Ħaġar Qim u Mnajdra — Investigazzjoni mill-pulizija
Question
Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni tal-pulizija dwar il-ħsara irreparabbli li saret lit-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra?
Jista' jikkonferma jekk il-pulizija għadhiex tinvestiga dan il-każ?
Meta bagħtet għall-aħħar nies biex tinterrogahom fuq il-każ, il-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant għadhom qed ikunu investigati mill-Pulizija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'dawn l-aħħar erba' snin fuq advertising inkluż il-posters li jidhru fit-toroq mill-kumpannija Maltacom?
Lil min ingħata l-kuntratt u f'kull każ jekk ħarġitx offerta?
Jista' jgħid mingħand min ġew ordnati l-posters?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-aġenzija tar-reklamar tal-Maltacom ġiet appuntata mill-Board tad-Diretturi tal-Maltacom wara sejħa pubblika li kienet dehret fil-gazzetti lokali. Il-Maltacom ordnat posters fuq bażi ta' offer and acceptance mingħand Paza Ċo. Ltd., MPS Ltd. u Network Publications. Minħabba n-natura kummerċjali tal-Maltacom, ma jidhirlix li għandi nagħti aktar dettalji dwar reklamar.
Jista' il-Ministru jikkonferma li uffiċjal għoli li kien jaħdem ma' l-Air Malta u li kien ibbażat Dubai iffroda lil Air Malta mijiet ta' eluf ta' liri? Jista' jgħid jekk il-Gvern jafx fejn tinstab din il-persuna? Jekk fl-affermattiv x'passi ħa l-Gvern biex din il-persuna tinġieb lura minn fejn hi sabiex tħallas ta' għemielha?
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm barranin rikoverati fl-isptar San Luqa f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm minn dawn il-barranin ma kenux koperti bil-ftehim reċiproku li għandha Malta dwar is-saħħa kif għandha ma' l-Ingilterra u mal-Belġju? Kemm minn dawn il-barranin li ma kenux koperti bi ftehim bħal dan kellhom insurance?
Huwa minnu li l-awtoritajiet ta' l-isptar naqsu li jibagħtu l-kontijiet lill-
insurances
ta' dawn il-persuni u huwa minnu li dawn il-kontijiet dovuti lill-poplu Malti jlaħħqu miljuni ta' liri? Jekk dan hu minnu, x'passi se jieħu l-Ministru kontra dawk responsabbli minn dan in-nuqqas kriminali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonferma li dawk li jgawdu mis-sussidju tal-kera dan l-aħħar irċevew ittra mingħand l-awtorita' tad-djar li tgħarrafhom li skema HD11 li taħtha kienu jieħdu s-sussidju ntemmet fl-1999 u li issa jridu jerġgħu japplikaw taħt skema R?
Jekk fl-affermattiv jista' jgħid għaliex jekk skema HD11 intemmet fl-1999 kien proprju issa li ġew informati, (tliet snin wara)?
Għaliex lil min qed imur japplika, qed jgħidulu li se jkollu jħallas tar-riċerki li jridu jsiru?
Jista' jgħid x'riċerki hem bżonn meta ħafna minn dawn li jgawdu minn din l-iskema huma nies li jgħixu bis-servizzi soċjali?
Jikkonsidrax il-Ministru li l-awtorita' tad-djar biex tiffranka l-flus lil dawk in-nies li jgħixu bis-servizzi soċjali tirreferi l-każ ta' l-applikazzjoni l-ġdida lid-dipartiment tas-servizzi soċjali, li wara kollox jaqa' taħt l-istess Ministeru biex jiġi aċċertat jekk il-pożizzjoni ta' l-applikant tbiddlitx?
Ma jidhirlux il-Ministru li dawn in-nies, li ħafna minnhom iridu jagħmlu sforz biex jgħixu bl-assistenza soċjali, se ssir inġustizzja magħhom?
Jista' il-Ministru jordna li fil-każ ta' dawn il-kategoriji ta' nies li jgħixu bl-assistenza soċjali ssir eżenzjoni mill-ħlas tar-riċerki, bħalma ssir ukoll eżenzjoni mill-ħlas tal-fees ta' l-eżamijiet ta' uliedhom, proprju għax hu rikonoxxut li dawn jgħixu bil-ftit servizzi soċjali li jirċievu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema HD 11 taħt id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, li kienet tirrigwarda sussidju fuq il-kera għal periodu ta' għaxar snin, għalqet fl-1999 u flokha nfetħa Skema R taħt l-Awtorita' tad-Djar.
Bħal kull skema oħra, biex persuna tibbenefika minn Skema R irid isir it-test tal-meżżi u għalhekk irid jsiru r-riċerki neċessarji biex jiġi żgurat li min jibbenefika minn din l-iskema jkun fil-fatt intitolat li jagħmel hekk u li jirċievi s-sussidju dovut. L-Awtorita' tad-Djar titlob lill-applikanti jħallsu dawk l-ispejjeż li tkun għamlet hi biex tagħmel dawn ir-riċerki. Għalhekk ma narax li qed issir xi inġustizzja ma' l-applikanti aktar u aktar meta s-sussidju massimu li kien jingħata taħt Skema HD 11 kien ta' Lm215 fis-sena u dak massimu taħt l-iskema l-ġdida, Skema R hu ta' Lm315 fis-sena.
Jista' il-Ministru jinvestiga u eventwalment jieħu l-passi biex tinstab soluzjoni għar-riħa ta' drenaġġ li ħierġa u li qed taffetwa lir-residenti fi Triq Lapsi San Ġiljan fil-parti ta' fuq viċin il-parking ta' ħdejn l-entratura ta' l-iskola primarja?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ikkonferma illi l-'main sewer' qed jaħdem regolari u ma jirriżultax illi hemm xi rwejjaħ.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol ta' embelishment f'Pjazza Spinola ta' San Ġiljan? Jista' jgħid fiex ser ikun jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li se jkompli bih il-Gvern preżenti jikkonsisti f'dan li ġej:
titjib fl-immaniġġjar tat-traffiku fi Pjazza Spinola
sistema ġdida ta' 'storm water' fl-inħawi
bankini u 'street furniture' ġodda fl-inħawi.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol ta' embelishment fil-parti tal-Promenade li minn ħdejn in-Neptunes Pitch twassal sa' quddiem il-kunvent tal-Karmelitani fil-Balluta? Jista' jgħid fiex ser ikun jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li se jkompli bih il-Gvern preżenti jikkonsisti f'dan li ġej:
twessiegħ tal-bankina fuq in-naħa tal-baħar li jinkludi bini ta' ħitan u xogħol relatat ta' natura marittima
wiċċ tat-triq ġdid minn ħdejn is-City of London Bar sa fejn Pjazza Balluta
bankini ġodda n-naħa tar-residenti minn ħdejn in-Neptunes Pitch sa fejn il-Kunvent tal-Karmelitani
rilokazzjoni u tqegħid ta' servizzi kif ikun meħtieġ, inkluż arbli dekorattivi tad-dawl.
Ix-xogħol mistenni jibda fil-bidu ta' Ottubru u jitlesta sa l-aħħar ta' Ġunju 2003.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li studenti li m’għaddewx mill-eżami tal-junior college u li għażlu s-suġġett tal-home economics ġew mitluba li jbiddlu s-suġġett għat-technical education jew suġġetti oħra? Jista’ jgħid ukoll għaliex ġew informati li se jattendu l-iskola San Franġisk t’Assisi u wara din id-deċiżjoni ġiet mibdula u ġew offruti jattendu l-iskola Ġuże’ Galea, Ħal Qormi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-sena skolastika li għadha kif bdiet għad għandna nuqqas ta' numru ta' għalliema tal-Home Economics. Barra minn hekk informat ukoll li t-tfal ta' Ħal-Qormi normalment jattendu l-iskola sekondarja Ġuże` Galea f'Ħal-Qormi. Dawk li jagħżlu l-Home Economics kienu jintbagħtu skola oħra fejn kienu jsegwu kors tat-Technology. Minn din is-sena t-Technology course li jinkludi fih il-Food Technology ġie offrut ukoll f'xi skejjel sekondarji fosthom l-iskola Ġuże` Galea. Għalhekk ma nħassx meħtieġ li dawn l-istudenti jbiddlu l-iskola.
B'riferenza għall-mistoqsija 35159, jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji kollha mitluba fir-rigward tal-ministeru tat-turiżmu, id-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ l-istess ministeru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar, 2001 sal-31 ta’ Awissu, 2002 il-“Management and Personnel Office” ircieva tnax-il talba ghal trasferiment ta’ mpjegati mill-Ministeru tat-Turizmu.
Minn dawn it-talbiet gew approvati tlieta (3), wahda ta’ ufficjal fis-Servizz Generali u t-tnejn (2) l-ohra ta’ zewg impjegati fil-gradi ndustriji.
Din il-figura ma tinkludix trasferimenti ta’ ufficjali li:
1) marru jew gew minn Segretarjati Privati ta’ Ministeru u Segretarji Parlamentari;
2) gew ittrasferiti fi hdan l-istess Ministeru;
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ talbiet ta’ trasferimenti ta’ ufficjali fis-Servizz Generali u ohra ta’ ufficjali fil-Grad Dipartimentali, Teknici u Industrijali mill-Ministeru tat-Turizmu.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern għandu l-ħsieb jew li qiegħed jippjana li jingħataw it-tarmak fil-lokalitajiet ta' Swieqi, tal-Ibraġġ u l-Madliena?
Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistiex xi tip ta' pjan biex isiru skemi ta' ipparkjar 'a favur' ir-residenti ta' Paceville, Swieqi u Pembroke peress li dawn qed iħabtu wiċċhom ma' diffikultajiet ta' ipparkjar tal-karozzi tagħhom minħabba l-konċentrazzjoni qawwija ta' traffiku f'dawn l-inħawi speċjalment fil-ġranet ta' kull tmiem il-ġimgħa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-inħawi li semma l-Onor. Interpellant huma suġġett ta' diskussjoni wiegħsa bejn il-partijiet ikkonċernati li jinkludu fost l-oħrajn rappreżentanti tal-Kumitat ta' l- Iskema ta' Parkeġġ.
Dan il-proġett ta' tisbieħ għaż-żona qiegħed f'idejn id-Dipartiment tax-Xogħolijiet.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol ta' embelishment f'Paceville? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li dan ix-xogħol dam ma inbeda u qiegħed jimxi bil-mod wisq? Jista' jgħid fiex ser ikun jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern preżenti qed jieħu ħsieb li jsir xogħol fuq id-disinn ta' tisbiħ u titjib f'diversi toroq f'Paceville.
Dawn il-proposti jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' semi-pedestrisation f'ċerti toroq ta' Paceville barra li ser isir xogħol ta' titjib fl-uċuħ tat-toroq u bankina f'oħrajn, kif ukoll street furniture fl-inħawi kollha.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol ta' embelishment fil-bajja ta' San Ġorġ, San Ġiljan? Jista' jgħid fiex ser ikun jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern preżenti qed jieħu ħsieb sabiex il-proġett tal-Bajja ta' San Ġorġ jinkorpora fih bankini ġodda minn ħdejn Vivaldi Hotel sa fejn il-Cresta Quay. Ix-xogħol fuq dawn il-bankini ser isir bħala tkomplija tax-xogħol f'Wilga Street, li x-xogħol fuqu ser jerġa' jinbeda minn Ottubru li ġej.
Il-parti l-oħra tax-xogħol fil-Bajja ta' San Ġorġ jinsab fi stadju ta' diskussjoni mal-MEPA. F'dan il-proġett qed tiġi proposta l-estensjoni tal-bajja u promenade ġdid fl-inħawi.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol ta' embelishment fix-Xatt tas-Sajjieda fl-inħawi tal-Cavallieri Hotel? Jista' jgħid fiex ser ikun jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Rigward Xatt is-Sajjieda, fl-inħawi tal-Cavalieri Hotel, il-Gvern preżenti qed jikkonsidra x'titjib jista' jsir biex inkomplu nsebbħu l-inħawi. Qed jiġi kkunsidrat ukoll x'titjib jista' jsir fis-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda x-xogħol fuq il-bini ta' l-iskola ġdida f'Pembroke?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada tinsab f'diskussjonijiet mal-MEPA biex jintgħażel sit minn fost tliet siti li ġew identifikati biex fuqhom tinbena l-iskola f'Pembroke.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol ta' manutenzjoni fl-iskola primarja f'Ta' Sliema? Jista' il-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm ilu għaddej?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol li kien ipprogrammat għal dan is-Sajf 2002 tlesta kollu. Issa se jsir audit tal-bżonnijiet biex l-FTS tikkonkludi brief għax-xogħol li jkun meħtieġ.
B'riferenza għall-mistoqsija 35109, jista' il-Ministru jgħid kemm il-kumpannija where's everybody qed tirċievi u irċiviet sa' issa ħlas għax-xogħol kollu li għamlet u li qed tagħmel?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu li l-ħlas li sar lill-kumpanija msemmija fil-mistoqsija kien skond it-termini tal-offerta li għaliha għamilt riferenza fit-tweġiba tiegħi preċedenti. Għas-servizzi kollha mogħtija bejn Lulju 2000 u Settembru ta’ din is- sena l-kumpanija tħallset Lm6613.
B'riferenza għall-mistoqsija 35157, jista' il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ġew jiswew l-ikliet complimentary kollha li l-ministru irrefera għalihom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li matul is-sena akkademika 2001/2002 kien hemm 1211 ikliet, snacks etc. u dawn kienu mqassmin kif ġej:
· 200 ikla lill-istaff ħaddiema tal-ITS, bħala rikonoxximent tax-xogħol li jwettqu:-
Lm694.00
· 254 ikla lill-istaff waqt sessjonijiet ta’ taħriġ għall-istudenti:- Lm878.84
· 71 ikla (sponsorship) għas-Social Club tal-MTA:- Lm246.37
· 579 ikla lill-membri ta’ delegazzjonijiet barranin li jżuru l-ITS
fuq xogħol u rappreżentanti ta’ l-Industrija tat-Turiżmu fuq l-
iskema ta’
Industrial Placements
ta’ l-istudenti:- Lm2003.34
Ma dawn trid tinkludi ukoll dan li ġej:-
Konsulenti 13 Lm 45.11
Direttur (Turiżmu) 22 Lm 76.34
Direttur Ġenerali 45 Lm155.70
Segretarju Permanenti 2 Lm 7.49
Membri tal-Board of Governors 22 Lm 81.24
Total Globali:- Lm4188.43
Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern għandu l-ħsieb jew li qiegħed jippjana li jingħataw it-tarmak fil-lokalita' ta' Tas-Sliema?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa ma hemmx talbiet pendenti biex isir xogħol ta' tarmak f'din il-lokalita', iżda d-Direttorat għat-Toroq qed jieħu ħsieb biex iħejji programm ta' ristrutturazjoni ta' toroq fil-lokalita'.