Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36173 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-obbligi proprja tax-xogħol tal-kuntistabbli li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kuntistabbli li rrefera għalih l-Onor. Interpellant huwa stazzjonat Tas-Sliema fejn huwa assenjat bħala xufier.

Unjoni Ewropea — Fondi qabel Sħubija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa maħsub, stmat jew inkella deċiż li Malta tirċievi fondi ta' qabel is-sħubija u f'eventwalita` ta' sħubija ma' l-Unjoni Ewropea mill-budget ta' l-Unjoni, sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm huwa maħsub, stmat jew inkella deċiż li Malta tirrifondi jew tikkontribwixxi fondi qabel is-sħubija u f'eventwalita` ta' sħubija lill-budget ta' l-Unjoni Ewropea, sena b'sena?

Response (BORG, JOE)

Peress li n-negozjati fuq dan is-suġġett għadhom għaddejjin, ma jkunx għaqli li wieħed jispekula f'dan il-mument. Malli dawn in-negozjati jingħalqu, il-poplu Malti jkun jaf eżatt kemm Malta ser tirċievi mill-Unjoni Ewropea wara s-sħubija, u kemm ser tikkontribwixxi. Li huwa magħruf s'issa huwa il-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri, li l-ebda pajjiż membru ġdid m'għandu jikkontribwixxi aktar flus milli jaqla' fl-ewwel snin ta' l-isħubija, u li jkun fil-pożizzjoni ta' "net beneficiary" u li f'dan ir-rigward il-pożizzjoni tiegħu ma tkunx agħar minn dik fis-sena immedjatament qabel is-sħubija. Ħuwa żgur ukoll li bl-'Isvizzerra fil-Mediterran' - jew il-'partnership' - li ħareġ bih il-Partit Laburista, Malta ma tkun intitolata għal xejn.
Leg 9 PQ #36223 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Għasafar

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-ispeċi ta' għasafar li llum huwa permess bil-liġi li jiġu kkaċċjati u minsuba f'pajjiżna? Jista' jgħid ukoll liema ser ikunu l-ispeċi ta' għasafar li jistgħu jiġu kkaċċjati u minsuba bil-ftehim milħuq ma' l-Unjoni Ewropea wara eventwali sħubija ta' Malta fl-Unjoni, sena b'sena għall-ewwel għaxar snin

Response (BORG, TONIO)

Jista` l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perijodu tas-sena qed jirreferi.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35812, jista' jgħid kemm jammonta d-dħul sena b'sena ta' kull kunsill lokali miċ-ċitazzjonijiet tal-gwardjani lokali mit-twaqqif tagħhom sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35896 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Post Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post vakanti ta' Inventory Officer fl-MCAST li għaliha kien hemm sejħa pubblika f'Awissu ta' din is-sena, ġietx okkupata jew le? Jekk fl-affermattiv, minn min, u xi kwalifiki għandu/ha l-persuna li ġiet ingaġġata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-post vakanti ta' Inventory Officer għadu ma nteliex.
Leg 9 PQ #36092 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

B.Ed. Technology — Riżultati ta' Interviews

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se joħroġ ir-riżultat ta' l-interview tal-B.Ed Technology li sar f'Settembru? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jimpjega minn dawn il-persuni intervistati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-riżultat ta' l-'interview' għall-għalliema B.Ed Technology li sar f'Settembru 2002 joħroġ hekk kif il-"Public Service Commission" tapprovah u tibghatu lura lid-Diviżjoni biex jiġi espost fin-'notice board'. Informat ukoll li persuni jiġu impjegati skond il-ħtiġijiet li jinqalgħu minn żmien għal żmien.

Casinos Maltin — Working Permits

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati working permits biex jiġu impjegati barranin fil-casinos Maltin tul l-aħħar sentejn? Jista' jgħid x'tip ta' xogħol għamlu jew qed jagħmlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #36096 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Persuni b'Diżabilita' — Orthotics & Prosthetics

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni b'diżabilita' li jagħmlu użu mill-orthotics & prosthetics qed idumu ma' jsir bdil ta' l-istess orthotics & prosthetics (speċjalment fuq it-tfal) u qed issir dewmien fil-proċess biex issir it-tibdil u l-aġġustament tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #36097 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

WAB Board

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' il-WAB board matul din is-sena? Jista' jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem il-board u kemm-il talba ġiet approvata f'dan l-istess perjodu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jispeċifika għalxiex qiegħed jirreferi meta jgħid "WAB Board".

Kunsilli Lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pubbliku inġenerali għandux dritt bil-liġi li jattendi l-laqgħat tal-kumitati konġunti tal-kunsilli lokali? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid liema liġi u liema klawsoli tagħha jistipulaw dan id-dritt u jekk fin-negattiv l-istess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ghalkemm il-ligi taghti d-dritt li l-pubbliku jattendi ghal-laqghat ta' kull xahar tal-Kunsill, ma ssemmi xejn fuq laqghat ohra bhall-Kumitati u Sotto-Kumitati. Ghaldaqstant hija fid-diskrezzjoni tal-Kumitat Kongunt jekk il-Pubbliku ghandux jattendi jew le ghal dawn il-laqghat.

ETC — Advertising

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'dawn l-aħħar erba' snin fuq advertising, inkluż il-posters li jidhru fit-toroq mill-ETC? Lil min ingħata l-kuntratt u f'kull każ jekk ħarġitx offerta? Jista' jgħid mingħand min ġew ordnati l-posters?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq reklamar u billboards mill-Korporazzjoni għall-Impjieg u Taħriġ f'dawn l-aħħar erba' snin kien kif ġej: Sena Reklamar Billboards LM LM 1998-1999 3,868 Xejn 1999-2000 6,093 Xejn 2000-2001 11,865 230 2001-2002 9,662 600 Il-Korporazzjoni m'għandiex kuntratt ma' aġenzija għar-reklamar filwaqt li l-billboards għas-sena 2001-2002 saru mill-kumpannija Billboard Advertising Ltd wara sejħa għall-offerti. Rigward il-billboards li saru fis-sena 2000-2001, il-Korporazzjoni tat Lm230 lill-iskola li magħha kienet ser tagħmel it-taħriġ biex saru tliet billboards.

Qorti — Sentenzi ta' Separazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sentenzi ta' separazzjoni kontenzjuża li jkunu għaddew f'ġudikat, kollha insinwati? Hemm sistema li biha jiġi aċċertat li tali sentenzi jiġu fil-fatt insinwati? Mill-1995 sal-lum, kemm-il sentenza ta' separazzjoni kontenzjuża mogħtija mill-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili li ma sarx appell minnha, baqgħet ma ġietx insinwata?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi din l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #35759 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Advertising

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'dawn l-aħħar erba' snin fuq advertising inkluż il-posters li jidhru fit-toroq dwar l-MCAST? Lil min ingħata l-kuntratt u f'kull każ jekk ħarġitx offerta? Jista' jgħid mingħand min ġew ordnati il-posters?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ntefqu Lm948.75 fuq il-posters li dehru fit-toroq dwar l-MCAST. Dawn il-posters ġew ordnati mingħand PAZA Ltd wara sejħa għal offerti. Ix-xogħol kollu sar minn PAZA Ltd.

Żurrieq — Triq Morphou

Question

Jista' il-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex Triq Morphou (Bubaqra) Żurrieq tingħata it-tarmak għall-ewwel darba peress li din ilha bir-residenti fiha għall-aktar minn 9 snin u sal-lum dan ix-xogħol għadu ma sarx? Jafx jew le l-Ministru li ħafna mir-residenti qed ibgħatu minn trab u tajn kemm fis-Sajf u kemm fix-Xitwa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lill-Awtorita' għat-Trasport sabiex issir spezzjoni f'din it-triq sabiex ikun jista' jiġi stabbilit x'hemm bżonn li jsir.

Kunsill Lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jammonta d-dħul sena b'sena ta' kull kunsill lokali miċ-ċitazzjonijiet tal-gwardjani lokali mit-twaqqif tagħhom sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nagħti tweġiba f`xi seduta oħra peress li l-informazzjoni trid tinġabar.
Leg 9 PQ #35891 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Kopja ta' Kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol tal-Operations Manager li kien impjegat fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq bejn l-1994 u l-1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja tal-kuntratt mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35724 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Frodi minn Uffiċjal

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35586?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li kien hemm każ fejn uffiċjal ta' l-Air Malta li kien jaħdem f'Dubai kien suspettat li kien ipparteċipa fi frodi għad-dannu tal-Kumpanija. Kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, l-ammont involut ma kienx ta' "mijiet ta' eluf ta' liri". Appena l-każ sar magħruf, l-uffiċjal ikkonċernat kellu l-impjieg tiegħu ma' l-Air Malta itterminat. Wara investigazzjoni li saret f'Malta, f'Dubai u fl-Ingilterra ma ġiex stabbilit fejn toqgħod din il-persuna.
Leg 9 PQ #35725 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Barranin

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35587?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li mill-ewwel ta' Jannar 2001 sat-tletin ta' Settembru 2002 ġew rikoverati fl-Isptar San Luqa 2328 pazjent barrani. Minn dawn 1674 ma kienux koperti bi ftehim reċiproku. Mhux minnu li ma jintbagħtux kontijiet lill-"insurances" ta' persuni barranin li ħadu "treatment" fl-Isptar San Lujqa. Meta jkun indikat li pazjent huwa "covered by insurance", il-kont jintbagħat lill-kumpanija ta' l-insurance u anke jinbagħtu "reminders" meta l-kont ma jitħallasx mill-ewwel. Rigward l-allegazzjoni li kontijiet dovuti (pendenti) ilaħħqu miljuni ta' liri, qiegħed nindika l-figuri veri hawn taħt:- 2000 - Ma tħallsux Lm128,343 2001 - Ma tħallsux Lm114,120 __________ Lm 242,463 __________ Minn dawn, l-akbar ammont huwa dovut minn persuni ta' Nazzjonalita' Libjana (Lm104,042), li ma jkunux inxurjati.
Leg 9 PQ #35748 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Reklami

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-Gozo Channel f'dawn l-aħħar sentejn f'reklami li qed tagħmel fuq il-media? Liema hi dik l-aġenzija tar-reklamar li ħadet il-kuntratt biex il-Gozo Channel tagħmel dawn ir-reklami?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn Ottubru ta' l-2000 u Awissu ta' din is-sena, il-kumpanija Gozo Channel nefqet is-somma ta' Lm56,012 f'reklamar fuq il-mezzi ta' komunikazzjoni. L-ebda aġenzija ma kienet involuta f'dawn ir-riklami.
Leg 9 PQ #35749 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm isselfet flus s'issa l-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-fondazzjoni mhix qed tiffinanzja l-ispejjeż li jlaħħqu miljuni mill-flus ivvotati fil- budget għall-ministeru ta' l-edukazzjoni? Jista' jgħid kif u f'xiex intnefqu l-flus s'issa? Jista' jagħti breakdown ta' l-infiq li sar f'kull skola, salarji, eċċ?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhux korrett l-Onor. Membru jgħid li l-FTS mhix tuża l-Budjet votat fl-Estimi għas-Sena 2002 f'isem l-istess Fondazzjoni li tħaddem kont ta' Faċilita` ta' Overdraft f'liema kont jidħlu pagamenti mill-imsemmi Vot biex ikopru ħlasijiet ta' xogħlijiet li jkunu saru . Aktar tard din is-sena wieħed ikun jista' jagħti ċ-ċifri definiti.