Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern għandu l-ħsieb jew li qiegħed jippjana li jingħataw it-tarmak fil-lokalita' ta' San Ġiljan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-direttorat għat-Toroq qiegħed jippjana biex joħroġ sejħa għall-offerti għat-toroq imsemmija:
Construction of the Junction Layout ħdejn l-isptar Zammit Clapp - Kappara
Triq Dragunara
Triq il-Bajja ta' San Ġorġ
Triq San Ġorġ
Triq Wilġa
Triq Zammit
Bajja Balluta
Pjazza Spinola
Triq il-Foresta
Triq il-Mensija
Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern għandu l-ħsieb jew li qiegħed jippjana li jingħataw it-tarmak fil-lokalita' ta' Pembroke?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa ma hemmx talbiet pendenti biex isir xogħol ta' tarmak f'din il-lokalita, iżda d-Direttorat għat-Toroq qed jieħu ħsieb biex iħejji programm ta' ristrutturazjoni ta' toroq fil-lokalita.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibdew jiġu istallati lifts fl-appartamenti tad-djar f'Ta' Giorni? Jista' jara li dan il-proċess jitħaffef peress li għadd ta' residenti f'dan il-housing estate huma anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar m'għandhiex applikazzjonijiet pendenti għall-installar ta' lifts fil-lokalita' ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-playing field li hemm fil-qasam tad-djar f'Ta' Giorni kif kien miftiehem mill-kunsill lokali ta' San Ġiljan u t-taqsima bini u tiswijiet fi ħdan id-dipartiment tad-djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li qed jitħejjew id-dokumenti tat-tender mill-konsulent tal-Kunsill Lokali biex is-sejħa għall-offerti tkun tista' toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa pjanat li jingħata it-tarmak fi Triq Birkirkara San Ġiljan? Jista' jgħid fiex wasal dan il-proċess?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħlijiet fit-Triq imsemmija mill-Onor. Interpellant qed jiġu koordinati mal-Utilities ikkonċernati biex is-servizzi ta' katusi u cables neċessarji jiġu mogħdija minn taħt l-art qabel din it-triq tingħata l-asphalt. Huwa ppjanat illi l-kostruzjoni ta' din it-triq jibda meta l-koordinazzjoni neċessarja tiġi konkluża.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibli li r-rotta tal-karozzi tal-linja 60 u 63, magħrufa bħala tas-Savoy, titjieb fis-servizz u fil-frekwenza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li s-servizz preżenti hu ta' bejn 10,15 u 20 minuta skond in-neċessita' tal-ġurnata. Dan jinkludi wkoll is-servizz tar-rotot 63 (ta' kull siegħa) li tgħaddi minn Dingli Street, Tower Road u Tigne' qabel ma' tibqa' sejra l-Belt.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern għandu l-ħsieb jew li qiegħed jippjana li jingħataw it-tarmak fil-lokalitajiet ta' Swieqi, Ta' l-Ibraġġ u l-Madliena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qiegħed jippjana biex jibda xogħol fl-imsemmija toroq:
Junction improvement fi Triq Dris c/w St. Andrews road
Resurfacing ħdejn il-Forum Hotel
Triq il-Kwartini - Swieqi
Jista' il-Ministru jgħid meta ser jitwaħħlu l-pelican lights jew it-traffic lights fiż-zebra crossing li saret fi Triq Mrabat f'Ta' Sliema quddiem Triq il-Ballut?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li x-xogħol ta' twaħħil ta' pelican lights fi Triq Mrabat għandu jiġi inkluż f'tender li mistenni joħroġ aktar 'il quddiem.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34900, jista' jieħu l-passi kollha meħtieġa biex kwalunkwe opra tal-baħar ma' tibqax tiġi misjuqa fil-viċinanzi tax-xtajtiet u l-bajjiet fi Qui-Si-Sana, Chalet, Fond Għadir u Exiles f'tas-Sliema u dan biex ma jkomplix jinħoloq periklu għall-għawwiema li jgħumu fl-inħawi? Jikkonsidra li jsiru bagi madwar l-inħawi biex jimmarkaw id-distanza sa fejn għandhom jaslu l-opri tal-baħar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xtajtiet indikati fil-mistoqsija fil-lokalita' ta' tas-Sliema, jinsabu f'żona li hija kkunsidrata bħala kruċjali għan-navigazzjoni minn opri tal-baħar ta' kull tip li jbaħħru mill-Port ta' Marsamxett u portijiet oħra fin-nofsinhar ta' Malta lejn it-tramuntana, partikolarment lejn Kemmuna, Għawdex u bajjiet oħra popolari. Għalhekk mhux possibbli li jintefgħu bagi matul din il-parti tal-kosta li jistgħu joħolqu periklu għan-navigazzjoni.
Fl-istess ħin jeżistu regolamenti li jistipulaw li ħadd ma jista' jsuq opra tal-baħar b'veloċita' ta' aktar minn 10 knots sa 200 metru minn xatt tal-blat.
B'riferenza għal mistoqsija 34901, jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex l-informazzjoni indikata tingħata lill-Malta shipbuilding?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali beda il-proċess biex jibda jirrevedi il-pensjonijiet fejn hemm ftehim kollettiv li għadhom fis-seħħ. Diġa' tħallsu 'l-ex ħaddiema tal-"Malta Drydocks" u issa jmiss lill-dawk tal-"Malta Shipbuilding". It-taqsima tal-pensjonijiet qed tieħu ħsieb biex tibgħat l-informazzjoni dwar il-pagi biex dawn jiġu kkonfermati mill-kumpanija. Appena ssir din il-konferma jsiru ir-reviżjonijiet.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi rigward il-mistoqsija 34902 - jista' jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-bini magħruf 'Chalet' f'tas-Sliema jiġi magħluq għall-aċċess pubbliku peress li minkejja li huwa ddikjarat perikoluż u kkundanat, qiegħed issir użu tiegħu min-nies b'periklu għal saħħithom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi madwar sena ilu kienu diġa' ttieħdu miżuri sabiex ix-Chalet ma jkunx aċċessibbli għall-pubbliku. Fil-fatt kien ittella' "fence" u saru wkoll tabelli b'sinjali li juru li hemm periklu fis-sit.
Għaldaqstant, fuq rapporti li dehru dan l-aħħar fuq il-media, fejn intqal li kien għad hemm xi forma ta' abbuż minkejja li kienu ttieħdu l-miżuri neċessarji, f'nofs Awissu li għadda parti mill-"mesh wire fencing" li kien hemm eżistenti ġie mibdul u ġie estiż matul il-parti li setgħet tiġi aċċessibbli minn fuq il-blat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34923, jista' jieħu l-passi kollha meħtieġa biex issir it-tindif meħtieġ fl-Exiles (fl-inħawi tal-kamra tas-sajjieda) peress li hemm numru ta' postijiet maħmuġa speċjalment bi fdalijiet ta' xogħol ta' kostruzzjoni li sar riċentament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tindif bejn l-Exiles u s-Surfside qiegħed isir kuljum fuq bażi regolari nkluż is-Sibtijiet u l-Ħdud fis-siegħat bikrin ta' filgħodu.
Jista' l-Ministru jgħid każ b'każ, kemm-il talba saret lill-MPO għal trasferimenti mill-1 ta' Jannar 2001 'l hawn? Jista' jgħid każ b'każ, mil-liema ministeri, dipartimenti u entitajiet saru dawn it-talbiet u f'liema dati? Jista' jgħid każ b'każ, ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati u f'liema dati sar dan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi trasferimenti fl-istess Ministeru isiru mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv. Trasferimenti minn Ministeru ghal Ministeru iehor isiru mill-MPO.
L-informazzjoni li qeghda tigi mitluba, wkoll dik biss ta’ trasferimenti li approva l-MPO, hija voluminuza u tirrikjedi zmien biex tingabar kif mitluba.
Izda jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi kaz partikulari ta’ trasferimenti li sar mill-MPO u jkun jista’ jaghtina d-dettalji, l-informazzjoni tkun tista’ tinghata minnufih.
Jekk it-trasferiment huwa wiehed fl-istess Ministeru u mhux fl-Ufficcju tieghi, nitlob l-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
B'riferenza għal mistoqsija 34898, jista' l-Ministru jwieġeb parti mit-tieni paragrafu tal-mistoqsija u cioe', kemm ġew jiswew l-airconditioners il-ġodda, minn fejn inxtraw?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-airconditioners u l-impjant li jservi l-ufficini kollha bil-Berga ta’ l-Italia nxtraw minn ghand il-kumpanija Medairco liema kumpanija inghatat it-tender wara sejha pubblika mahruga mid-Dipartiment tax-Xogholijiet.
Sal-lum thallas l-ammont ta’ Lm 63, 194.50 u ghad hemm l-ammont ta’
Lm 3,800.08 mizmuma mid-Dipartiment tax-Xogholijiet bhala Retention Money.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 34903, jista' jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema jew ingaġġati konsulenti fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Ottubru 1998 'l hawn? Jista' f'kull każ jgħid: Min huma l-persuni li ġew impjegati? X'impjieg jew kariga ingħataw? X'salarju qed jirċievu? F'kull każ meta ġew impjegati? F'kull każ humiex b'kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ xi kwalifiki għandhom? Kemm minnhom u min minnhom ġew impjegati wara sejħa pubblika jew interna? Kemm minnhom ġie impjegat mingħajr sejħa pubblika jew interna?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-1 ta’ Ottubru 1998
· għal dak li għandu x’jaqsam ma’ uffiċjali u konsulenti ma’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta
· għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi
· dwar uffiċjali impjegati fis-Segretarjat tiegħi u
· dwar konsulenti, uffiċjali u labourers (ex-impressed drivers) ingaġġati mad-Dipartiment tat-Turiżmu.
Qed inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-għadd ta’ ħaddiema li ġew impjegati b’kuntratt definit minn Lulju 1998 sal-lum.
Seduta 783
B'riferenza għal mistoqsija 34904, jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' kostitwenza waqt il-ħin tax-xogħol qiegħed jagħmel il-persuna msemmija bħala parti mill-kuntratt li l-Ministru jżomm mal-kostitwenti tad-distret li jikkontesta?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija mghandhiex hinijiet stabiliti ta’ xoghol u tkun “on call” il-hin kollu. Ghalkemm taqdi d-dmirijiet taghha anki fil-weekends u festi ma tithallas ebda “allowances” aktar minn dawk stipulati fil-kuntratt u lanqas hi intitolata ghall-overtime.
Ix-xoghol li l-imsemmija persuna taghmel fil-kostitwenza hu dak normali li wiehed jistenna minn ufficjal b’nomina politika f’segretarjat Privat ta’ Ministru.
B'riferenza għal mistoqsija 34905, jista' l-Ministru jgħid jekk is-salarju li qed tirċievi l-imsemmija persuna huwiex ta' projects co-ordinator jew ta' communications co-ordinator?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma tezisti ebda differenza fis-salarju bejn dak ta' Projects Co-ordinator u Communications Co-ordinator.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kariga ġie maħtur fihom mill-gvern Malti il-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament mill-aħħar elezzjoni 'l hawn? Jista' jgħid f'kull każ kemm ħlas irċieva jew qiegħed jirċievi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Numru 33515 f’Seduta numru 742.
Il-persuna msemmija hija wkoll membru tal-kumitat ghar-Riabilitazzjoni ta’ l-Mdina u tal-kunsill tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Gwann. Ta’ dan ix-xoghol fil-kumitati il-persuna msemmija ma ghandha l-ebda rimunerazzjoni.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsiru public convenience fl-inħawi ta' Qui-Si-Sana f'Tas-Sliema minħabba l-fatt li ħafna nies inkluż turisti jiffrekwentaw din l-akkwata speċjalment fix-xhur tas-sajf u m'hemmx fejn jaqbdu l-bżonnijiet naturali tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li għalissa ma jidhirx li hemm xi pjani li jsiru public conveniences fl-inħawi ta' Qui-Si-Sana f'Tas-Sliema, iżda dan ma jeskludix li iżjed 'il quddiem ma tiġix proġettata biex tinbena waħda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xorta oħra ta' xogħol għandha l-kumpannija where's everybody mal-ministeru, MTA u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir mill-where's everybody u kemm ġew imħallsa għax-xogħol li għamlu s'issa?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tat-Turiżmu għandha kuntratt mal-kumpanija Where’s Everybody biex din tipproduċi serje ta’ spots televisivi bħala parti mill-kampanja ta’ għarfien dwar it-turiżmu ta’ l-istess Awtorita’. Dan sar wara għoti ta’ tender f’Diċembru tas-sena 2000.
Ninsab infurmat ukoll li Where’s Everybody pproduċiet video dwar il-Malta Fireworks Festival li ġie mtella’ f’Mejju 2002 mill-Awtorita’.