti 13
Direttur (Turizmu) 22
Direttur Generali 45
Segretarju Permanenti 2
Membri tal-Board of Governors 22
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex issir it-tindif meħtieġ fl-Exiles (fl-inħawi tal-Kamra tas-sajjieda) peress li hemm numru ta' postijiet maħmuġa speċjalment bi fdalijiet ta' xogħol ta' kostruzzjoni li sar reċentament?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għar-riċeviment li sar nhar l-4 ta' Lulju 2002 fuq il-bastiment tal-gwerra Amerikan kien hemm siġurta fil-port magħmula minn tliet patrol boats u 2 rubber dyingies u għall-inċidenti li kellhom dan l-aħħar numru ta' sajjieda ma kienx hemm servizz bħal dan ta' sigurta`?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li fid-data msemmija kien hemm rapporti diversi fl-istampa internazzjonali dwar il-possibilità attakki terroristici kontra interessi ta’ l-Istati Uniti madwar id-dinja. Minhabba f’hekk, minbarra l-prekawzjonijiet li jiehdu s-soltu l-Forzi Armati matul zjarat f’Malta minn bastimenti tal-gwerra, s-sigurta mal-USS Roosevelt zdiedet matul il-hin tar-riceviment li sar abbord. Fic-cirkostanzi dan kien necessarju ghal gid ta’ kulhadd.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li l-Forzi Armati wettqu sorveljanza regolari mill-ajru matul l-istagun tat-tonn u li kull meta kien rrappurtat lilhom li kienu sehhew xi incidenti mill-ewwel, baghtu ajruplan fuq il-post biex jinvestiga u jirraporta.
Jista' l-Ministru jgħid kif fil-kuntest tal-policy nforzata mid-dipartiment tat-Turiżmu li mill-1 ta' Lulju ma' jsirx xogħol jew jieqaf xogħol ta' kostruzzjoni f'inħawi u zoni turistiċi, għadu kif inbeda xogħol ta' kostruzzjoni (twaqqiegħ) fi Qui-Si-Sana fuq l-ex-stabiliment Pipers?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy tal-Gvern ma tkoprix il-bini tal-privat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex kwalunkwe opra tal-baħar ma' tibqax tiġi misjuqa fil-viċinanzi tax-xtajtiet u l-bajjiet fi Qui-Si-Sana, Chalet, Fond Għadir u Exiles f'tas-Sliema u dan biex ma jkomplix jinħoloq periklu għall-għawwiema li jgħumu fl-inħawi? Jikkonsidra l-Ministru li jsiru bagi madwar l-inħawi biex jimmarkaw id-distanza ta sa fejn għandhom jaslu l-opri tal-baħar?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li gentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkoncernat, ninsab infurmat illi l-Pulizija din is-sena ziedet il-prezenza taghha fuq il-bahar, sabiex tissorvelja aktar dwar abbuzi li jista` jkun hemm minn sewwieqa ta` opri tal-bahar fil-vicinanzi tax-xtajtiet.
Jista' l-Ministru jieħu passi kollha meħtieġa biex ħlasijiet ta' arretrati konnessi mal-aħħar ftehim kolletiv li għandhom jieħdu numru ta' pensjonanti ex-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding jiġu mgħotija lil dawn il-pensjonati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li peress li l-Malta Shipbuilding qed tistenna xi nformazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, l-ħlasijiet ta' arretrati li qed issir riferenza għalihom għandhom isiru appena din l-informazzjoni tasal għand il-kumpanija.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-bini magħruf 'Chalet' f'tas-Sliema jiġi magħluq għall-aċċess pubbliku peress li minkejja li huwa ddikjarat perikoluż u ikkundanat, qiegħed issir użu tiegħu min-nies b'periklu għall-saħħithom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li xoghlijiet ta` tiswija u maintenance fuq proprjeta` mhux residenzjali tal-Gvern, inkluz l-imbarrar ta` access, jaqghu taht ir-responsabbilita` tad-Dipartiment tal-Construction and Maintenance fi hdan il-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura. Dawn ix-xoghlijiet izda jsiru wara li jigu awtorizzati mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern. Fil-kaz tax-Chalet f`Tas-Sliema ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern diga` talbet lid-Dipartiment imsemmi sabiex inehhi kull periklu li jista` jkun hemm.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34808 u cioe' jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema jew ingaġġati konsulenti fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Ottubru 1998 'l hawn? Jista' f'kull każ jgħid: Min huma l-persuni li ġew impjegati? X'impjieg jew kariga ingħataw? X'salarju qed jirċievu? F'kull każ meta ġew impjegati? F'kull każ humiex b'kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ xi kwalifiki għandhom? Kemm minnhom u min minnhom ġew impjegati wara sejħa pubblika jew interna? Kemm minnhom ġie impjegat mingħajr sejħa pubblika jew interna?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba dettaljata tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34810 u cioe jista' l-Ministru jgħid il-persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija taħdimx mall-ministeru jew xi wieħed mid-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'impjieg jew x'kariga jokkupa? Kemm ilu impjegat u x'tip ta' kuntratt għandu? X'tip ta' xogħol jagħmel? Kemm jammonta s-salarju/remunerazzjoni u l-perkaċċi oħra jgawdi minnhom din il-persuna? Jista' jgħid xahar b'xahar, kemm kienet il-paga, overtime u allowances oħra li din il-persuna kienet tieħu kemm ilha mpjegata fil-post imsemmi? Jista' jgħid x'perkaċċi oħra jgawdi minnhom u kemm kienu jammontaw l-ispejjeż tagħhom kemm ilu f'din il-kariga?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija separatament fid-domanda hi mpjegata bħala konsulent fil-Ministeru tiegħi fuq bażi part-time.
Din il-persuna tokkupa l-kariga ta’ Konsulent dwar l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS). Din il-persuna ilha mpjegata f’din il-kariga mill-1 ta’ Ottubru 1999 fuq kuntratt ta’ 30 siegħa fil-ġimgħa approvat mill-OPM biex jagħti pariri fuq l-ITS.
Is-salarju jammonta għall-Lm6328 fis-sena jiġifieri Lm527.33 fix-xahar. Din il-kariga ma ġġorx magħha ħlas ta’ overtime. Il-perkaċċi ma’ din il-kariga huma mobile telephone u l-użu ta’ karozza li l-konsulent iħallas it-taxxa fuqha skond iċ-ċirkulari dwar il-fringe benefits.
Nirreferi lill-Onor. Membru wkoll għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11162.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34809 u cioe jista' l-Ministru jgħid il-persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija taħdimx mall-ministeru jew xi wieħed mid-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'impjieg għandu u x'kariga jokkupa? Kemm ilu impjegat u x'tip ta' kuntratt għandu? X'tip ta' xogħol jagħmel? Kemm jammonta s-salarju u l-perkaċċi oħra li din il-persuna jgawdi minnhom? Jista' jgħid xahar b'xahar, kemm kienet il-paga, overtime u allowances oħra ta' din il-persuna kemm ilha mpjegata fil-post imsemmi? Jista' jgħid x'perkaċċi oħra jgawdi minnhom u kemm kienu jammontaw l-ispejjeż tagħhom kemm ilu f'din il-kariga?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata hi mpjegata fil-Ministeru tiegħi bħala Projects Coordinator kif approvat mill-OPM. Il-kuntratt ġie ffirmat b’seħħ mill-5 ta’ Frar 1999.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-aħħar estenzjoni tal-kuntratt, li minnha jirriżultaw id-dettalji mitluba mill-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34738?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) li fl-aħħar erba’ snin ntbagħtu barra minn Malta fuq taħriġ kien ta’ sbatax (17) il-Lecturers / Asst Lecturers / Instructors. Dawn intbagħtu għall-perjodu ta’ mhux iktar minn tliet ġimgħat. Dik l-iskema ta’ Staff Development fejn l-għalliema ta’ l-ITS wara li jagħmlu kors organizzat mill-Universita’ ta’ Malta jintbagħtu f’istituzzjonijiet simili għall-ITS biex ikunu aġġornati fuq il-metodu ta’ tagħlim.
Matul iż-żmien li damu barra minn Malta dawn tħallsu s-salarju dovut lilhom. Wara li ġew lura dawn baqgħu mpjegati ma’ l-ITS fil-grad rispettiv tagħhom.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ ħaddiema li jaħdmu l-ITS u li marru barra minn Malta għall-taħriġ matul l-aħħar erba’ snin.
Infurmat li ma kienx hemm ħaddiema mill-MTA li ntbagħtu barra minn Malta biex jistudjaw.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 34740, jista' l-Ministru jgħid jekk biex saru t-trasferimenti, kienx jeħtieġ il-permess u l-approvazzjoni tal-MPO?
Jekk fl-affermativ, meta saret it-talba għall-permess u meta ingħataw l-approvazzjoni mill-MPO?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li t-taqsima tat-tindif tax-xtut ilha żmien b’numru ta’ ħaddiema aktar minn meħtieġ. It-talba tal-MPO biex ħaddiema “general hands” jintbagħtu jaħdmu fid-diviżjoni tas-Saħħa ġiet komunikata lill-ħaddiema.
Infurmat li ftit inqas minn nofs il-ħaddiema ressqu talba biex jiġu trasferiti. Id-Dipartiment għażel li jżomm dawk li l-aktar jagħtu servizz tajjeb. Id-deċiżjoni ħadha d-Direttur tat-Turiżmu wara konsultazzjoni mas-Segretarju Permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-raġuni li numru ta' air conditioners li kienu għadhom f'kundizzjoni tajba ħafna bil-Ministeru l-ġdid ġew sostitwiti b'air conditioners ġodda?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew dawn l-air conditioners il-ġodda, minn fejn inxtraw u min kien responsabbli mill-Ministeru biex jieħu ħsieb jikkordina it-tneħħija tal-air conditioners li kien hemm u t-twaħħil ta' dawk ġodda?
Jista' jgħid ukoll min ħa d-deċizjoni li jsir it-tibdil tal-air conditioners li kien hemm ta' dawk ġodda? Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-air conditioners li kien hemm u fejn huma?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Air Conditioners installati fil-ministeru l-ġdid huma kollha ġodda peress li fil-post indikat ma kienx hemm installati Air Conditioners.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 34741, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji jew kuntratturi li qed jagħmlu xogħol ta' tindif fil-bajjiet? Jista' jgħid min huma dawn il-kumpanniji jew kuntratturi?
Jista' jgħid meta bdew jagħmlu dan ix-xogħol? Jista' jgħid kemm irċevew ħlas s'issa għax-xogħol li għamlu?
Jista' jgħid jekk inħarġietx sejħa pubblika biex jintgħażlu l-kuntratturi jew kumpaniji li qed jagħmlu ix-xogħol? Jista' jgħid meta ħarġu dawn it-tenders u kemm kien hemm min issottometta l-offerta tiegħu?
Jista' jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet li ngħataw lil kuntratturi/kumpaniji li qed jagħmlu ix-xogħol fosthom il-perjodu fis-sena li fih issir x-xogħol u kemm ġranet fil-ġimgħa huma marbuta li jagħmlu l-istess xogħol?
Response (REFALO, MICHAEL)
Hemm żewġ kuntratturi li qed jagħmlu xogħol ta’ tindif fil-bajjiet. Dawn huma l-Greenlines Environmental Co. Ltd., u l-FTW Ltd. Dan ix-xogħol ingħata b’tender lill-Greenlines Environmental Co. Ltd. Dan it-Tender ġie estiż ukoll lill-FTW Ltd. biex ix-xogħol ta’ tindif tal-bajjiet isir b’aktar effiċjenza.
Dan ix-xogħol bdew jagħmluh minn meta ntrebaħ it-tender jiġifieri minn Lulju tas-sena 2001 u minn din id-data sallum ġie jiswa Lm58,674.
Inħarġet sejħa pubblika għall-kiri ta’ Waste Compactor Vehicle. Din it-tender ħarġet fit-8 ta’ Ġunju 2001. Issottomettew it-tender żewġ kuntratturi, ċioe’ Greenlines Environmental Co. Ltd., u l-FTW Ltd.
Il-kundizzjonijiet li ngħataw lill-kuntratturi huma dawk kif jidhru f’Annex A. Dawn jaħdmu mit-Tnejn sal-Ġimgħa kif ukoll is-Sibt u l-Ħadd skond l-esiġenzi tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid il-gabbana li isimha qed jintbagħat separatament jew l-art li din il-gabbana hija mibnija fuqha li tinsab f'Tower Road Sliema fuq isem min hija mikrija mid-dipartiment tal-artijiet? Jista' jgħid meta ġie iffirmat il-kuntratt jew ftehim ma' din il-persuna biex ikun jista' juża dan is-sit? Jista' jagħti d-dettalji kollha tal-proċedura wżata? Jista' jgħid kemm hija il-kirja anwalment għal dan is-sit? Jista' jgħid x'kundizzjonijijiet hemm stipulati fil-kuntratt jew ftehim għall-kiri ta' dan is-sit? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim jew kuntratt imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Is-sit li fuqu hemm il-gabbana msemmija mill-Onorevoli Interpellant hija mikrija lil Silvio u Charmaine Zammit.
Is-sit ġie mikri lil Josephine Zammit (omm Silvio Zammit) fit-18 t’April, 1996. Il-kirja saret b’sejħa għall-offerti li ġiet ippublikata fis-16 ta’ Frar, 1996 avviż numru 31. L-offerta tas-Sinjura Josephine Zammit kienet l-ogħla waħda u għalhekk il-kirja ġiet mogħtija lilha.
Fil-21 ta’ Marzu, 2001 il-kirja għaddiet skond il-policy għand binha Silvio Zammit u martu Charmaine Zammit, wara li ommu ċediet favur tiegħu meta għalqet 61 sena.
Il-kirja annwali għal dan is-sit hija ħames t’elef u ħames mitt lira Maltin (Lm5500). Il-kundizzzjonijiet tal-ftehim tal-kirja huma dawk stipulati fil-ftehim tal-21 ta’ Marzu 2001 li kopja tiegħu qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid il-persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija kemm damet taħdem mall-ministeru jew xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'impjieg kellu u x'kariga jokkupa? Kemm dam impjegat u x'tip ta' kuntratt kellu? X'tip ta' xogħol kien jagħmel? Kemm kien jammonta s-salarju u l-perkaċċi oħra din il-persuna kien jgawdi minnhom? Jista' jgħid xahar b'xahar, kemm kienet il-paga, overtime u allowances oħra li din il-persuna kienet tieħu kemm damet imjegata fil-post imsemmi? Jista' jgħid għaliex tterminat l-impjieg ta' din il-persuna? Jista' jgħid jekk il-prim ministru kienx involut jew konsultat fid-deċiżjoni tat-terminar ta' l-impjieg ta' din il-persuna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb ngħid li l-persuna li qed issir riferenza għaliha għamlet xi żmien mislufa fis-Segretarjat Privat tiegħi minn entita' li tifforma parti mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi sakemm ġie ingaġġat numru ta' persuni biex jaqdu d-doveri tagħhom fis-Segretarjat. Ix-xogħol li kienet tagħmel din il-persuna kien simili għal dak ta' Secretariat Officer. Din il-persuna ma kellha ebda kuntratt, iżda kif għidt aktar qabel, kienet mislufa. Il-paga kienet relatata għall-grad li din il-persuna kellha fl-entita' fejn kienet taħdem qabel ġiet mislufa lis-Segretarjat. Is-sahra mħallsa kienet relatata man-numru ta' siegħat maħduma mill-persuna barra s-siegħat normali. Il-persuna, għal raġunijiet personali li ma naħsibx li jkun etikament korrett li dawn jiġu ppubblikati, għażlet li tirritorna lejn il-post tax-xogħol oriġinali tagħha.